Navigation path

Left navigation

Additional tools

Is-sostenibbilità tal-finanzi pubbliċi: sfida għall-ġejjieni u kundizzjoni għal irkupru sostenibbli

European Commission - IP/09/1510   14/10/2009

Other available languages: EN FR DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET LT LV PL SK SL RO

IP/09/1510

Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2009

Is-sostenibbilità tal-finanzi pubbliċi: sfida għall-ġejjieni u kundizzjoni għal irkupru sostenibbli

Din l-aħħar sena, it-tfassil tal-politika fiskali fl-UE ffoka b’urġenza u b’suċċess fuq il-ħruġ tal-ekonomija mir-reċessjoni. Il-miżuri ta’ diskrezzjoni u l-istimuli fiskali interni taffew it-tnaqqis tal-attività ekonomika u kienu fattur importanti fit-titjib riċenti. Madankollu, skont komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-‘Sostenibbiltà fit-tul tal-Finanzi Pubbliċi għal Ekonomija li qed tirkupra’, dan wassal ukoll għal deterjorament tal-kontijiet tal-gvern li, bħala fattur minn tal-ewwel fl-iżviluppi demografiċi proġettati hekk kif jikbru l-popolazzjonijiet, jagħmel is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi sfida importanti. Il-gvernijiet jeħtiġilhom ikomplu jappoġġaw l-ekonomija u jevitaw li jkomplu joħonqu l-irkupru li għadu qed jibda. Iżda issa wasal iż-żmien li jibdew ifasslu l-istrateġiji ta' konsolidazzjoni tagħhom u jivvalutaw kif il-kriżi affettwat il-kundizzjonijiet ta' sostenibbiltà tagħhom.

"Wieħed mill-muturi ewlenin tal-istrateġija ta’ ħruġ tagħna huwa l-fatt li nindirizzaw is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi tagħna," qal il-Kummissarju għall-Affarjiet Ekonomiċi u Monetarji Ewropej, Joaquín Almunia. " Aħna għandna bżonn inkomplu nappoġġaw l-irkupru iżda fil-kuntest ta’ finanzi pubbliċi deterjorati serjament, miżuri sabiex tiżdied il-kunfidenza u għall-appoġġ tad-domanda jistgħu jirnexxu biss jekk is-swieq u l-opinjoni pubblika jarawhom bħala temporanji u konsistenti mas-sostenibbiltà fit-tul. Bl-iddiżinjar ta’ strateġiji ċari għal wara l-kriżi se nsaħħu l-effettività tal-miżuri ta’ appoġġ fi żmien qasir u noħolqu l-kundizzjonijiet għal tkabbir ekonomiku sostenibbli u bbilanċjat fil-ġejjieni".

Il-komunikazzjoni ta’ llum u r-‘Rapport ta’ Sostenibbiltà tal-2009’ mehmuż magħha jivvalutaw s-sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi fl-UE filwaqt li jiġi kkunsidrat l-impatt tal-kriżi.

Is-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi hija fattur ta’ tħassib għall-pajjiżi tal-UE kollha, għalkemm il-livell ta’ dan it-tħassib ivarja b’mod kunsiderevoli fl-Istati Membri kollha. Abbażi ta’ serje ta’ indikaturi dettaljati u analiżi ta’ sensitività, il-komunikazzjoni u r-rapport tekniku jagħmlu valutazzjoni globali tar-riskji għas-sostenibbiltà li Stati Membri differenti jħabbtu wiċċhom magħha. In-nuqqasijiet ta’ sostenibbiltà twessgħu fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi bħala konsegwenza tal-kriżi ekonomika, u diversi pajjiżi issa jinsabu f’kategorija ta’ riskju ogħla u għat-tul.

Fl-aħħar għaxar snin il-gvernijiet tal-UE għamlu progress biex jinidirizzaw l-isfida ta' poplazzjoni li qed tikber billi jżommu mal-istrateġija mfassla fil-Kunsill Ewropew ta' Stokkolma fl-2001. Sal-2007 kisbu l-aqwa sitwazzjoni baġitarja fi tletin sena, b’defiċit ta’ 0.8 % għall-UE kollha. Dan ta lil ħafna Stati Memrbi l-marġni meħtieġ għall-manuvra li tgħin l-ekonomiji tagħhom waqt il-kriżi. Il-livelli ta’ impjiegi żdiedu u għal xi kategoriji – partikularment il-ħaddiema li huma ikbar fl-età u n-nisa – laħqu l-mira stabbilita fl-Istrateġija ta’ Liżbona . F’għadd ta’ pajjiżi, ir-riformi tal-pensjoni kkontribwixxew ukoll għall-preżervazzjoni tas-sistemi tal-pensjoni għall-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni filwaqt li għamluhom iktar sostenibbli .

Filwaqt li l-kriżi reġġgħet lura parti minn dak il-progress, l-istrateġija msejsa fuq tliet assi, li tikkonsisti mit-tnaqqis tad-defiċit u tad-dejn, iż-żieda tar-rati tal-impjieg u r-riformi tas-sistemi soċjali ta’ protezzjoni, tibqa’ valida. Iżda filwaqt li fil-bidu l-komponenti differenti kienu alternattivi li l-pajjiżi setgħu jagħżlu minnhom, it-tlieta li huma issa huma indispensabbli għall-biċċa l-kbira tal-membri tal-UE.

Għall-ebda raġuni ma rridu nħallu l-qagħad irabbi l-għeruq . Għaldaqstant huwa vitali li nkomplu naħdmu fuq il-flessigurtà u riformi strutturali oħra li fil-passat għenu għaż-żieda tar-rati ta’ impjiegi.

Huwa meħtieġ ukoll li jiżdiedu l-etajiet tal-irtirar b'mod effettiv skont iż-żieda fl-għomor tal-ħajja. Diversi pajjiżi qed jikkunsidraw li jieħdu l-passi għal dan. In-nies qed jgħixu iktar u f’kundizzjonijiet ta’ saħħa aħjar minn qatt qabel. Jekk il-politiki attwali ma jinbidlux, l-età medja li fiha n-nies jirtiraw mix-xogħol fl-UE tiżdied biss b’sena – minn 62 għal 63 – sal-2060 (ara l-etajiet ta’ rtirar effettivi f'paġna 60 tar-rapport). Madankollu, l-għomor tal-ħajja fl-età ta’ 62 huwa mistenni li jiżdied b’sitt snin sħaħ matul l-istess perjodu – minn 20.2 sena għal 26.2.

Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu kkunsidrati r-riformi fil-kura tas-saħħa, filwaqt li ż-żieda fil-kwalità tal-finanzi pubbliċi hija indispensabbli għat-tnaqqis tan-nefqa mhux produttiva u għaċ-ċaqliq ta’ riżorsi lejn l-edukazzjoni u r-riċerka kif ukoll għanijiet ta’ politika oħrajn (soċjali, ambjentali, saħħa). Il-konsolidament fiskali, permezz taż-żieda tad-dħul addizzjonali, meta huwa meħtieġ, għandu jikkunsidra l-effetti ta’ inċentiv, l-effiċjenza u l-kompetittività u jiffoka fuq dawk il-miżuri li għandhom l-inqas effetti ta’ tagħwiġ.

Il-komunikazzjoni turi li l-espansjonijiet fiskali li jirnexxilhom ireġġgħu lura r-riċessjoni kif ukoll is-sostenibbiltà għal perjodu itwal mhumiex inkompatibbli.

Hemm bżonn li l-istrateġiji tal-irtirar fiskali maħsuba għall-ksib ta’ għanijiet ambizzjużi u realistiċi għal perjodu medju ta’ żmien, jitfasslu issa u jiġu implimentati b’mod koordinat hekk kif l-irkupru jiġi stabbilit, filwaqt li jiġu kkunsidrati s-sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ pajjiżi individwali. Sabiex jappoġġaw ir-riformi meħtieġa u jtejbu l-kredibbiltà tal-aġġustament fiskali – li bla dubju se jiġi mifrux fuq għadd ta’ snin – jista’ jkun li l-Istati Membri jkollhom bżonn jiżviluppaw iktar l-oqfsa baġitarji tagħhom. F’termini tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, is-sostenibbiltà tad-dejn għandu jkollha rwol prominenti u espliċitu ħafna fil-proċeduri ta' sorveljanza.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website