Navigation path
Left navigation
Additional tools
IP/09/142 Brussell, it-28 ta' Jannar 2009 Il-Kummissjoni tipproponi EUR 5 biljuni f'investiment ġdid fl-infrastruttura tal-enerġija u tal-broadband Internet bejn l-2009 u l-2010, bħala sostenn tal-pjan ta' rilanċ tal-UEBħala parti mill-implimentazzjoni ma taqtax tal-pjan ta' rilanċ tal-UE approvat mill-Kunsill Ewropew f'Diċembru tal-2008, illum il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposti biex tinvesti fi proġetti ewlenin ta' infrastruttura tal-enerġija u tal-broadband Internet. Fuq medda qasira ta' żmien, dawn se jagħtu s-spinta li l-ekonomija tal-UE tant teħtieġ, filwaqt li fl-istess ħin jolqtu għanijiet strateġiċi bħas-sigurtà tal-enerġija. L-Istati Membri kollha se jibbenefikaw mill-pakkett ta' miżuri.Il-President tal-Kummissjoni, José Manuel Barroso qal: "Il-pern tal-Pjan ta' Rilanċ tal-UE huwa l-"investiment bis-sens" – stimulu fuq medda qasira ta' żmien iżda mmirat għal għanijiet fit-tul. Dan huwa eżattament dak li l-Kummissjoni adottat illum: lista ta' proġetti speċifiċi biex EUR 5 biljuni fi flus li ma ntefqux mill-baġit tal-UE jiġu allokati b'mod li nibnu Ewropa aktar b'saħħitha fuq perjodu twil ta' żmien. Jeħtieġ li nieħdu t-tagħlima mill-kriżi tal-gass li seħħet dan l-aħħar u ninvestu bil-qawwi fl-enerġija. Jeħtieġ ukoll li nistimulaw l-ekonomija Ewropea billi nipprovdu netwerk ta' komunikazzjoni fil-komunitajiet rurali. Il-Kummissjoni hija impenjata li tħabrek flimkien mal-Istati Membri, li kollha kemm huma se jibbenefikaw mill-miżuri li qed nipproponu, biex tagħti nifs ġdid lill-ekonomija tal-UE permezz ta' investiment f'dawn l-oqsma prijoritarji." Il-pakkett ippreżentat illum jiġbor fih:
Kemm in-netwerks tal-enerġija kif ukoll dawk tal-braodband huma kruċjali għall-ġejjieni tal-ekonomija tal-UE. L-isfida tas-sigurtà tal-enerġija kienet enfasizzata mill-Kummissjoni fit-tieni reviżjoni strateġika dwar l-enerġija ta' Novembru 2008. Rega' ntefa' dawl fuq is-sinifikat tagħha fil-kriżi tal-gass li seħħet dan l-aħħar. Fl-ambjent ekonomiku u finanzjarju ta' bħalissa, qed ikun ferm diffiċli biex jinstab investiment għall-proġetti. Is-sostenn tal-UE se jerġa' jagħti spinta lill-dawn il-proġetti: se jgħinu biex jiġu solvuti n-nuqqasijiet tal-interkonnessjonijiet tal-enerġija fl-UE, u jżommu l-momentum għall-użu tal-għejun domestiċi ta' enerġija tal-UE bl-aħjar mod. Il-proġetti jiffokaw fuq il-ħtiġiet transkonfinali u fuq l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda li huma essenzjali għall-ħtiġiet enerġetiċi tal-Ewropa fil-ġejjieni. L-estensjoni u t-tiġdid tal-infrastruttura tal-internet ta' veloċità għolja huma prijoritajiet ekonomiċi u soċjali. Il-Pjan Ewropew għar-Rilanċ Ekonomiku stabbilixxa l-għan li jiġu żviluppati netwerks tal-broadband biex sal-2010 kulħadd ikun jista' jgawdi minn servizz ta' internet ta' veloċità għolja. Madanakollu, iż-żoni rurali se jiffaċċjaw aktar diffikultajiet fil-konnessjoni tagħhom mal-broadband. Issa li l-investiment qiegħed inaqqas b'mod konsiderevoli, dan ir-riskju jirdoppja. Dan iħalli konsegwenzi soċjali u ekonomiċi diretti. Huwa għalhekk li d-deċiżjoni li din l-azzjoni tikkonċentra fuq iż-żoni rurali hija waħda tajba – u permezz tal-użu tal-istrumenti tal-iżvilupp rurali se jwassal biex l-azzjoni prattika tinbeda malajr. L-anness jinkludi lista sħiħa tal-proġetti mressqa mill-Kummissjoni b'rabta mal-infrastrutturi tal-enerġija. L-isfond F'Novembru tal-2008, bħala parti mill-pjan Ewropew ta' rilanċ ekonomiku, il-Kummissjoni ssuġġeriet l-użu, fl-2009 u l-2010, ta' ammont addizzjonali ta' EUR 5 biljuni minn flus mhux minfuqa mill-baġit tal-UE għall-investiment fi proġetti marbutin mal-enerġija u l-broadband. L-idea kienet li jitħaffef l-investiment meħtieġ, ikun hemm ilqugħ għar-riċessjoni ekonomika fis-settur tal-kostruzzjoni u jissaħħaħ il-potenzjal ta' tkabbir sostenibbli fit-tul tal-UE permezz ta' stimulu mmirat fl-ekonomija tal-UE. Din hija kontribuzzjoni importanti għall-ammont miftiehem ta' stimulu ekonomiku li jammonta għal 1.5% tal-PGD, li kien jinkorpora kemm azzjoni nazzjonali kif ukoll fuq il-livell ta' UE. Il-proposta ġiet ippreżentata llum mill-President Barroso bi ftehim mal-Kummissarji Piebalgs, Fischer-Boel u Reding. B'dawn il-proposti, il-Kummissjoni qiegħda timplimenta l-mandat mogħti lilha mill-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2008 biex mill-aktar fis possibbli tressaq lista ta' proġetti speċifiċi, bil-kunsiderazzjoni ta' bilanċ ġeografiku xieraq. Sabiex timmassimmizza l-effetti fuq l-ekonomija ġenerali kemm jista' jkun malajr, saret enfasi partikolari fuq il-ħtieġa li flus jibdew jintefqu fl-2009 u fl-2010. Sabiex ikun żgurat li l-proposti jkun jista' jkollhom impatt kemm jista' jkun rapidu, il-Kummissjoni tittama li l-Kunsill u l-Parlament Ewropew ma jdumux ma jagħmlu progress dwar id-diskussjoni u l-adozzjoni tal-miżuri leġiżlattivi. Għalhekk il-Kummissjoni tittama li l-proċeduri normali fl-istituzzjonijiet l-oħrajn ikunu jistgħu jiġu aċċelerati sabiex il-pakkett jitwettaq. Aktar informazzjoni tinsab fil-MEMO/09/36 dwar il-proġetti tal-enerġija proposti u fil-MEMO/09/35 dwar l-infastruttura tal-broadband internet. ANNEX A. INTERCONNECTORS 1. Gas interconnectors
2. Electricity interconnectors
B. OFFSHORE WIND PROJECTS
C. CARBON CAPTURE AND STORAGE PROJECTS
[1] This support may be
channelled alongside European Investment Bank support
|
Side Bar