Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

IP /09/1564

Brussell, it-22 ta’ Ottubru 2009

Konsumaturi: 60 % tal-ordnijiet ta’ xiri transkonfinali minn fuq l-internet ġew irrifjutati, skont studju ġdid tal-UE

Hemm problemi mifruxa b’mod wiesà bir-rifjuti ta’ ordnijiet għall-konsumaturi tal-UE li jipprovaw jixtru oġġetti onlajn fi Stat Membru ieħor, skont rapport ġdid tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kummerċ elettroniku transkonifinali tal-konsumatur li ġie ppubblikat illum. Twettaq eżerċizzju indipendenti u estensiv għall-Kummissjoni ta’ xiri esperimentali , fejn xerrejja mifruxa madwar l-UE pprovaw jixtru lista ta’ mitt prodott popolari – pereżempju kameras, CDs, kotba, ħwejjeġ – minn provveditur transkonfinali. Saru aktar minn 11 000 ordnijiet esperimentali. Ir-riċerka sabet li 60 % ta’ tranżazzjonijiet transkonfinali ma seħħewx mill-konsumatur minħabba li n-negozjant ma bagħatx il-prodott lejn pajjiżhom jew ma offriex mezzi adegwati għall-ħlas transkonfinali. Il-Latvja, il-Belġju, ir-Rumanija u l-Bulgarija huma l-pajjiżi fejn il-konsumaturi huma l-inqas li jistgħu jixtru lil hinn mill-fruntieri (għal lista sħiħa tas-27 pajji ż tal-UE kklassifikat ara MEMO/09/475 ). Iżda fil-pajjiżi kollha għajr tnejn minnhom l-iżvantaġġi biex tirnexxi xirja lil hinn mill-fruntieri huma anqas minn 50 %. Il-benefiċċji mitlufa għaċ-ċittadini huma wkoll ċari ħafna. F’aktar minn nofs l-Istati Membri, 50 % jew aktar tal-prodotti jistgħu jinstabu b’10 % orħos (inklużi l-ispejjeż tat-trasport) minn websajt f’pajjiż ieħor. U 50 % tal-prodotti mfittxija ma setgħux jinstabu fis-siti nazzjonali u ġew offruti biss minn negozjant ta’ Stat Membru ieħor. Il-Komunikazzjoni tippreżenta serje ta’ miżuri li għandhom jittieħdu biex inaqqsu l-ambjent kumpless regolatorju li qed jaġixxi bħala diżinċentiv għan-negozji biex jaqdu lill-konsumaturi fi Stati Membri oħra. Barra minn hekk, u biex tissaħħaħ il-kunfidenza fin-negozju onlajn, il-problemi dwar il-ġbir ta’ dejta kummerċjali u l-użu tagħha biex toħloq profil tal-klijenti u timmira lejnkonsumaturi speċifiċi se jiġu analizzati f’forum ta’ partijiet interessati.

Il-Kummissarju Kuneva qalet: "Ir-riżultati ta’ din ir-riċerka huma impressjonanti ħafna, aħna issa għandna l-fatti u l-figuri konkreti li juru li s-suq waħdieni Ewropew għall-konsumaturi mhux qed iseħħ fil-kummerċ onlajn. Negozjar aħjar u għażla akbar tal-prodotti għall-konsumaturi fis-suq Ewropew vast tagħna jistgħu jkunu wara l-kantuniera. Iżda fir-realtà ix-xerrejja onlajn xorta għadhom restritti mil-fruntieri nazzjonali. Il-konsumaturi tal-Ewropa qed jiġu mċaħħda minn għażla aħjar u iżjed valur għal flushom. Huma jixraqilhom aħjar. Aħna għandna nissimplifikaw il-labirint legali li qed jipprevjeni lin-negozjanti onlajn milli joffru l-oġġetti tagħhom f’pajjiżi oħra".

"Il-kisba ta’ Suq Waħdieni Diġitali hija prijorità għolja għall-Ewropa", qalet Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja. "Aħna mhux se jkollna Ekonomija Diġitali reali sakemm ma nneħħux l-ostakoli għat-tranżazzjonijiet onlajn, anki għall-konsumaturi finali. Dan għandu jkun fuq nett fil-lista tal-inizjattivi politiċi kollha biex il-proġett tas-suq waħdieni jitnieda mill-ġdid.

Is-suq tal-kummerċ elettroniku

Is-suq Ewropew tal-kummerċ elettroniku kien ikkalkolat li se jkun jiswa EUR 106 biljun fl-2006. L-internet huwa l-aktar kanal li qed jikber malajr fil-kummerċ . Fl-2008, 51 % tan-negozjanti tal-UE għamlu l-bejgħ onlajn.

Iżda d-differenza bejn il-kummerċ elettroniku domestiku u transkonfinali dejjem qed tiżdied bħala riżultat ta’ ostakoli għall-kummerċ onlajn. Filwaqt li s-sehem tal-konsumaturi tal-UE li jixtru onlajn kiber minn 27 % għal 33 % f’sentejn (2006-08), is-sehem ta’ dawk li xtraw xi ħaġa onlajn minn pajjiż ieħor tal-UE staġna (6 % sa 7 %) U 21 % tan-negozjanti biss ibiegħu f’distanzamadwar il-fruntieri.

Minkejja dan, il-potenzjal jeżisti . Wieħed minn kull tlieta mill-konsumaturi tal-UE jgħidu li huma jikkunsidraw li jixtru onlajn minn pajjiż ieħor tal-UE jekk il-prodott ikun orħos jew aħjar, u terz ma jiddejqux li jixtru b’lingwa oħra. 59 % tan-negozjanti lesti li jinnegozjaw f’aktar minn lingwa waħda.

Ix-xiri esperimentali: riżultati

Test onlajn li sar f’isem il-Kummissjoni Ewropea mfassal biex jikkontrolla l-opportunitajiet u l-ostakoli għall-konsumaturi li jixtru onlajn minn naħa għal oħra tal-fruntieri fl-UE billi għadda mill-proċess tax-xiri. L-evalwaturi fil-pajjiżi kollha tal-UE fittxew 100 prodott popolari (li jvarjaw minn CDs, għal komputers, kameras diġitali u magni tal-ħasil tal-ħwejjeġ) fuq l-internet, biex jikkontrollaw xi tfaddil jista’ jsir meta wieħed jixtri lil hinn mill-fruntieri u kemm hu diffiċli li wieħed jixtri onlajn minn pajjiż ieħor tal-UE . B’kollox, saru qrib il-11 000 tranżazzjoni esperimentali. Ir- riżultati ewlenin huma:

  • Huwa possibbli t-faddil sostanzjali għall-konsumaturi . Fi 13-il pajjiż minn 27 u mill-inqas nofs it-tiftix kollu tal-prodotti, il-konsumaturi setgħu jsibu offerta f’pajjiż ieħor tal-UE li kienet mill-inqas 10 % orħos mill-aqwa offerta domestika (l-ispejjeż kollha, bħal twassil lejn il-pajjiż tal-konsumatur, inklużi).

  • Aċċess għall-prodotti li mhumiex disponibbli fid-djar . Ix-xerrejja fi 13-il pajjiż tal-UE ma setgħux isibu offerti domestiċi onlajn għal mill-inqas 50 % tal-prodotti li fittxew, iżda sabuhom f’pajjiż ieħor tal-UE.

  • Ħafna mill-ordnijiet majirnexxux . Bejn wieħed u ieħor, 61 % tal-ordnijiet li saru onlajn f’pajjiż ieħor tal-UE ma rnexxewx, l-aktar minħabba li n-negozjant irrifjuta li jaqdi l-pajjiż ta’ residenza tal-konsumatur jew ma offriex mezzi adegwati ta’ ħlas transkonfinali.

L-ostakoli għall-kummerċ elettroniku

Il-komunikazzjoni ppubblikata llum tippreżenta strateġija biex jingħelbu l-ostakoli għall-kummerċ onlajn transkonfinali. Uħud mill-oqsma ta’ prijorità għall-azzjoni huma:

  • Il-ħolqien ta’ sett ta’ drittijiet sempliċi u uniċi għall-konsumaturi tal-UE. Il-proposta għad-Direttiva tad-Drittijiet tal-Konsumatur timmira li tibdel il-liġijiet varji u konfużi kurrenti f’sett wieħed ta’ drittijiet sempliċi mifrux mal-UE kollha, billi toffri protezzjoni ugwali lill-konsumaturi filwaqt li tnaqqas l-ispejjeż ta’ konformità għan-negozjanti u toffrilhom ċarezza legali.

  • Tisħiħ ta’ infurzar transkonfiinali. L-azzjoni kkordinata mmexxija mill-UE biex tinforza l-liġi tal-konsumatur (bħal “Internet sweeps”) għandha tkompli, biex jeqirdu l-prassi illegali u jsaħħu l-kunfidenza tal-konsumatur fix-xiri transkonfinali.

  • Simplifikazzjoni tar-regoli transkonfinali għan-negozjanti , eż. dwar taxxa fuq il-valur miżjud, spejjeż ta' riċiklaġġ u taxxi fuq id-drittijiet tal-awtur. Bħalissa wħud min-negozjanti jridu jinnegozjaw ma’ diversi awtoritajiet tat-taxxa, jiffaċċjaw regoli nazzjonali differenti fuq ir-riċiklaġġ tal-iskart elettroniku, u jistgħu jispiċċaw iħallsu t-taxxi fuq id-drittijiet tal-awtur f’diversi pajjiżi għall-istess oġġetti. Il-proposti tal-Kummissjoni jindirizzaw l-ewwel żewġ problemi. Għandhom jinstabu soluzzjonijiet prattiċi malajr dwar it-taxxi.

Aktar dettalji jinsabu fi: MEMO/09/475

Test sħiħ tal-komunikazzjoni:

http://ec.europa.eu/consumers/strategy/facts_en.htm#E-commerce


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site