Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea tpoġġi sfidi fuq l-aġenda tal-UE dwar id-diġitazzjoni tal-kotba għall-awturi, il-libreriji u l-konsumaturi.

European Commission - IP/09/1544   19/10/2009

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/09/1544

Brussell, it-12 ta' Ottubru 2009

Il-Kummissjoni Ewropea tpoġġi sfidi fuq l-aġenda tal-UE dwar id-diġitazzjoni tal-kotba għall-awturi, il-libreriji u l-konsumaturi.

Illum il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni dwar id-Drittijiet tal-Awtur fl-Ekonomija tal-Għarfien bil-għan li tindirizza l-isfidi kulturali u legali importanti tad-diġitizzazzjoni fuq skala massiva u t-tixrid tal-kotba, partikolarment dawk tal-kollezzjonijiet tal-libreriji Ewropej . Il-Komunikazzjoni kienet imfassla b'mod konġunt mill-Kummissarji Charlie McCreevy u Viviane Reding . Il-libreriji diġitali, bħall-Europeana ( http//www.europeana.eu ), se jipprovdu metodi ġodda ta' aċċess għall-għarfien lir-riċerkaturi u l-konsumaturi madwar l-Ewropa. Madankollu, l-UE se jkollha għalhekk issib soluzzjoni għal kwistjoni ta' xogħlijiet orfni, li minħabba li għandhom l-istatus tad-drittijiet tal-awtur inċert ma jistgħux jiġu diġitizzati. Element importanti ieħor tal-Komunikazzjoni huwa t-titjib fid-distribuzzjoni u d-disponibbiltà ta' xogħlijiet għal persuni b'diżabbiltajiet, b'mod partikolari dawk neqsin mid-dawl .

Meta ġiet adottata din il-Komunikazzjoni, il-Kummissarji McCreevy u Reding saħqu li, id-dibattitu dwar il-Ftehim tal-Google Books, wera għal darba oħra li l-Ewropa ma tistax titħalla l-art fil-qasam diġitali "Irridu nagħtu spinta lill-Ewropa bħala ċentru ta' kreattività u innovazzjoni . Il-wirt enormi tal-libreriji Ewropej ma jistax jiħalla jispiċċa iżda għandu jsir aċċessibbli għaċ-ċittadini tagħna" stqarr il-Kummissarju McCreevy, li huwa responsabbli għas-Suq Intern.

Il-Kummissarju Reding, li hija inkarigata mis-Soċjeta tal-Informatika u l-Medja, qalet : "Diġa bdew isiru sforzi importanti għad-diġitizzazzjoni madwar id-dinja kollha. L-Ewropa għandha taħtaf din l-okkażjoni u tieħu r-riedni f'idejha, u tiżgura li d-diġitizzazzjoni tal-kotba titwettaq abbażi tal-liġi Ewropea dwar id-drittijiet tal-awtur, u b'rispett sħiħ lejn id-dversità tal-kulturi Ewropej L-Ewropa, mgħonija bil-wirt kulturali tagħha, għandha ħafna x'toffri u ħafna x'takkwista mid-diġitizzazzjoni tal-kotba . Jekk nieħdu azzjoni malajr, is-soluzzjonijiet Ewropej favur il-kompetizzjoni dwar id-diġitizzazzjoni tal-kotba jistgħu jitħaddmu qabel is-soluzzjonijiet li huma previsti bħalissa skont il-Ftehim tal-Google Books fl-Istati Uniti.

Il-Komunikazzjoni tindirizza l-azzjonijiet li l-Kummissjoni beħsiebha tvara: il-konservazzjoni diġitali u t-tixrid ta' materjal akkademiku u kulturali u ta' xogħlijiet orfni, kif ukoll aċċess għall-għarfien minn persuni b'diżabbiltajiet. L-isfidi identifikati llum mill-Kummissjoni joħorġu mill-konsultazzjoni pubblika tas-sena l-oħra dwar il-Green Paper ( IP/08/1156 ), il-Grupp ta' Livell Għoli tal-Kummissjoni dwar il-Libreriji Diġitali u l-esperjenzi tal-Librerija Diġitali Ewropea Europeana ( IP/09/1257 ).

Is-seduta informattiva li saret dan l-aħħar mill-Kummissjoni dwar il-Ftehim tal-Google Books enfasizzat ukoll is-sitwazzjoni anomala li tinħoloq jekk il-Ftehim ikollu jiġi approvat, jiġifieri li l-ammont kbir tax-xogħlijiet Ewropej fl-libreriji tal-Istati Uniti li ġew diġitizzati minn Google ikunu disponibbli biss għal riċerkaturi fl-Istati Uniti iżda mhux għal dawk fl-Ewropa stess. Għalhekk, kif saħqu l-Kummissarji Reding u McCreevy flimkien dan l-aħħar ( MEMO/09/376 ), li l-Ewropej jingħataw aċċess għal wirt kulturali tagħhom stess filwaqt li l-awturi Ewropej jitħallsu kif xieraq hija kwistjoni urġenti li se tkun teħtieġ rispons Ewropew .

Il-Konservazzjoni u Tixrid Diġitali

Issa, il-Kummissjoni se timpenja ruħha fi djalogu mal-partijiet interessati sabiex issib soluzzjonijiet vijabbli u awtorizzazzjoni tad-drittijiet kost effiċjenti li jkopru d-diġitizzazzjoni fuq skala massiva u t-tixrid online tal-kollezzjonijiet tal-libreriji li għadhom protetti bid-drittijiet tal-awtur . Dan jikkonċerna kemm ix-xogħlijiet li ma għadhomx jiġu stampati kif ukoll ix-xogħlijiet orfni, jiġifieri xogħlijiet li sidhom ma jistax jiġi identifikat jew lokalizzat .

Xogħlijiet Orfni

Id-diġitizzazzjoni u t-tixrid tax-xogħlijiet orfni jippreżentaw sfida partikolari soċjali u ekonomika – in-nuqqas tal-għarfien ta' sid id-dritt ifisser li l-utenti ma jkunux jistgħu jiksbu l-awtorizzazzjoni meħtieġa pereżempju, ktieb ma jkunx jista jiġi diġitizzat. Ix-xogħlijiet orfni jifformaw parti sostanzjali tal-kollezzjonijiet tal-istituzzjonijiet kulturali tal-Ewropa (pereżempju, il-British Library tistma li 40 fil-mija tal-kollezzjonijiet tagħha li għandhom id-drittijiet tal-awtur huma orfni 1 .) Il-Kummissjoni, issa se teżamina dan il-fenomenu permezz ta' valutazzjoni tal-impatt. L-għan huwa li tinstab soluzzjoni li tapplika għall-UE kollha sabiex tiffaċilita d-diġitizzazzjoni u t-tixrid tax-xogħlijiet orfni u li jiġu stabbiliti standards ta' 'diliġenza dovuta' li jirrikonoxxu l-istatus ta' orfni madwar l-UE. Diġà sar l-ewwel progress f'dan ir-rigward mill-proġett ARROW (Accessible Registries of Rights information and Orphan works) (Reġistri Disponibbli tat-Tagħrif dwar id-Drittijiet u x-Xogħlijiet Orfni) li jiġbor fih il-libreriji nazzjonali, organizzazzjonijiet u pubblikaturi ta' ġestjoni kollettiva u huwa ko-finanzjat mill-Kummissjoni Ewropea taħt il- eContent plus programme (EUR 2.5 miljun). L-għan ta' dan il-proġett (varat f'Novembru 2008) huwa li jidentifika s-sidien tad-drittijiet u li jiċċara l-istatus tad-drittijiet ta' biċċa xogħol, kemm jekk ma tkunx għadha qed tiġi stampata kif ukoll jekk tkun orfni . "Il-proġett ARROW iffinanzjat mill-UE, huwa l-ewwel pass sabiex jgħaqqad id-diversi reġistri tad-drittijiet tal-Ewropa u biex jiffaċilita l-identifikazzjoni ta' sidien tad-drittijiet," qalu llum il-Kummissarji McCreevy u Reding : "Nappellaw lill-libreriji nazzjonali, l-organizzazzjonijet u l-pubblikaturi ta' ġestjoni kollettiva sabiex ikomplu jibnu fuq dan il-bidu sod u jaħdmu mal-Kummissjoni sabiex tiġi żviluppata sistema ta' reġistrazzjonijiet tal-kotba li tkun favur il-kompetizzjoni u mifruxa madwar l-Ewropa u li tippermetti liċenzjar transkonfinali fl-ambitu ta' sistema trasparenti u bi prezz affordabbli, filwaqt li tiżgura li l-awturi jieħdu l-ħlas li ħaqqhom."

Aċċess għal Persuni b'Diżabbiltajiet

Persuni li għandhom diżabbiltà jesperjenzaw tfixkil fl-aċċess għat-tagħrif. B'mod partikolari, persuni neqsin mid-dawl jesperjenzaw "nixfa ta' kotba" – 5 % biss tal-pubblikazzjonijet Ewropej huma disponibbli f'formati aċċessibli. Din is-sitwazzjoni tiġi aggravata iktar minħabba r-restrizzjonijet fuq id-distribuzzjoni transkonfinali, anke bejn pajjizi bl-istess lingwa. Forum tal-partijiet interessati dwar il-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabbiltà, b'mod partikolari dawk neqsin mid-dawl, se jeżamina r-rispons tal-politika, billi jinkludi metodi li jinkoraġġixxu l-kummerċ bla tfixkil ta' xogħlijiet f'formati aċċessibbli fl-UE.

Iktar tagħrif huwa disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/internal_market/copyright/copyright-infso/copyright-infso_en.htm

http://ec.europa.eu/information_society/newsroom/cf/itemlongdetail.cfm?item_id=5332

Dwar l-iniżjattivi Ewropej fuq il-libreriji diġitali, ara:

http://ec.europa.eu/information_society/activities/digital_libraries/index_en.htm

Dwar il-proġett ARROW iffinanzjat mill-UE, ara:

http://ec.europa.eu/avpolicy/docs/reg/cinema/june09/arrow.pdf

1 :

L- "In from the Cold" report j indika li kwistjonijiet mhux solvuti fir-rigward tax-xogħlijiet orfni għandu impatt ta' 89% tas-servizzi mogħtija mill-mużew ijiet pubbliċi, galleriji, libreriji u, arkivji.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website