Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/09/1703

Brussell, it-12 ta’ Novembru 2009

It-tibdil fil-klima: Rapport ta’ progress juri li l-UE qiegħda fit-triq it-tajba biex tilħaq jew taqbeż il-mira tal-emissjonijiet ta’ Kjoto

L-UE qiegħda fit-triq it-tajba biex tonora l-impenji tagħha tal-Protok oll ta’ Kjoto biex tnaqqas jew tillimita l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, kif juri r-rapport ta’ progress annwali tal-Kummissjoni dwar l-emissjonijiet. L-aħħar tbassir jindika li l-UE-15 se jilħqu l-mira tat-tnaqqis tagħhom ta’ 8 % skont Kjoto, 10 mit-12-il Stat Membru tal-UE l-oħrajn ukoll għandhom impenji individwali skont il-protokoll. Huwa mbassar li huma se jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom għal 6 jew 8 % inqas mil-livelli tas-sena bażi. Dan se jinkiseb permezz ta’ tagħqida ta’ politiki u miżuri diġà mwettqa, ix-xiri tal-krediti tal-emissjonijiet minn proġetti f'pajjiżi terzi, l-akkwist ta' kwoti jew krediti mill-parteċipanti fis-Sistema tal-UE għall-Iskambju tal-Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS), u l-attivitajiet tal-forestrija li jassorbu l-karbonju mill-atmosfera.

Il-Kummissarju għall-Ambjent, Stavros Dimas, qal: “Dan it-tbassir ikompli jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-UE fuq quddiemnett fit-twettiq tal-impenji internazzjonali tagħna għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Juri li l-UE-15 qegħdin tassew fit-triq it-tajba biex jilħqu l-mira taghħhom ta' Kjoto għall-2008-2012. U bil-pakkett dwar il-klima u l-enerġija tal-UE adottat iktar kmieni din is-sena, aħna diġà implimentajna l-miżuri ewlenin biex sal-2020 innaqqsu ħafna iktar l-emissjonijiet tagħna għal mill-inqas 20 % taħt il-livelli tal-1990. L-ebda reġjun ieħor fid-dinja għadu ma għamel dan. Imma tnaqqis ta’ 20 % mhuwiex biżżejjed biex neliminaw it-tibdil perikoluż fil-klima, u minħabba f’hekk l-UE ħadet impenn biex tgħolli t-tnaqqis tagħna għal 30 %, dejjem sakemm emitturi ewlenin oħra jikkontribwixxu s-sehem ġust tagħhom għal ftehim ambizzjuż dwar il-klima globali f’Diċembru f’Kopenħagen. Huwa kruċjali li l-imsieħba tagħna fid-dinja industrijalizzata u l-ekonomiji emerġenti l-kbar jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom.”

L-impenji ta’ Kjoto

Skont il-Protokoll ta’ Kjoto, il-15 il-pajjiż li kienu Stati Membri tal-UE meta ntlaħaq ftehim dwar il-Protokoll (l-UE-15) huma impenjati li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra totali tagħhom fil-perjodu 2008-2012 għal 8 % taħt il-livelli tas-sena bażi magħżula (l-1990 fil-parti l-kbira tal-każijiet). Dan l-impenn kollettiv issarraf f’miri nazzjonali differenzjati dwar l-emissjonijiet għal kull Stat Membru tal-UE-15 li huma vinkolanti skont il-liġijiet tal-UE.

Ma hemm l-ebda mira kollettiva għall-emissjonijiet tal-UE-27. Għaxra mit-tnax-il Stat Membru li daħlu fl-UE fl-2004 u l-2007 għandhom impenji individwali skont il-Protokoll, li jnaqqsu l-emissjonijiet tagħhom b’6 % jew 8 % taħt il-livelli tas-sena bażi sal-2008-2012. Ċipru u Malta biss ma għandhomx mira tal-emissjonijiet.

It-tbassir għall-UE-15 u l-UE-27

Kif tħabbar f’Mejju (ara IP/09/851 ), l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE-15 fl-2007 – l-aħħar sena li għaliha hemm id-dejta disponibbli – kienu 5.0 % inqas mil-livelli tas-sena bażi. Dan joħloq kuntrast mat-tkabbir ekonomiku ta’ madwar 44 % waqt l-istess perjodu. Għall-UE-27 kollha flimkien, l-emissjonijiet naqsu b’12.5 % bejn is-sena bażi u l-2007.

Barra minn hekk, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent tistma li fl-2008, l-emissjonijiet mill-Istati Membri tal-UE-15 niżlu iktar, għal 6.2 % taħt il-livelli fis-sena bażi. L-emissjonijiet tal-UE-27 issa huma stmati li huma 13.6 % inqas mil-livell tas-sena bażi.

Ir-rapport ta’ progress tal-Kummissjoni, 1 ibbażat fuq l-aħħar tbassir mill-Istati Membri, juri li l-politiki u l-miżuri eżistenti – dawk li diġà ġew implimentati – huma mistennija jnaqqsu l-emissjonijiet tal-UE-15 għal 6.9 % taħt il-livelli tas-sena bażi fil-perjodu ta’ impenn mill-2008 sal-2012.

Il-pjanijiet minn 10 Stati Membri tal-UE-15 li jixtru krediti minn proġetti li jnaqqsu l-emissjonijiet li jsiru f’pajjiżi terzi taħt it-tliet mekkaniżmi ta’ Kjoto bbażati fuq is-suq – skambju internazzjonali tal-emissjonijiet, il-Mekkaniżmu ta’ Żvilupp Nadif u l-Istrument ta’ Implimentazzjoni Konġunta – għandhom iwasslu għal tnaqqis ieħor ta’ 2.2 %. Dan ikun jammonta għal tnaqqis glob ali ta’ 9.0 % 2 u għalhekk jaqbeż l-impenn ta' Kjoto tal-UE . Il-ksib tal-kwoti u l-krediti mill-operaturi tal-EU ETS huwa mistenni li jwassal għal tnaqqis ieħor ta' 1.4 %.

L-attivitajiet ippjanati ta’ afforestazzjoni u riforestazzjoni, li joħolqu “bjar” bijoloġiċi li jassorbu d-dijossidu tal-karbonju mill-atmosfera, għandhom jikkontribwixxu għal tnaqqis addizzjonali ta’ 1.0 %.

Il-politiki u l-miżuri addizzjonali diskussi bħalissa, jekk jiġu implimentati kompletament, għandhom iġibu iktar tnaqqis li jwassal sa 1.6 %. Dan ikun jammonta għal tnaqqis globali ta’ madwar 13.1 %, 3 li jagħti marġini wiesa’ ta’ sikurezza għall-ksib tal-mira ta’ tnaqqis ta’ 8 %.

L-għaxar Stati Membri tal-UE-12 li għandhom mira ta’ Kjoto huma mbassra li jilħqu jew jaqbżu l-impenji ta għhom ta’ Kjoto.

L-inċertezza attwali dwar it-tul ta’ żmien u l-gravità tar-riċessjoni ekonomika, u allura l-impatt tagħha fuq l-emissjonijiet, jistgħu jwasslu għar-reviżjoni tat-tbassir fil-ġejjieni ladarba l-prospetti jkunu iktar ċari. Barra minn hekk, it-tbassir ta’ wħud mill-Istati Membri jista’ jissottovaluta t-tnaqqis tal-emissjonijiet fil-ġejjieni għax għadu ma jikkunsidrax il-pakkett dwar il-klima u l-enerġija tal-UE adottat iktar kmieni din is-sena (ara IP/09/628 ).

Barra minn hekk, il-metodoloġija użata biex jiġi stmat l-effett tal-EU ETS teħtieġ li titjieb iktar. Huma meħtieġa metodoloġiji u assunzjonijiet robusti u konsistenti sabiex it-tbassir tal-effett tal-EU ETS ikun iktar preċiż.

It-tbassir tal-emissjonijiet tal-GHG jeħtieġ li jiġi kkunsidrat fil-perspettiva tat-tnaqqis effettiv li nkiseb diġà, li ammonta għal -9 % għall-UE-27 u -4 % għall-UE-15 bejn l-1990 u l-2007. Ghalhekk, fil-ġejjieni, l-isforzi tat-tnaqqis se jkunu meħtieġa jħaffu l-pass b’mod sostanzjali madwar l-UE jekk sal-2020 trid tilħaq il-mira tagħha ta’ -20 % jew -30 %.

Għal aktar tagħrif:

Ir-rapport ta’ progress huwa disponibbli fil-:

http://ec.europa.eu/environment/climat/gge_progress.htm

paġna ewlenija dwar it-tibdil fil-klima tad-DĠ Ambjent:

http://ec.europa.eu/environment/climat/home_en.htm

Stqarrija għall-istampa tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent:

http://www.eea.europa.eu/pressroom/newsreleases

Projected EU-15 3 emissions for non-ETS sectors expressed as annual average 2008-2012

Member State

Base-year emissions (BY)

Kyoto or burden-sharing target

Projections of non-ETS emissions with existing policies and measures

Projections of non-ETS emissions with additional policies and measures

Kyoto or burden-sharing target for the non-ETS sectors

Removals from carbon sink activities

Use of Kyoto mechanisms at government level

Kyoto target for the non-ETS sectors, including carbon sinks and Kyoto mechanisms

Gap between non-ETS projections with existing policies and measures and initial Kyoto target

Gap between non-ETS projections with additional policies and measures and Kyoto target including carbon sinks and Kyoto mechanisms

Annual average
2008-2012

Annual average
2008-2012

Annual average
2008-2012

Annual average
2008-2012

Annual average
2008-2012

Annual average
2008-2012

Annual average
2008-2012

Annual average
2008-2012

Mt CO 2 -eq.

Mt CO 2 -eq.

% change from BY

Mt CO 2 -eq.

Mt CO 2 -eq.

Mt CO 2 -eq.

% of base-year emissions

Mt CO 2 -eq.

% of base-year emissions

Mt CO 2 -eq.

% of base-year emissions

Mt CO 2 -eq.

% of base-year emissions

Mt CO 2 -eq.

% of base-year emissions

Mt CO 2 -eq.

% of base-year emissions

Austria

79,0

68,8

-13,0%

59,1

57,9

38,1

48,2%

0,7

0,9%

9,0

11,4%

47,8

60,4%

21,0

26,6%

10,2

12,9%

Belgium

145,7

134,8

-7,5%

79,9

79,7

76,3

52,4%

0,0

0,0%

4,4

3,0%

80,7

55,4%

3,6

2,5%

-1,1

-0,7%

Denmark

69,3

54,8

-21,0%

36,4

36,4

30,3

43,7%

2,2

3,2%

4,2

6,1%

36,7

52,9%

6,2

8,9%

-0,2

-0,3%

Finland

71,0

71,0

0,0%

35,4

34,9

33,4

47,1%

0,6

0,8%

1,4

2,0%

35,4

49,9%

1,9

2,7%

-0,6

-0,8%

France

563,9

563,9

0,0%

409,5

382,0

431,1

76,5%

4,1

0,7%

0,0

0,0%

435,2

77,2%

-21,6

-3,8%

-53,2

-9,4%

Germany

1.232,4

973,6

-21,0%

463,2

443,7

520,5

42,2%

4,5

0,4%

0,0

0,0%

525,1

42,6%

-57,3

-4,7%

-81,4

-6,6%

Greece

107,0

133,7

25,0%

63,9

61,5

64,6

60,4%

1,1

1,1%

0,0

0,0%

65,8

61,5%

-0,7

-0,7%

-4,3

-4,0%

Ireland

55,6

62,8

13,0%

49,9

46,4

40,5

72,9%

2,2

4,0%

3,6

6,5%

46,4

83,4%

9,4

16,8%

0,0

0,0%

Italy

516,9

483,3

-6,5%

316,3

308,1

281,6

54,5%

10,2

2,0%

17,1

3,3%

308,9

59,8%

34,7

6,7%

-0,8

-0,2%

Luxembourg

13,2

9,5

-28,0%

10,6

10,4

7,0

53,1%

0,0

0,0%

3,7

28,1%

10,7

81,2%

3,6

27,2%

-0,3

-1,9%

Netherlands

213,0

200,3

-6,0%

125,1

125,1

112,8

52,9%

0,1

0,1%

13,0

6,1%

125,9

59,1%

12,4

5,8%

-0,8

-0,4%

Portugal

60,1

76,4

27,0%

50,9

50,4

41,6

69,1%

4,7

7,7%

4,8

8,0%

51,1

84,9%

9,4

15,6%

-0,7

-1,1%

Spain

289,8

333,2

15,0%

226,6

217,4

180,9

62,4%

5,8

2,0%

31,8

11,0%

218,6

75,4%

45,7

15,8%

-1,2

-0,4%

Sweden

72,2

75,0

4,0%

43,7

42,9

52,2

72,4%

2,1

3,0%

0,0

0,0%

54,4

75,4%

-8,6

-11,9%

-11,5

-16,0%

United Kingdom

776,3

679,3

-12,5%

362,2

362,2

433,1

55,8%

4,0

0,5%

0,0

0,0%

437,1

56,3%

-70,9

-9,1%

-74,9

-9,6%

EU-15

4.265,5

3.924,3

-8,0%

2.335,7

2.266,0

2.348,0

55,0%

42,4

1,0%

93,1

2,2%

2.483,5

58,2%

-12,3

-0,3%

-217,4

-5,1%

1 :

Progress lejn l-ilħiq tal-għanijiet ta’ Kjoto. Komunikazzjoni mill-Kummissjoni. COM (2009) 630

2 :

Valur imqarreb

3 :

As a majority of EU-12 Member States did not submit differentiated emission projections for the ETS and the non-ETS sectors, they are not included in the table.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website