Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/09/1702

Brussell, it-12 ta’ Novembru 2009

Manifest għall-Kreattività u l-Innovazzjoni fl-Ewropa

Il-“Manifest għall-Kreattività u l-Innovazzjoni fl-Ewropa” huwa wieħed mir-riżultati ewlenin tas-Sena Ewropea għall-Kreattività u l-Innovazzjoni 2009. Id-dokument huwa r-riżultat ta’ xogħol kollettiv tal-Ambaxxaturi tas-Sena; dawn huma personalitajiet ewlenin fl-oqsma tal-kultura, ix-xjenza, il-kummerċ, l-edukazzjoni u d-disinn. Permezz tas-“Seba’ Kmandamenti" tiegħu, il-Manifest se jgħin fit-tiswir tal-istrateġija tal-UE għall-promozzjoni tal-kreatività u l-innovazzjoni għall-għaxar snin li ġejjin. L-Ambaxxaturi se jippreżentaw il-Manifest lill-President tal-Kummissjoni Jose Manuel Barroso illum f'nofsinhar f’ċerimonja fil-kamra tal-istampa tal-Kummissjoni.

Il -President tal-Kummissjoni Jose Manuel Barroso qal: “Il-ħallieqa u l-innovaturi, ikun xi jkun il-qasam tagħhom, għandhom l-istess viżjoni tal-futur u ta' kif nistgħu namgħluh aħjar mill-passat. Illum iżjed milli qatt qabel, l-Ewropa teħtieġ din il-viżjoni waqt li aħna qegħdin nippruvaw inkunu minn ta’ quddiem fl-isforzi globali biex nirkupraw mill-kriżi u niffaċċaw it-tibdil fil-klima. Għalhekk nixtieq nirringrazzja bis-sħiħ lill-Ambaxxaturi tal-Manifest għall-Kreattività u l-Innovazzjoni fl-Ewropa u nagħmel ħilti biex niżgura li l-viżjoni tagħhom tkun ta’ influwenza fuq l-istrateġija l-ġdida tal-Kummissjoni għall-UE 2020.”

Kif tista’ l-Ewropa tkun minn ta’ quddiem fid-dinja l-ġdida globalizzata, ta’ kompetittività qawwija, u msejsa fuq it-tagħrif tas-seklu 21? Kif jista’ l-potenzjal kreattiv u innovattiv tal-Ewropa jkun użat aħjar fl-edukazzjoni, fir-riċerka, fil-kultura, fid-disinn, fil-kummerċ u fil-post tax-xogħol? Kif tista' l-politika pubblika fuq livelli Ewropej u nazzjonali trawwem il-kreattività u l-innovazzjoni f’dawn l-oqsma?

Personalitajiet Ewropej ewlenin minn ambjenti differenti rriflettew dwar dawn il-kwistjonijiet fir-rwol tagħhom bħala Ambaxxaturi għas-Sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni 2009. Ir-riżultat ta’ din il-ħidma kollaborattiva huwa l- Manifest għall-Kreattività u l-Innovazzjoni fl-Ewropa. Permezz ta’ seba’ prioritajiet u seba’ linji ta’ ħidma, il-Manifest iġib impetu qawwi għall-bidla. Se jgħin biex isawwar il-viżjoni tar-rwol tal-kreattività u l-innovazzjoni tal-Unjoni Ewropea u jikkontribwixxi lejn l-istrateġija tal-Unjoni għall-għaxar snin ta’ bejn l-2010 u l-2020.

L-Ambaxxaturi msemmija hawn taħt ikkonfermaw il-preżenza tagħhom għaċ-ċerimonja tal-preżentazzjoni:

  • Jean-Philippe Courtois (FR), President tal-Microsoft International

  • Jordi Savall (ES), mużiċista u professur

  • Christine van Broeckhoven (BE), professoressa u newroxjenzjata molekulari

  • Damini Kumar (IE), disinnjatur u inventur

  • Blanka Říhová (CZ), professoressa u mikrobijoloġista

  • Leonel Moura (PT), pittur konċettwali

  • Dominique Langevin (FR), professoressa u studjuża tal-fiżika

  • Edward de Bono (MT) awtur u kelliem internazzjonali dwar il-kreattività u l-ħsieb laterali

  • Ernő Rubik (HU), professur, perit, disinnjatur

Il-Manifest se jiġi ppreżentat lill- President tal-Kummissjoni Barroso mill-Ambaxxaturi f'nofsinhar illum waqt konferenza stampa fil-kamra tal-istampa ta' Berlaymont. Wara l-konferenza stampa jkun hemm l-opportunità għal intervisti individwali mas-Sur Maroš Šefčovič , il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, il-Kultura u ż-Żgħażagħ u mal-Ambaxxaturi tas-Sena Ewropea.

L-għan tas-Sena tal-Kreatività u l-Innovazzjoni 2009 huwa li jippromwovi approċċi kreattivi u innovattivi f'setturi differenti tal-attività umana u li jikkontribwixxi għat-titjib tat-tagħmir tal-Unjoni Ewropea biex tilqa’ l-isfidi li għandha quddiemha f'dinja globalizzata.

Il-websajt uffiċjali tas-Sena Ewropea tal-Kreattività u l-Innovazzjoni:

http://www.create2009.europa.eu

ANNEX

Ambassador profiles:

  • Jean-Philippe Courtois (FR)

One of the leading Europeans in the global technology industry. With over 25 years of industry experience, as president of Microsoft he leads now the company's international strategy and operations in over 200 countries around the world. Within Microsoft, he has championed the company-wide response on how to use software and services to achieve Europe’s Jobs and Growth Agenda.

  • Jordi Savall (ES)

Concert performer, teacher, researcher and creator of new projects, both musical and cultural. He is one of the principal architects of the current re-evaluation of historical music. For more than thirty years he has been devoted to the rediscovery of neglected musical treasures. He has brought recognition to the viola da gamba and to music from here and elsewhere that had fallen into oblivion.

  • Christine van Broeckhoven (BE)

Professor, molecular neuroscientist, a specialist in neurodegenerative brain diseases. Director of the Department of Molecular Genetics, University of Antwerpen. She is the holder of several awards, among them the L'Oréal-UNESCO Award for Women in Science.

  • Leonel Moura (PT)

Artist interested in both human and artificial creativity. He made several painting robots able to create their own art. One of these robots called RAP (Robotic Action Painter) is in permanent display at the American Museum of Natural History in New York. He is the first in the world to build a Robotarium, which is a zoo for autonomous robots.

  • Damini Kumar (IE)

Designer, winner of the Young British Female of the Year Award (2001). She works with Women Into Science and Engineering to encourage girls into engineering and science. She gained a degree in mechanical engineering from Imperial College of London and an MSc Masters in Engineering Product Design from London's South Bank University.

  • Blanka Říhová (CZ)

Microbiologist, deputy director and head of Division Immunology and Genetic Biology at the Institute of Microbiology, Academy of Sciences of the Czech Republic. She has obtained her scientific degrees at the Charles University in Prague and at the Czechoslovak Academy of Sciences.

  • Ernő Rubik (HU)

Inventor, sculptor and professor of architecture. He is best known for the invention of mechanical puzzles including Rubik's cube, Toy of the Year in 1980-1982 in several countries. He obtained his degree at the Budapest University of Technology, and the Hungarian University of Applied Arts (today: Moholy-Nagy University of Art and Design).

  • Dominique Langevin (FR)

Physical chemist, director of research at the Centre National de la Recherche Scientifique (CNRS) a specialist in foams and emulsions. Winner for Europe of the highly prestigious L’Oréal-UNESCO Award for Women in Science (2005). She obtained her degree in physics at the École Normale Supérieure, Sèvres.

  • Edward de Bono (MT)

Professor of psychology, and founder of the World Centre for New Thinking in Malta. He is the originator of lateral thinking which treats creativity as the behaviour of information in a self-organising information system - such as the neural networks in the brain. He graduated in Oxford from psychology and obtained a D. Phil. in medical research.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website