Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT PT EL LV SL RO

IP/09 /1435

Brussell, is-7 ta’ Ottubru 2009

Il-Koordinaturi tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport jippreżentaw ir-rapport annwali tagħhom u Dokument dwar Pożizzjoni Komuni

Il-koordinaturi tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport ippreżentaw ir-raba’ u l-aħħar rapport għall-ewwel mandat tagħhom lill-Viċi President Antonio Tajani. Fih spjegazzjoni dettaljata tal-proġetti ta’ prijorità li huma responsabbli għalihom.

Is-Sur Tajani, li huwa responsabbli għat-trasport, qal: "Nixtieq nirringrazzja lill-koordinaturi Ewropej. Bħal fis-snin ta’ qabel, ir-rapporti tagħhom jipprovdu lill-Kummissjoni Ewropea u l-istitutuzzjonijiet l-oħra tal-UE b’analiżi dettaljata ta’ disa’ proġetti ewlenin Ewropej. Mhux talli jien sodisfatt bil-progress li sar, iżda ninsab ukoll kuntent li fi tmiem dan l-ewwel mandat, l-esperiment tal-politika tal-użu tal-ħiliet u t-talenti ta’ nies politiċi Ewropej b’esperjenza biex jaġixxu bħala negozjaturi, interlokuturi u ambaxxaturi għall-proġetti TEN-T ewlenin, wera s-suċċess tiegħu. Issa ninsabu ħerqanin għall-ħidma li se titwettaq matul l-erba’ snin li ġejjin, partikolarment fid-dawl tar-reviżjoni tal-politika tan-netwerks Trans-Ewropej tat-Trasport." Il-Viċi-President ikkonkluda: "Madanakollu, niftakar b’sogħba f’Karel Van Miert li ħalliena f’Ġunju ta’ din is-sena. It-telfa tiegħu, mhux biss bħala Koordinatur iżda wkoll bħala sors kontinwu ta’ ispirazzjoni għal dawk li jaħdmu fit-trasport fl-Ewropa, tinħass ħafna."

Ir-rapporti annwali tal-2009 jiġbru flimkien mhux biss il-ħidma li twettqet matul is-sena 2008-9, iżda wkoll il-perjodu kollu tal-ewwel mandat ta’ erba snin (2005-9). Bħal fis-snin ta’ qabel, ir-rapporti jirriflettu l-perspettivi u l-analiżi proprji tal-koordinaturi u fihom serje ta’ proposti u rakkomandazzjonijiet biex jgħinu lil dawk kollha interessati fil-proġetti biex jieħdu rwol attiv hekk kif il-proġetti jaslu biex jitlestew.

Barra minn hekk, bħala riflessjoni komuni fi tmiem l-ewwel mandat tagħhom, il-Koordinaturi pproduċew Dokument dwar Pożizzjoni Komuni li ssottomettew lill-Viċi President. Filwaqt li jqisu l-proċess tar-reviżjoni tat-TEN-T li l-Kummissjoni Ewropea nediet fil-bidu tat-tieni terminu tagħhom, il-Koordinaturi jixtiequ jikkontribwixxu għad-dibattitu billi jissottomettu valutazzjoni kif ukoll rakkomandazzjoni bbażata fuq l-esperjenza tagħhom.

Is-Sur Tajani feraħ lill-koordinaturi Ewropej u saħaq fuq l-utilità tal-ħidma tagħhom: "Ninnota s-suċċess kbir li l-koordinaturi Ewropej kisbu għal dawn il-proġetti internazzjonali transkonfinali komplikati. Għal darb'oħra ntlaħaq progress fil-proġetti permezz tal-involviment personali mill-qrib tagħhom. Dan kien partikolarment importanti matul iċ-ċirkustanzi estremament diffiċli li kellhom l-Istati Membri matul l-aħħar sena minħabba l-kriżi ekonomika u finanzjarja dinjija. B’mod partikolari, nilqa' d-Dokument dwar Pożizzjoni Komuni li l-Koordinaturi tawni u li se jkun importanti fil-qafas tad-diskussjonijiet li għaddejjin dwar l-istrateġija tat-TEN-T għall-ġejjieni."

Ir-reviżjoni tal-politika tat-TEN-T li qed issir attwalment se tidentifika l-isfidi li ġejjin fil-programm tat-TEN-T u tippermetti li jingħata aktar importanza lill-attivitajiet tal-koordinaturi. Se ssir laqgħa importanti dwar dan is-suġġett matul il-ġranet tat-TEN-T ta’ din is-sena f’Napli mill-21 - 22 ta’ Ottubru, li se tkun ddedikata għal diskussjoni fil-fond bejn dawk kollha interessati dwar id-direzzjoni u l-għanijiet tal-politika Ewropea tat-trasport għall-ġejjieni. Din il-konferenza se ssir b’segwitu għall-pubblikazzjoni tal-Green Paper dwar il-futur tal-politika fi Frar tal-2009. Se tistipula għażliet politiċi għall-għaxar snin li ġejjin, waqt li tqis partikolarment il-miri fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-avvanzi teknoloġiċi fl-oqsma tat-trasport u l-enerġija. Għandha wkoll l-għan li ttejjeb il-kontribuzzjoni tat-TEN-T biex jinkisbu l-għanijiet ta’ Unjoni mkabbra fi żmien ta’ cirkustanzi ekonomiċi partikolarment diffiċli.

Ir-rapporti dwar l-attività tal-koordinaturi u d-Dokument dwar Pożizzjoni Komuni tagħhom huma disponibbli fuq is-sit tal-internet li ġej:

http://ec.europa.eu/transport/infrastructure/european_coordinators/2009_en.htm

Mr Karel Van Miert: Il-ferrovija bejn Berlin - Palermo

Mr Etienne Davignon: Il-ferrovija ta’ veloċità għolja li tgħaqqad l-Ewropa tal-Lbiċ

Mr Laurens Jan Brinkhorst: Il-ferrovija bejn Lyon – il-Fruntiera tal-Ukraina

Mr Péter Balázs: Il-ferrovija bejn Pariġi – il-Bratislava

Ms Karla Peijs: L-assi tal-ilmijiet navigabbli interni tad-Danubju - Rhine/Maas – Main; Il-Kanal ta’ Seine - Schelde

Mr Luis Valente de Oliveira: L-Awtostradi tal-Baħar

Mr Pavel Telička: 'Rail Baltica' (Ferrovija Baltika)

Mr Karel Vinck: ERTMS


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site