Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

IP/09/ 1808

Brussell, 24 ta' Novembru  2009

L-għalliema fl-Ewropa qegħdin jitħarrġu biżżejjed?

L-OECD u l-Kummissjoni Ewropea llum jippreżentaw ir-rapport il-ġdid tagħhom dwar “l-Iżvilupp Professonali tal-Għalliema : l-Ewropa f’paragun internazzjonali”. Dan ir-rapport jikkonkludi li l-għalliema jeħtieġu rispons effettiv dwar ix-xogħol tagħhom biex ikunu jistgħu jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet ta' taħriġ, iżda l-varjetà fl-esperjenzi tat-taħriġ u ambjent tax-xogħol aħjar fl-iskejjel huma wkoll ta’ importanza prinċipali għall-iżvilupp professjonali ta’ suċċess. Kważi disa’ minn għaxar għalliema jieħdu sehem f’xi forma ta’ taħriġ professjonali fuq ix-xogħol, skont ir-rapport, u iżjed minn nofshom jgħidu li jridu aktar. Imsejjes fuq l-Istħarriġ Internazzjonali tal-Istruzzjoni u t-Tagħlim (TALIS (Teaching and Learning International Survey)) ta’ din is-sena, li twettaq fi 23 pajjiżi parteċipanti, ir-rapport jipprovdi dejta internazzjonali kumparabbli għall-ewwel darba dwar l-iżvilupp professjonali tal-għalliema.

Waqt it-tnedija tar-rapport, il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, il-Kultura u ż-Żgħażagħ, Maroš Šefčovič, żied jgħid: “Għandna 'l fuq minn sitt miljun għalliema fl-UE u l-ħila tagħhom biex jispiraw l-istudenti kollha biex jitgħallmu hija ċentrali għall-ġejjieni tas-soċjetajiet tagħna. Jekk irridu edukazzjoni ta’ kwalità għolja huwa kruċjali li nagħtu lill-għalliema tagħna l-aħjar opportunitajiet possibbli biex niżviluppaw il-ħiliet tagħhom, mhux biss fil-bidu iżda tul il-karriera tagħhom. Meta nħajruhom jieħdu sehem fl-iżvilupp professjonali nkunu qed nikkontribwixxu għall-istatus u l-attrazzjoni tal-professjoni.”

Is-Segretarju Ġenerali tal-OECD Angel Gurría żied jgħid: L-għalliema huma l-ħajja tal-edukazzjoni, u l-iżvilupp professjonali tal-għalliema huwa ingredjent essenzjali biex tinżamm il-kwalità tas-sistemi tal-edukazzjoni. Ir-riżultati minn TALIS f’dan ir-rapport juru li l-għalliema huma ħerqana li jitgħallmu u li jfittxu titjib kontinwu, iżda juru wkoll li hemm bżonn li l-provvista tal-iżvilupp professjonali in-service tkun aktar immirata lejn il-ħtiġijiet tal-għalliema.  

Il-M essaġġi ewlenin

Is-sejba prinċipali li ħarġet fir-rigward tal-“ vilupp Professjonali tal-Għalliema: L-Ewropa f’paragun internazzjonali” hija li l-iżvilupp professjonali huwa parti stabbilita mill-ħajja tal-għalliema. Għalhekk din għandha potenzjal sinifikanti bħala strument għat-titjib fl-edukazzjoni. Madankollu, l-għalliema jissuġġerixxu li "l-kunflitt mal-iskeda tax-xogħol" huwa ostakolu prinċipali għas-sehem fl-attivitajiet tal-iżvilupp professjonali, li jissuġġerixxi li politika għal integrazzjoni aktar effettiva tal-iżvilupp professjonali tal-għalliema fil-pakkett tal-ħidma tagħhom totali u fit-tħaddim tal-iskejjel għandha tkun ta' benefiċċju.  

B’mod ġenerali, ir-riżultati jindikaw li politika tal-iskola li tagħti rispons lill-għalliema dwar il-prestazzjoni tagħhom hija marbuta bis-sħiħ mal-iżvilupp tagħhom professjonali u mal-impatt osservat ta’ dan. Il-klima tal-iskola għandha rwol importanti wkoll. L-għalliema li jħossuhom tajjeb rigward xogħolhom u fl-iskola li fiha jkunu qegħdin jgħallmu huma pożittivi fir-rigward tal-iżvilupp tal-professjoni tagħhom. Għal dawk li jfasslu l-politika dawn is-sejbiet jissuġġerixxu li żieda fl-enfasi fuq l-evalwazzjoni, ir-rispons u klima pożittiva fl-iskola jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-iskejjel bħala ‘organizzazzjonijiet tat-tagħlim’, waqt li jrawwmu tagħlim professjonali kontinwu, u għalhekk itejbu l-kwalità tal-istruzzjoni.

Ir-rapport tematiku " L-iżvilupp professjonali tal-għalliema: L-Ewropa f’paragun internazzjonali " tħejja minn grupp ta’ riċerkaturi mill-Università ta’ Twente fl-Olanda, issorveljati mill-professur Jaap Scheerens, li huwa wkoll l-editur tar-rapport.

Għal aktar dettalji dwar is-sejbiet tar-rapport ara l-Appendiċi għal din l-istqarrija għall-istampa.

TALIS – Stħarriġ Internazzjonali dwar l-Istruzzjoni u t-Tagħlim

TALIS hu l-Istħarriġ il-ġdid Internazzjonali dwar l-Istruzzjoni u t-Tagħlim tal-OECD. Dan hu l-ewwel stħarriġ internazzjonali li qed jiffoka fuq l-ambjent tat-tagħlim u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-għalliema fl-iskejjel. Hu jiffoka fuq kwistjonijiet li jaffettwaw lill-għalliema u l-prestazzjoni tagħhom, kif jidhru f'għajnejn il-prinċipali tal-iskejjel tagħhom u f’għajnejn l-għalliema stess. L-istħarriġ jimmira li jimla l-vojt ta’ tagħrif importanti fit-tqabbil internazzjonali tas-sistemi edukattivi.

L-istħarriġ twettaq bl-appoġġ tal-Kummissjoni Ewropea, u jkopri 23 pajjiż parteċipant : l-Awstralja, l-Awstrija, il-Belġju (il-Komunità Fjamminga), il-Brażil, il-Bulgarija, id-Danimarka, l-Estonja, l-Ungerija, l-Iżlanda, l-Irlanda, l-Italja, il-Korea, il-Litwanja, il-Malażja, Malta, il-Messiku, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Repubblika Slovakka, is-Slovenja, Spanja u t-Turkija.

F’kull pajjiż, intgħażlu madwar 200 skola każwalment, u f’kull skola kellu jimtela kwestjonarju wieħed mill-prinċipal tal-iskola u ieħor minn 20 għalliem magħżula każwalment.

Għal aktar tagħrif:

Ara l-Istqarrija għall-Istampa tal-Kummissjoni Ewropea (IP/09/926, 16 ta' Ġunju 2009): L-effettività tal-għalliema mfixkla minn nuqqas ta’ inċentivi u b’imġiba ħażina fil-klassi

OECD: (TALIS) Stħarriġ Internazzjonali tal-OECD dwar l-Istruzzjoni u t-Tagħlim

Il-Kummissjoni Ewropea: L-edukazzjoni tal-għalliema

L-Istqarrija għall-Istampa tal-Kummissjoni Ewropea (IP/09/1145, 16 ta' Ġunju 2009): Id-dejta ewlenija tal-edukazzjoni fl-Ewropa: snin ta' skola obbligatorja itwal, inqas studenti u aktar għalliema

Ir-rapport: http://ec.europa.eu/education/school-education/doc1962_en.htm

APPENDIX

Key messages from "Teachers’ Professional Development: Europe in international comparison":

  • While 89% of teachers report that they had taken part in "structured professional development activity" over the last 18 months, it is a source of concern that more than 25% of teachers in Denmark, Iceland and the Slovak Republic report they have participated in no professional development at all during this period.

  • When teachers participate in various professional learning activities and spend more days on professional development, they experience a greater impact of professional development on their work.

  • Feedback as part of overall school policy is strongly linked to teachers' professional development and its perceived impact. Moreover, by promoting a positive school climate, school principals can create a supportive environment for teacher learning.

  • More than half the teachers surveyed reported that they wanted more professional development than they received. Among EU teachers, the extent of unmet demand is highest in Portugal, Spain (Spanish teachers also have the highest participation rates) and Bulgaria. Female teachers and younger teachers are most likely to report unmet demand.

  • Conflict with work schedule is the main reason for not engaging in more professional development. In Portugal, Estonia and Spain this is the case for more than 50% of teachers. However, the lack of suitable development activities is also a significant factor.

  • Teachers report the greatest need for development in teaching students with special learning needs, which might be a reflection of the trend towards inclusive rather than segregated education and the growing emphasis on equity. Other areas of particular need are IT teaching skills and student discipline and behaviour.

  • It is striking how positively teachers view the impact of all development activities. However, fewer teachers participate in those types of development (qualification programmes, collaborative research) which they deem to have the highest impact. These activities are the most time intensive and also those for which teachers are more likely to have to pay the full or partial cost.


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site