Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/09/ 1595

Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2009

Il-Kummissjoni Ewropea trid li l-frekwenzi meħlusa bil-bidla għat-televiżjoni diġitali jgħinu għal irkupru ekonomiku rapidu.

Hekk kif it-TV diġitali qed jieħu post it-TV analogu antik tagħna, se jinħelsu erba' minn kull ħames frekwenzi li kienu jwasslu x-xandiriet televiżivi fi djarna. Dan ifisser li dawn jistgħu jintużaw minn servizzi ġodda u innovattivi li jużaw l-ispettru tar-radju, mill-wireless internet u t-telefonija ċellulari aktar avvanazata u stazzjonijiet televiżivi b'definizzjoni għolja. Reġjuni imbiegħda jistgħu jgawdu bil-kbir minn dan billi l-wireless broadband jista' juża spettru ġdid sabiex iwassal l-internet b'veloċità għolja f'żoni li sa issa għadhom ma ntlaqħqux minn linji fissi. Il-Kummissjoni illum stabbilixxiet pjanijiet sabiex ikun hemm distribuzzjoni koordinata tal-ispettru li tħajjar l-investiment u l-kompetizzjoni f'dawn is-servizzi potenzjali ġodda. Tista' tingħata spinta ta' bejn EUR 20 u 50 biljun lill-ekonomija, jekk l-allokazzjoni ta' dawn il-frekwenzi li għadhom kif inħelsu – id-"dividend diġitali"-tiġi kkoordinata madwar l-Ewropa kollha. Il-pjan sabiex iseħħ bis-sħiħ il-potenzjal tad-dividend diġitali jinvolvi l-Parlament Ewropew u l-pajjiżi tal-UE, u dan jirrifletti s-sehem ewlieni tagħhom..

"Id-dividend diġitali huwa opportunità ta' darba sabiex il-"broadband għal kulħadd" isir realtà fl-Ewropa kollha u sabiex jittejbu xi wħud mill-iktar setturi innovattivi tal-ekonomija tagħna. L-Ewropa tkun tista' biss tapprofitta bl-aħjar mod mid-dividend diġitali jekk naħdmu flimkien fuq pjan komuni. Il-Kummissjoni kkooperat fil-qrib ma' pajjizi tal-UE, mal-Parlament Ewropew, mal-industrija u ma' rappreżentanti tal-konsumaturi fit-tħejjija ta' dan il-pjan" qalet Vivane Reding, il-Kummissarju tal-UE għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja. "Nitlob lill-pajjiżi tal-UE jħaffu l-proċess ta' bidla għat-TV diġitali u jaraw li dan iseħħ sal-1 ta' Jannar 2012 . Inħeġġeġ ukoll lill-awtoritajiet nazzjonali jużaw id-dividend diġitali b'mod li jiffavorixxi l-kompetizzjoni ħalli jinfetaħ is-suq għal operaturi ġodda u servizzi ġodda, biex b'hekk inkabbru kemm nistgħu l-impatt fuq l-ekonomija. B'dan il-mod biss jista' jiġi żgurat li d-dividend diġitali jintuża sabiex il-wireless broadband jasal f'dawk il-partijiet tal-UE fejn l-internet b'veloċità għolja ma jistax jiġi pprovdut permezz ta' teknoloġiji oħrajn.

Il-proposti tad-dividend diġitali addottati mill-Kummissjoni illum, jitolbu lill-Istati Membri tal-UE jħaffu l-proċess tad-diżattivazzjoni tat-TV analogu u jl estuh sal-1 ta' Jannar 2012 . Ħames pajjiżi (Il-Finlandja, l-Ġermanja, il-Lussemburgu, l-Olanda u l-Iżvezja) u l-Istati Uniti diġà wrew li d-diżattivazzjoni tat-TV analogu tista' issir f'qasir żmien ( IP/09/266 ).

Il-proposti jimmiraw ukoll biex l-impatt ekonomiku potenzjali ta' bejn EUR 20 sa 50 biljun ta' koordinazzjoni Ewropea effettiva tad-dividend diġitali (fuq 15-il sena, mqabbel ma' dak tal-pajjiżi tal-UE li kieku kellhom jaħdmu għal rashom) ikun jista' jsir realtà. Sabiex dan iseħħ, il-proposti stabilixxew mod kif l-ispettru meħlus, jiġifieri is-sub medda 790-862 MHz (l-ispettru li jwassal fil-bogħod u li jgħaddi mill-bini), jista' jitwarrab sabiex jappoġġja servizzi wireless ġodda, (bħal ma huma servizzi tat-telefonija mobbli 3G u 4G ( IP/09/1238 ) li jippermettu l-istreaming ta' filmati, tiftix fuq l-internet bla limitu u tniżżil veloċi fuq il-mowbajl. Dan għandu jikkontribwixxi fl-ilħiq tal-mira ta' kopertura ta' 100 % tal-popolazzjoni tal-UE sal-aħħar tal-2013 bil-broadband ta' veloċità għolja . ( IP/08/1771 , MEMO/08/735 ).

Biex jitkabbar kemm jista' jkun l-impatt ta' dawn il-mossi, il-Kummissjoni qalet li se tarmonizza l-kundizzjonijiet tekniċi għall-użu tas-sub medda 790-862 MHz sabiex is-Suq Uniku ma jitfarrakx meta l-pajjiżi tal- UE jiftħu is-sub medda 790-862 MHz għall-użu tas-servizzi ġodda f'pajjiżhom. Il-fornituri tas-servizzi u l-produtturi ta' tagħmir u applikazzjonijiet jistgħu jinnegozjaw lil hinn mill-fruntieri, filwaqt li l-konsumaturi se jsibuha iktar faċli li jużaw is-servizzi tar-roaming meta jsiefru. Approċċ simili għal dan kien witta t-triq għal-ħruġ tal-mowbajls bil-GSM fis-snin disgħin.

Il-Kummissjoni pproponiet ukoll li tindirizza, mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, għanijiet strateġiċi bħalma huma ir-ritmu li bih se jinfetaħ l-ispettru tad-dividend diġitali għal-użijiet oħra minbarra dawk tax-xandir b'qawwa għolja, il-qbil dwar pożizzjoni komuni Ewropea fin-negozjar ma' pajjiżi ġirien dwar l-ispettru tad-dividend diġitali, u l-possibbiltà ta' qbil dwar miri tal-UE għall-ġejjieni sabiex jintużaw teknoloġiji iktar effiċjenti fid-dvidend diġitali.

Fl-ewwel nofs tal-2010, il-Kummissjoni se tfittex l-appoġġ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-pjan ta' direzzjoni u fid-diskussjoni ulterjuri ma' utenti eżistenti u potenzjali tal-ispettru dwar kwistjonijiet fit-tul qabel ma tikkonkludi l-proposti.

Sfond:

Fl-2007, il-Kummissjoni pproponiet li tagħmel l-offerta u l-iżvilupp ta' teknoloġiji wireless innovattivi, iktar faċli għall-operaturi tat-telefonija mobbli( IP/07/1170 ). Dan seħħ wara l- Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tħaffif fil-bidla għal sistema diġitali li tidentifika d-dividend diġitali bħala prijorità għall-politika tal-ispettru. F'Lulju 2009, il-Kummissarju Reding qalet li se tagħmel proposti dwar l-użu tad-dividend diġitali qabel mal-Kummisjoni tispiċċa l-mandat tagħha( SPEECH/ 09/336 ).

Ir-Rakkomandazzjoni u l-Komunikazzjoni tal-lum huma disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/information_society/policy/ecomm/radio_spectrum/topics/reorg/dividend/index_en.htm

għall-filmat: "X'hinu l-Ispettru tar-Radju?"

http://ec.europa.eu/information_society/policy/ecomm/videos/radio_spec/what_is_rs.swf

MEMO/09/482

Annex

Group

Member States

A (switch off completed)

BE (Flanders) , DE, FI , LU, NL, SE

B (switch-off date end 2010 or earlier)

AT , DK, EE, ES, MT , SI

C (switch-off before end 2012)

BE (Brussels and Wallonia) , BG, CY, CZ, EL , FR, HU, IT, LT, LV, PT, RO, SK, UK

D (switch-off after 2012 or no confirmed switch-off plans available)

IE, PL

The US switched off analogue TV on 12 June 2009. Japan's switch-off is planned for July 2011, South Korea for end 2012, Australia for 2013, India and Russia for 2015.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website