Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni favur l-ambjent aktar minn qatt qabel

European Commission - IP/09/1349   23/09/2009

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/09/1349

Brussell, il-2 3 ta’ Settembru 2009

Il-Kummissjoni favur l-ambjent aktar minn qatt qabel

Il-Kummissjoni Ewropea ilha żmien twil fuq quddiem fil-ġlieda politika kontra t-tibdil fil-klima globali . Bħala organizzazzjoni li għandha forza tax-xogħol kbira, hija eżemplari wkoll u taf tagħmel differenza kbira. Wara li kompliet tibni fuq is-suċċess tal-proġett pilota tagħha li nediet fl-2001, Il-Kummissjoni Ewropea issa ddeċidiet li testendi s-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha għall-attivitajiet u l-bini kollha tagħha fi Brussell u l-Lussemburgu. Permezz ta' din l-iskema ta' ċertifikazzjoni – li hija bbażata fuq ir-regolament EMAS (Skema ta' Ekoġestjoni u Verifika) - il-Kummissjoni se timplimenta sistema li tiddefinixxi u tevalwa aspetti ambjentali tal-attivitajiet tagħha, li twassal għal titjib kontinwu f'oqsma bħaż-żieda fl-effiċjenza fl-enerġija, l-użu ideali ta' riżorsi naturali u tnaqqis fl-emissjonijiet tal-CO2.

"Il-Persunal tagħna għandhom impenn ġenwin fit-tul li jnaqqsu l-impatt ambjentali ta l-attivitajiet proprji tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni kkommettiet ruħha sa mill-1997 għal "żamma tad-dar favur l-ambjent" li wasslitha biex tevalwa, tirrapporta dwar u tnaqqas l-impatt ambjentali tal-attivitajiet tagħha permezz tal-implimentazzjoni pilota tar-regolament EMAS. Bl-estenzjoni ulterjuri tal-EMAS fil-Kummissjoni, qegħdin nibnu fuq l-esperjenza li ġbarna matul iż-żmien biex naffaċċjaw l-isfida li nibqgħu nnaqqsu l-impatt ambjentali tagħna fis-snin li ġejjin", qal Siim Kallas, il-Viċi-President għall-affarijiet amministrattivi, verifika u l-ġlieda kontra l-frodi.

L-estensjoni tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali għall-Kummissjoni sħiħa fi Brussell u l-Lussemburgu

Ibbażata fuq ir-riżultati pożittivi tal-fażi pilota, is-sistema ta' ġestjoni ambjentali li hija bbażata fuq ir-regolament EMAS tat prova li hija l-istrument l-aktar addattat biex il-prestazzjoni ambjentali fil-Kummissjoni Ewropea tkun tista' tiġi ġestita u mtejba . Is-sistema wriet ukoll sinerġiji bejn dipartimenti differenti u ġabet l-impjegati flimkien biex jaħdmu għall-ksib ta' għanijiet komuni . Id-deċiżjoni li ttieħdet mill-Kummissjoni llum il-ġurnata testendi din is-sistema ta' ġestjoni għall-attivitajiet u l-bini kollha tagħha fi Brussell u l-Lussemburgu . Ir-reġistrazzjoni uffiċjali EMAS min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandha tinkiseb fl-2012, fir-rigward tal-attivitajiet kollha tal-Kummissjoni, u fl-2014, fir-rigward tal-bini kollu tagħha .

Kisbiet prinċipali tal-fażi pilota EMAS fi Brussell (2002-2008)

(1) Tnaqqis fil-konsum tal-enerġija, fil-konsum tal-ilma u fl-emissjonijiet tal-CO 2 ġewwa l-bini 1

Il-konsum tal-elettriku u tal-ilma waqa' b'14% u b'23% għal kull metru kwadru, rispettivament . L-emissjonijiet tal-CO 2 tnaqqsu b'aktar minn 7% għal kull metru kwadru f'dan il-bini .

(2) Tnaqqis fil-konsum tal-karti

Il-konsum tal-karti , tnaqqas b'48% u l-konsum tal-karti ġewwa l-uffiċċji tnaqqas b'41% mill-2003 .

(3) Tnaqqis fil-produzzjoni tal-iskart

L-ammont ta' skart prodott naqas b'11% minn 331 kg/għal kull persuna/ fis-sena għal 294 kg/għal kull persuna /fis-sena . Madwar 54% ta' dan il-volum huwa riċiklat.

(4) Il-Promozzjoni ta' mezzi tat-trasport sostenibbli

L-aħħar dejta ta' stħarriġ (li nġabret f'nofs l-2008) turi l-impatti pożittivi tal-isforzi tal-Kummissjoni biex tippromwovi mezzi sostenibbli tat-trasport . Il-proporzjon ta' persunal fi Brussell li qiegħed jivvjaġġa bil-karozza personali tiegħu waqa' għal 29% (minn 50% fl-1998), filwaqt li l-proporzjon li qiegħed juża t-trasport pubbliku – il-karozza tal-linja, it-tramm, il-metro jew il-ferrovija- żdied għal 50% (minn 32% fl-1998).

Il-Kummissjoni qiegħda taħdem mill-qrib mar-Reġjun ta' Brussell dwar proġett urban ġdid iffukat fuq iż-żona madwar il-ġemgħa ta' bini prinċipali tagħha fi Brussell . Wieħed mill-għanijiet fil-mira huwa li l-viċinat isir lokalità aktar sostenibbli biex tgħix u taħdem fiha, filwaqt li se tingħata attenzjoni speċifika lit-trasport sostenibbli .

Id-dikjarazzjonijiet ambjentali tal-KE kollha huma disponibbli fuq il-websajt EMAS:

http://ec.europa.eu/environment/emas/index_en.htm (taħt Għodda | librerija tad-dikjarazzjonijiet ambjentali | sezzjoni 99).

1 :

Għal raġunijiet ta ' tqabbil, id-dsatax-il binja ta' uffiċini li ġew inklużi fl-ambitu EMAS fi Brussell, biss ġew ikkunsidrati


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website