Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

IP/09/1401

Brussell, 2  ta’ Ottubru 2009

OPEN DAYS 2009 – Il-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet (5-8 ta' Ottubru): inlestu ruħna għall-ikbar avveniment fil-kalendarju tal-Politika Reġjonali tal-UE

Is-seba' OPEN DAYS annwali – Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet organizzata mill-Kummissjoni Ewropea u l-Kumitat tar-Reġjuni tal-UE se ssir bejn il-5 u t-8 ta' Ottubru. Madwar 7 000 persuna minn nies li jfasslu l-politiki Ewropej, nazzjonali u reġjonali, operaturi u rappreżentanti tan-negozju, is-soċjetà ċivili u l-qasam akkademiku se jieħdu sehem f'125 seminar u avvenimenti oħra fi Brussell. Il-parteċipanti se jiġu mhux biss mill-Ewropa imma anke mill-Istati Uniti, iċ-Ċina u l-Indja. L-għan tal-avveniment fuq erbat ijiem huwa biex ir-reġjuni u l-bliet jaqsmu l-ideat tagħhom fuq firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet. Dawn ivarjaw minn kif se jingħata spinta l-iżvilupp ekonomiku u kif se titrażżan ir-riċessjoni ta' bħalissa għall-isfidi fit-tul tal-bdil fil-klima. Se jsiru wkoll xi 230 avveniment lokali fl-Istati Membri taħt il-marka tal-OPEN DAYS.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea José Manuel Barroso, li ser ikun fost il-kelliema fis-Sessjoni tal-Ftuħ fil-Parlament Ewropew, qal: "L-avveniment ta’ din is-sena se jkun partikolarment importanti. Bit-Titlu ‘Sfidi Globali, Tweġibiet Ewropej’, dan ser iħares lejn kif l-ekonomija globali qed tinbidel bħala riżultat ta’ tnaqqis. L-Ewropa, l-Istati Membri u r-reġjunijiet tagħha għandhom jinvestu f’tibdil maġġuri u innovattiv biex joħorġu mill-kriżi, biex jippreservaw il-mudell Ewropew tas-soċjetà u biex jibqgħu kompetittivi globalment. Il-Globalizzazzjoni mhix għadu tas-sussidjarjetà. Din hi, fil-fatt, eżatt l-oppost. Ir-Reġjuni jinsabu fuq quddiem għall-ksib tal-għarfien, għall-attività ekonomika, ix-xogħol, il-koeżjoni soċjali u s-sistemi innovattivi."

Il-Kummissarju għall-Politika Reġjonali Paweł Samecki qal: "L-OPEN DAYS huma l-ikbar avveniment fil-kalendarju tal-Politika Reġjonali tal-UE u jitfgħu l-ideat u t-tħassib lokali u reġjonali fermament fid-dawl tal-pubbliku. Il-kriżi ekonomika tkompli tfakkarna li r-reġjuni kollha hemm bżonn li jsibu modi biex jilqgħu l-isfidi flobali. L-OPEN DAYS jipprovdu pjattaforma unika għad-djalogu bejn is-settur pubbliku, is-settur privat u dak akkademiku biex jinstabu soluzzjonijiet konkreti."

Il-President tal-Kumitat tar-Reġjuni (CoR) Luc Van den Brande qal: "Il-ġurnata ddedikata għall-bdil fil-klima fis-7 ta' Ottubru matul l-OPEN DAYS se tkun l-opportunità ideali biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali madwar l-Ewropa jibagħtu messaġġ qawwi dwar il-ħtieġa għal kollaborazzjoni dwar kemm it-trattament tal-kawżi u kemm l-effetti tat-tisħin tad-dinja qabel is-samit tan-NU f'Kopenħagen f'Diċembru."

Sfidi Globali, Tweġibiet Ewropej

213-il reġjun u belt huma sħab għall-OPEN DAYS 2009 u se jaħdmu f'"konglomerati" dwar temi bħall-innovazzjoni jew is-saħħa pubblika.

Is-seminars fl-OPEN DAYS ta' din is-sena huma ffukati fuq erba' suġġetti ewlenin:

  • Ritorn għat-tkabbir: Innovazzjoni fil-bliet u r-reġjuni tal-Ewropa;

  • Ir-Reġjuni u l-Bdil fil-Klima: Tr ejqet l-Ewropa lejn żvilupp reġjonali sostenibbli;

  • Kooperazzjoni Territorjali: Ħidma transkonfinali flimkien;

  • L-ilħuq tar-riżultati, inħarsu 'l quddiem: Il-valutazzjoni u l-prospetti futuri tal-Politika ta' Koeżjoni tal-UE.

Diskussjonijiet dwar l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku se jkunu ċentrali wkoll għall-aġenda. L-Istrateġija, li ġiet adottata mill-Kummissjoni Ewropea f'Ġunju (ara: IP/09/893 ), hija waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Presidenza Żvediża tal-UE u l-ewwel waħda li ġiet żviluppata b'approċċ "makroreġjonali". Hija għandha l-għan li tikkoopera mat-tmien Stati Membri li għandhom fruntiera mal-Baħar sabiex jiġu ttrattati sfidi speċifiċi fil-qasam, b'mod partikolari problemi ambjentali. Għanijiet oħra jinkludu t-tisħiħ tal-kompetittività, l-iżvilupp tal-enerġija u ħolqiet tat-trasport, u t-titjib tas-sikurezza tar-reġjun, spejċalment fil-qasam marittimu. Id-Deputat Prim Ministru Żvediż Maud Olofsson u l-Ministri għall-Affarijiet Ewropej tal-Iżvezja u l-Finlandja, Cecilia Malmström u Astrid Thors , se jieħdu sehem f'laqgħa mal-ġurnalisti dwar il-Baħar Baltiku matul l-OPEN DAYS.

Id-diskussjonijiet mistennija jiffukaw ukoll fuq strateġija makroreġjonali ġdida għall-Baċir tad-Danubju . Il-Kunsill Ewropew talbet lill-Kummissjoni biex tagħmel il-punti ta' pjan għal strateġija għad-Danubju sa tmiem l-2010 u l-Kumitat tar-Reġjuni se jadotta rapport dwar is-suġġett fis-sessjoni plenarja għall-OPEN DAYS tagħha (7 ta' Ottubru).

OPEN DAYS University

L-OPEN DAYS University huma fost bosta fatturi ġodda inklużi fil-programm tal-2009. Huma maħsuba biex jinvolvu iktar lill-komunità akkademika u se jinkludu sensiela ta' laqgħat ma' akkademiċi ewlenin. L-awtur u ekonomista Amerikan Jeremy Rifkin , li huwa magħruf għall-ideat tiegħu dwar "it-Tielet Rivoluzzjoni Industrijali" ta' wara l-karbonju, se jindirizza l-konferenza permezz ta' vidjomessaġġ li se jistimula d-diskussjonijiet dwar kif ir-reġjuni Ewropej jistgħu jirrispondu għall-bdil fil-klima.

" Il-Post tal-Laqgħat": Ir-reġjuni jagħmlu n-negozju

Matul l-OPEN DAYS, l-istabbi limenti tal-Kumitat se jkunu l-Post tal-Laqgħat għall-esperti lokali u r-rappreżentanti tal-banek u l-kumpaniji internazzjonali bħal Siemens u Motorola, li qegħdin jaħdmu flimkien biex jorganizzaw 33 seminar dwar l-iżvilupp reġjonali u tan-negozju.

Ħidma bi sħab

Il-politika ta' koeżjoni tal-UE, li għandha baġit ta' EUR 347 biljun fl-2007-2013 u tipprovdi appoġġ għal 455 programm ta' żvilupp fl-Istati Membri, titlob kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-komunità tan-negozju biex tagħmel l-aħjar użu mill-fondi tal-UE. L-OPEN DAYS jistgħu jgħinu jibnu s-sisien għal sħubijiet bħal dawn u proġetti konġunti.

OPEN DAYS lokalment: l-Ewropa fir-reġjun tiegħek

Il-233 avveniment lokali, se jsiru fi 33 pajjiż bħala parti "l-Ewropea fir-Reġjun tiegħi/l-Ewropea fil-Belt tiegħi". L-avvenimenti jinkludu festivals, dibattiti għaż-żgħażagħ, seminars u kompetizzjonijiet sportivi. L-idea hi li jiġu ċċelebrati l-kisbiet tal-UE u li titqajjem kuxjenza tal-iskala ta' investiment tal-UE disponibbli permezz tal-Polita ta' Koeżjoni għall-proġetti li jvarjaw minn parkijiet teknoloġiċi għall-iżvilupp tal-broadband u ħolqiet ta' trasport b'veloċità qawwija.

Sfond

Għal aktar tagħrif żur il-websajt tal-OPEN DAYS 2008 fuq: www.opendays.europa.eu

Anness:

Programm Media

OPEN DAYS 2009 partner regions and cities


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site