Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

IP/09 /1696

Brussell, il-11 ta’ Novembru 2009

Il-Kummissjoni Ewropea tniedi konsultazzjoni pubblika dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini

Il-Kummissjoni Ewropea qed tniedi konsultazzjoni pubblika wiesgħa biex tgħin fid-definizzjoni tad-dettalji prattiċi tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini prevista fit-Trattat ta’ Liżbona. L-Inizjattiva taċ-Ċittadini se tippermetti lil miljun ċittadin jitolbu lill-Kummissjoni ġġib ’il quddiem proposta ta’ linja politika partikolari.

“Is-sehem taċ-ċittadini fit-teħid tad-deċizjonijiet huwa indispensabbli għad-demokrazija”, stqarret Margot Wallström, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea inkarigata mir-Relazzjonijiet Inter-istituzzjonali u mill-Istrateġija ta' Komunikazzjoni. “It-Trattat ta’ Liżbona se jipprovdi mezz lin-nies biex jesprimu lilhom infushom u biex ikollhom influwenza diretta fuq it-tiswir tal-politika fl-UE.”

Introdotta permezz tat-Trattat ta’ Liżbona, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini tippermetti lil miljun ċittadin li huma ta’ nazzjonalità ta’ għadd sinifikanti ta’ Stati Membri jitolbu direttament li l-Kummissjoni ġġib 'il quddiem inizjattiva ta’ interess għalihom f’xi taqsima ta’ kompetenza tal-UE.

Il-Green Paper ippubblikata llum tidentifika mistoqsijiet prattiċi rigward kif l-Inizjattiva tista' taħdem l-aħjar fil-prattika. Mistoqsijiet bħall-għadd ta’ pajjiżi li minnhom iridu jkunu ġejjin iċ-ċittadini, kif għandu jiġi vverifikat li l-firem huma awtentiċi, x'forma għandha tieħu l-petizzjoni, il-limiti ta' żmien eċċ.

Kull kontribut huwa apprezzat u jista’ jingħata permezz ta’ rispons għall-Green Paper disponibbli fit-23 lingwa uffiċjali fuq il-websajt:

http://europa.eu/documentation/official-docs/green-papers/index_mt.htm

L-iskadenza għat-tweġibiet hija fl-aħħar ta’ Jannar 2010. Wara din id-data, il-Kummissjoni Ewropea se tressaq proposta għal regolament biex jiġi adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Ministri.

Għal aktar tagħrif:

http://ec.europa.eu/dgs/secretariat_general/citizens_initiative/index_en.htm


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site