Navigation path

Left navigation

Additional tools

L-UE lesta għall-broadband bla fili fuq il-frekwenzi GSM

European Commission - IP/09/1545   20/10/2009

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/09/1545

Brussell, l-20 ta’ Ottubru 2009

L-UE lesta għall-broadband bla fili fuq il-frekwenzi GSM

Illum twittiet it-triq għal ġenerazzjoni ġdida ta' servizzi mobbli fl-Ewropa bil-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE ta' miżuri ġodda li jippermettu li t-telefowns 3G jużaw il-frekwenzi GSM. Dan isegwi l-qbil tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Ministri, f'Lulju ( IP/09/1192 ), sabiex tiġi aġġornata l-leġiżlazzjoni Ewropea – id-Direttiva GSM – dwar l-użu tal-ispettru tal-frekwenzi tar-radju meħtieġ għas-servizzi mobbli. Il-miżuri l-ġodda tal-UE se jrawmu kompetizzjoni aktar b'saħħitha fis-suq tat-telekomunikazzjonijiet tal-UE u se jagħmulha aktar faċli għall-operaturi li jipprovdu servizzi pan-Ewropej b'aktar ħeffa, bħall-internet mobbli, flimkien mas-servizzi GSM li għandna llum. Dan sejjer ukoll jagħti spinta lill-użu ta' servizzi tal-broadband bla fili, wieħed mill-ixpruni tal-irkupru ekonomiku tal-UE.

" Fi żminijiet ebsin għall-ekonomija, l-industrija Ewropea tat-telekomunikazzjoni mobbli llum ingħatat sinjal ċar ta' appoġġ qawwi mingħand dawk li jfasslu l-politika. Ir-regoli l-ġodda tal-UE ppubblikati llum jippermettu l-allokazzjoni mill-ġdid tal-ispettru tar-radju fil-medda tal-frekwenzi GSM għal servizzi mobbli ġodda, isaħħu l-kompetizzjoni u jiffrankaw lill-industrija mobbli sa € 1.6 biljun f'kosti apitali," qalet Viviane Reding, Kummissarju tal-UE għat-Telekomunikazzjonijiet. "B'deċiżjonijiet bħal dawn, l-Ewropa tiżgura li nkomplu nżommu l-vantaġġ kompetittiv tagħna fis-servizzi bla fili."

Ir-regoli l-ġodda tal-UE jagħmlu parti minn sforzi tal-Kummissjoni Ewropea sabiex joffru aktar opportunitajiet mill-ispettru għall-k omunikazzjonijiet bla fili. Il-miżuri ppubblikati llum jiftħu l-medda "GSM" tal-ispettru tar-radju għal mezzi ta' komunikazzjoni mingħajr fili aktar avvanzati. Deċiżjoni u Direttiva ġodda li jimmodernizzaw id- Direttiva GSM tal-1987 ġew stampati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE, saru liġi tal-UE u issa għandhom jiġu applikati fis-27 pajjiż kollha tal-UE.

Ir-regoli l-ġodda jippermettu wkoll adattament iktar faċli tal-al lokazzjoni tal-ispettru fil- medda ta' frekwenzi ta' 900 MHz sabiex ikunu jistgħu jintużaw teknoloġiji broadband dejjem iġded tar-raba’ ġenerazzjoni b'veloċità għolja. Il-mowbajls eżistenti tal-konsumaturi jistgħu jibqgħu jintużaw mingħajr problemi, iżda jistgħu wkoll jużaw teknoloġiji ġodda biex ikollhom aċċess għal servizzi ta' broadband b'veloċità għolja.

Ir-regoli riformati mistennija jkollhom effett ekonomiku pożittiv fuq is-settur u se jippromwovu l-bidu tal-użu tas-servizzi ġodda bla fili, bis-saħħa ta' tnaqqis fil-kosti tan-netwerks li ġejjin mill-użu ta’ meded ta' frekwenzi iżjed baxxi.

Id-Deċiżjoni l-ġdida tal-Kummissjoni se tistipula l-parametri tekniċi li jippermettu l-koeżistenza tal-GSM (mowbajls 2G) u s-sistemi UMTS (telefowns 3G li jżidu internet mobbli b'veloċità għolja mas-servizzi regolari tat-telefown) fuq il-frekwenzi GSM 900 MHz u 1800 MHz, b’konformità mad-Direttiva. Din id-Deċiżjoni se tkun ibbażata fuq id-Deċiżjoni tal-UE dwar l-Ispettru tar-Radju, li tistipula mekkaniżmu għall-adozzjoni ta’ regoli tekniċi għall-armonizzazzjoni abbażi ta’ suġġerimenti mogħtija mill-esperti nazzjonali fil-qasam tal-frekwenzi tar-radju.

L-amministrazzjonijiet nazzjonali issa għandhom sitt xhur biex jittrasponu d-Direttiva u biex jimplimentaw id-Deċiżjoni, bil-għan li l-meded tal-frekwenzi tal-ispettru tal-GSM isiru effettivament disponibbli għat-3G. Meta jiftħu l-liċenzji GSM eżistenti, ir-regolaturi nazzjonali se jkollhom jeżaminaw il-kompetizzjoni bejn l-operaturi mobbli u jindirizzaw id-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni, jekk ikun hemm, skont ir-regoli tal-UE dwar it-Telekomunikazzjonijiet. Id-Deċiżjoni tipprevedi l-possibbiltà ta’ emendi biex tinkludi parametri tekniċi tal-użu għal sistemi oħrajn li mhumiex GSM, li l-kumpatibbiltà tagħhom tista’ tiġi stabbilita fil-ġejjieni.

Sfond

Id-Direttiva GSM tal-1987 tirriżerva l-użu ta’ parti mill-medda tal-ispettru ta' 900 MHz għall-GSM (Sistema Globali għal Mowbajl jew dik oriġinalment imsejħa Groupe Spécial Mobile) biex ikollha aċċess għal teknoloġiji bħat-telefowns mobbli. Madanakollu, id-Direttiva kellha bżonn tiġi aġġornata biex tippermetti lit-teknoloġiji bla fili aktar avvanzati tal-ġenerazzjoni li jmiss jużaw ukoll din il-medda tal-ispettru ta' frekwenzi tar-radju.

F’Novembru 2008, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li l-frekwenzi allokati lit-telefown mobbli jinqasmu ma’ teknoloġiji oħrajn aktar avvanzati, bħat-teknoloġija mobbli tal-broadband 3G (Universal Mobile Telecommunications System, UMTS) bħala l-ewwel esperjenza. Il-proposta kienet approvata mill-Parlament Ewropew f’Mejju 2009 b’578 vot ( MEMO/09/219 ) u mill-Kunsill tal-Ministri f'Lulju 2009 ( IP/09/1192 ). Id-Direttiva aġġornata 2009/114/KE ġiet iffirmata mill-Presidenti tal-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Ministri f’Settembru. Illum qed tiġi ppubblikata flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE.

Fid-diskors tagħha "Digital Europe – Europe's Fast Track to Economic Recovery" tad-9 ta’ Lulju ( SPEECH/09/336 ) ( Ewropa Diġitali – Lejn Irkupru Ekonomiku Veloċi tal-Ewropa ), Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għat-Telekomunikazzjoni, ippreżentat "Aġenda Diġitali għall-Ewropa" li kienet tinkludi, bħala waħda mill-ewwel azzjonaijiet, ftehim rapidu dwar ir-riforma tad-Direttiva GSM.

Tagħrif dwar il-politika tal-Kummissjoni dwar l-ispettru tar-radju huwa aċċessibbli minn:

http://ec.europa.eu/information_society/policy/ecomm/radio_spectrum/index_en.htm

Directive 2009/114/EC of 16 September 2009 amending Council Directive 87/372/EC

Decision 2009/766/EC of 16 October 2009

MEMO/08/725


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website