Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/09/1487

Brussell, 8 ta’ Ottubru 2009

Rapport tal-Kummissjoni jgħid li meħtieġa aktar azzjonijiet kontra min jispammja u għall-protezzjoni tal-privatezza onlajn

Illum, il-Kummissjoni Ewropea reġgħat appellat lill-pajjiżi tal-UE biex iżidu l-isforzi tagħhom kontra t-theddid għall-privatezza tan-nies li jużaw l-internet. Studju ffinanzjat mill-Kummissjoni u li ġie ppubblikat illum juri li minkejja li f'dawn l-aħħar snin diversi pajjiżi tal-UE ħadu xi miżuri biex isaħħu l-projbizzjoni li l-Ewropa għamlet fuq l-ispam, li jinkludu multi għal min jispammja, l-għadd tal-każijiet li ġew ipproċessati u tas-sanzjonijiet imposti jvarjaw b'mod konsiderevoli. L-istudju jikkonferma l-ħtieġa għat-titjib fil-leġiżlazzjoni propost mir-riforma tar-regoli tal-UE dwar it-Telekomunikazzjoni (MEMO/09/219): reġoli ta' infurzar aktar ċari u konsistenti u sanzjonijiet dissważivi, kooperazzjoni transkonfinali aqwa, u riżorsi adegwati għall-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-protezzjoni tal-privatezza taċ-ċittadini onlajn.

" Iċ-ċifri ta' dan l-istudju juru li diversi pajjiżi tal-UE qed jagħmlu aktar biex jinfurzaw ir-regoli dwar il-privatezza onlajn. Madankollu l-ispam huwa qasam li nistgħu u li għandna ntejbu għall-benefiċċju tal-utenti tal-internet fl-UE ," qalet Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja. " Minkejja li l-leġiżlazzjoni Ewropea ilha li pprojbiet l-ispam u l-ispyware mill-2002, medja ta' 65% taċ-ċittadini tal-UE għadhom jintlaqtu mill-ispam b'mod regolari. Jeħtieġ li nqawwu l-ġlieda tagħna kontra min jispammja u li niżguraw li l-UE tadotta leġiżlazzjoni li tipprovdi sanzjonijiet kbar u kriminali kontrihom. Nappella lill-pajjiżi tal-UE biex isaħħu l-isforzi nazzjonali tagħhom fil-ġlieda kontra t-theddid għall-privatezza onlajn, bħalma huma l-ispam, l-ispyware u softwer malizzjuż (malware). Jekk jirnexxilna neqirdu l-pesta tal-ispam fl-Ewropa nkunu tajna eżempju lill-pajjiżi ġirien u lil partijiet oħra tad-dinja li huma responsabbli għall-ispam li nirċievu fl-Ewropa. "

Il-konklużjonijiet ewlenin tal-istudju li l-Kummissjoni Ewropea ppubblikat illum jindikaw li:

  • Kważi l-pajjiżi kollha tal-UE issa għandhom websajt waħda jew aktar fejn iċ-ċittadini jistgħu jsibu informazzjoni jew iressqu lmenti f'każ li jisfaw vittma tal-ispam, spyware jew softwer malware;

  • Analiżi ta' aktar minn 140 każ ta' infurzar fi 22 Stat Membru turi li hemm differenzi konsiderevoli bejn l-għadd ta' każijiet imressqa f'kull pajjiż u l-multi li jiġu imposti. L-ogħla numru ta' każijiet ġew irrappurtati fi Spanja (39), fis-Slovakkja (39) u fir-Rumanija (20). L-ogħla multi ġew imposti fl-Olanda (€1 000 000), fl-Italja (€570 000) u fi Spanja (€30 000). Madankollu, il-multi imposti fuq min jispammja f'pajjiżi bħar-Rumanija, l-Irlanda u l-Latvja jvarjaw minn mijiet sa diversi eluf ta' Ewro.

  • Sabiex il-ġlieda kontra t-theddid onlajn tirnexxi, l-approċċ li jittieħed għandu jinkludi taħlita ta' prevenzjoni, infurzar u trawwim tal-għarfien pubbliku. L-awtoritajiet pubbliċi (bħalma huma r-regolaturi tat-telekomunikazzjoni, l-aġenziji tal-protezzjoni tad-dejta u l-aġenziji tal-konsumaturi u l-entitajiet responsabbli mill-infurzar tal-liġi) għandu jkollhom responsabbiltajiet ċari u proċeduri ta' kooperazzjoni bejniethom filwaqt li s-settur pubbliku u dak privat għandhom jaħdmu flimkien ukoll. Il-livell ta' kooperazzjoni jvarja ħafna bejn il-pajjiżi tal-UE. Pereżempju, filwaqt li fil-Belġju, Ċipru, l-Estonja, Franza, il-Ġermanja l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Olanda, ir-Rumanija u r-Renju Unit jeżistu ftehimiet ta' kooperazzjoni, il-Lussemburgu u Malta jiddependu fuq informazzjoni informali.

  • L-ispam huwa problema dinjija. Fil-ġlieda kontra l-ispam jeħtieġ li jkun hemm aktar kooperazzjoni internazzjonali, kemm fl-UE kif ukoll madwar id-dinja kollha.

  • Il-pajjiżi tal-UE għandhom jallokaw biżżejjed riżorsi lill-awtoritajiet nazzjonali sabiex ikunu jistgħu jiġbru l-provi, jinvestigaw u jieħdu passi legali f'dan il-qasam.

Ir-riforma tar-regoli tal-UE dwar it-telekomunikazzjoni li pproponiet il-Kummissjoni u li qed tiġi ffinalizzata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tipprovdi kundizzjonijiet għal infurzar aqwa tar-regoli dwar il-privatezza. Dispożizzjoni ġdida fir-regoli tal-UE dwar it-Telekomunikazzjoni tesiġi li l-pieni għall-ksur tal-liġijiet nazzjonali dwar il-privatezza onlajn għandhom ikunu effettivi, proporzojnati u dissważivi. Barra minn hekk, tobbliga lill-pajjiżi tal-UE biex jallokaw ir-riżorsi meħtieġa lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-infurzar.

Ir-regoli l-ġodda jippermettu wkoll li l-entitajiet nazzjonali li jikkumbattu l-ispam ikunu jistgħu jingħaqdu man-netwerk Ewropew ta' awtoritajiet li jinfurzaw il-liġijiet ta' protezzjoni tal-konsumaturi u organizzazzjonijiet privati bħalma huma l-fornituri ta' servizzi tal-internet ikollhom dritt jieħdu passi legali kontra min jispammja n-netwerks tagħhom b'mod abbużiv. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni Ewropea qed tinnegozja ftehim mal-Istati Uniti dwar il-kooperazzjoni transkonfinali fl-infurzar tal-liġijiet ta' protezzjoni tal-konsumaturi. Ċifri tal-industrija juru li 1 minn kull 6 emails tintbagħat mill-Istati Uniti. Bir-regoli tat-telekomunikazzjoni kif riformati, il-kooperazzjoni dwar l-ispam se tiddaħħal fl-ambitu tal-ftehim bejn l-UE u l-Istati Uniti.

Sfond:

F'Mejju 2009, il-Kummissjoni nediet l- eYouGuide li hija għodda ġdida onlajn li tagħti pariri prattiċi dwar id-“drittijiet diġitali” li għandhom il-konsumaturi skont il-liġi tal-UE. F'dan il-kuntest, il-Kummissarji Reding u Kuneva ppreżentaw " Aġenda Diġitali " tal-futur għall-konsumaturi Ewropej, li tidentifika l-ġlieda kontra l-ispam bħala qasam li l-UE tista' tieħu azzjoni fih, b'mod partikolari permezz ta' sanzjonijiet effettivi simili fl-Istati Membri tal-UE u f'pajjiżi ġirien ( IP/09/702 ).

Il-kooperazzjoni prattika bejn l-awtoritajiet responsabbli mill-infurzar u s-settur privat sa tiġi diskussa f'Liżbona bejn is-7 u d-9 ta' Ottubru fil- workshop CNSA/LAP dwar il-ġlieda kontra l-ispam .

Dan l-istudju li ġie ppubblikat illum jinkludi valutazzjonijiet tal-progress li sar f'kull pajjiż tal-UE u juri konnessjonijiet mal-websajts tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-protezzjoni tad-dejta fl-Istati Membri li fuqhom jistgħu jitressqu lmenti dwar l-ispam, l-ispyware u l-malware:

http://ec.europa.eu/information_society/policy/ecomm/library/ext_studies/index_en.htm#2009

Flash Eurobarometer Confidence in the Information Society:

http://ec.europa.eu/information_society/policy/nis/strategy/activities/index_en.htm

Anness

Examples of sanctions imposed at national level in the past years.

Czech Republic

  • the data protection authority imposed fines in total of around €15 000 EUR in 2007

Denmark

  • a Danish commercial court imposed a fine of around €270 000 for mobile spam

  • as a result of legal action undertaken by the Danish Consumer Ombudsman, Danish companies were fined respectively around €13 330, €2 670, €1 330, €670 and €1 330 in 2008

  • in 2009, a fine of around €3 330 has been metered out by the court to a Copenhagen nightclub for unsolicited text messages containing information about events etc. taking place at the nightclub

Finland

  • conviction for writing malicious software, including use of spyware and spam

  • sentenced to 7 months in prison, later commuted to 162 hours of community work

Germany

  • numerous cease and desists orders of district courts and higher courts threatening the defendant with administrative fines not exceeding €250 000,00, alternatively arrest for contempt not exceeding 6 months; often also conviction to pay fine of €2 500,00 for each violation of the cease and desist order

  • court orders actually imposing these fines are not publicized

Greece

  • imposition of a fine of €20 000 for sending spam to random mobile numbers

Hungary

  • in 2007, a total sum of around €6 400 was imposed

  • in 2008, this amount was 10 times higher (the maximum fine is 500.000 HUF): one spammer was fined seven times with a total sum of fines amounting to 1.6 million HUF (around €5 333 at the time of this Study)

Ireland

  • the data protection authority applied two fines for mobile spam (one of €2 000 EUR in 2008 for sending 6 text messages)

Italy

  • in 2008, the data protection authority imposed a fine of €570 000 EUR on an SMS spammer

  • in 2004, the Naples court of peace sentenced a spammer to a fine of €1 000

  • in 2002-2003, the data protection authority issued a number of decisions ordering to stop the sending of spam

  • an Italian court of appeal sentenced a sender of malware and spyware infected e-mail to a fine of €4 280

Latvia

  • the data protection authority imposed fines in two cases for a total amount of €4 300

Lithuania

  • in 2008, the data protection authority applied administrative sanctions in 3cases; 2 of them were confirmed by the administrative court; 1 case is still pending

Poland

  • the consumer policy department ordered to cease infringement of consumer interests through spam

Romania

  • in 2008, the telecom regulator applied fines in 20 cases, ranging from €250 to €500

  • the data protection authority applied two fines for mobile spam (via SMS)

Spain

  • in 2008, the data protection authority imposed 39 fines for sending spam with a total of €85 500 as follows: €81   100 for 34 e-mail spam cases (of which €30 000 for two serious e-mail spam cases), €3   800 for 4 SMS spam cases and €600 for one fax spam case.

The Netherlands

  • in 2006, the telecom regulator imposed a fine of €75 000 for sending spam

  • in 2007, three Dutch companies were fined €1 000 000 for placing adware and spyware

  • in 2008, a spammer was fined €510 000

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED
Source: Flash Eurobarometer on confidence in Information Society of May 2009, p.23


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website