Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/09/1599

Brussell, 28 ta’ Ottubru 2009

Il-Ħalib: Il-Kummissjoni tawtorizza temporanjament lill-Istati Membri sabiex iħallsu sa EUR 15 000 lill-bdiewa f'għajnuna mill-Istat

Illum il-Kummissjoni Ewropea qablet li tawtorizza lill-Istati Membri sabiex għal darba biss, iħallsu sa EUR 15 000 lill-bdiewa f'għajnuna mill-Istat. Din il-mossa tifforma parti mill-isforzi li l-Kummisjoni qiegħda tagħmel bħalissa sabiex tistabbilizza d-dħul għall-bdiewa tal-ħalib, iżda li ovvjament, hija miftuħa għall-bdiewa fis-setturi kollha . Din id-deċiżjoni temenda l-Qafas Temporanju ta' għajnuna minħabba l-Kriżi, li ġie addottat mill-Kummissjoni f'Jannar 2009, u li diġà jipprovdi għal diversi possibiltajiet li jiffaċilitaw l-aċċess sabiex jiġu ffinanzjati impriżi tal-UE. Permezz tad-deċiżjoni tal-lum mill-Kummissjoni , qed jiġi inkluż fil-Qafas ammont ta' għajnuna separata ta' EUR 15,000 li hija u kompatibbli, u li għandha tingħata lill-bdiewa. L-ammont jista' jingħata darba lil kull impriża sal-aħħar tal-2010 . Kull għajnuna de minimis li ngħatat mill-bidu tal-2008 għandha titnaqqas minn dan l-ammont. L-iskemi tal-għajnuna stabbiliti b'dan il-qafas ġdid iridu jkunu miftuħin għall-produtturi primarji kollha u jridu jikkumplimentaw il-miżuri ġenerali ta' kriżi l-oħrajn li jkunu diġà stabbiliti mill-Istati Membri . L-idea tal-awtorizzazzjoni tal-għajnuna mill-istat lill-bdiewa b'valur massimu ta' EUR 15,000, kienet tifforma parti mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Lulju 2009 dwar il-ħalib .

" Li nħallu lill-awtoritajiet nazzjonali jħallsu sa EUR 15,000 f'għajnuna, għandu jgħin sabiex jiġu megħlubin il-problemi serji ta' likwidità li għandhom ċerti bdiewa," qalet Mariann Fisher Boel, Kummissarju tal-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. "Nemmen, li flimkien mal-miżuri offruti f'livell ta' UE, dan għandu jgħin sabiex il-produtturi tal-ħalib tagħna joħorġu mis-sitwazzjoni diffiċli li li jinsabu fiha bħalissa."

Miżuri li ttieħdu qabel fis-settur tal-ħalib

Il-Kummissjoni tistenna li se tonfoq sa EUR 600 miljun fuq miżuri tas-suq matul din is-sena.

Il-perjodu ta' intervent ġie mtawwal sal-aħħar ta' Awwissu 2010 .

Din is-sena, 70 fil-mija tal-ħlasijiet diretti jistgħu jitħallsu 6 ġimgħat aktar kmieni mis-soltu (mis-16 ta' Ottubru).

Bħala parti mir-riforma tal-PAK tal-2003, mal-ħlasijiet diretti li jsiru lill-produtturi tal-ħalib, ġew miżjuda EUR 5 biljun addizzjonali fis-sena bħala kumpens għal tnaqqisiet fil-prezzijiet ta' intervent .

Fid-19 ta' Ottubru, il-Kummisjoni ħabbret pakket għall-għajnuna addizzjonali ta' EUR 280 miljun għall-bdiewa tal-ħalib.

Skont tal-Kontroll tas-Saħħa tal-PAK u l-Pakkett għall-Irkupru Ekonomiku, hemm EUR 4.2 biljun oħra disponibbli biex jintlaqgħu 'sfidi ġodda', inkluż ir-ristrutturar tas-settur tal-ħalib . Dan jiżdied ma' dak li diġà hemm disponibbli fil-politika tal-Iżvilupp Rurali.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni saħħet il-Programm tal-Ħalib għall-Iskejjel billi wessgħet il-firxa ta' prodotti u l-gruppi ta' etajiet tat-tfal li huma koperti mill-iskema. Il-Kummissjoni tat ukoll bidu għal sett ġdid ta' miżuri promozzjonali għall-prodotti tal-ħalib.

Il-Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli dwar il-Ħalib qiegħed jistudja l-futur tas-settur tal-ħalib fuq terminu ta' żmien medju u twil, u se jippreżenta r-rapport aħħari tiegħu sal-aħħar ta' Ġunju 2010.

Għal iktar tagħrif:

http://ec.europa.eu/agriculture/markets/milk/index_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website