Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

IP/09/1347

Brussell, il-23 ta’ Settembru 2009

Il-Kummissjoni tadotta proposti leġiżlattivi biex issaħħaħ is-superviżjoni finanzjarja fl-Ewropa

(ara l- MEMO/09/404 & MEMO/09/405 )

Il-Kummissjoni Ewropea llum adottat pakkett importanti ta' abbozz leġiżlattiv biex ittejjeb konsiderevolment is-superviżjoni tas-settur finanzjarju fl-Ewropa. L-għan ta' dawn l-arranġamenti ta' kooperazzjoni mtejba huwa tissaħħaħ b'mod sostenibbli l-istabbiltà finanzjarja fl-UE; l-iżgurar li l-istess regoli tekniċi bażiċi jiġu applikati u infurzati konsistentement; li jiġu identifikati fi stadju bikri r-riskji fis-sistema ; u li jkun possibli li tittieħed azzjoni flimkien b'mod ħafna aktar effikaċi f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u biex jissolva n-nuqqas ta' qbil bejn is-superviżuri. Il-leġiżlazzjoni ser toħloq Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) ġdid biex jagħraf ir-riskji għas-sistema finanzjarja fit-totalità tagħha b'funzjoni kruċjali li joħroġ twissijiet bikrin dwar ir-riskji sabiex tittieħed l-azzjoni meħtieġa minnufih. Ser toħloq ukoll Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF), magħmula minn superviżuri nazzjonali u tliet Awtoritajiet Superviżorji Ewropej għas-setturi bankarji, tat-titoli u tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol.

Il-President tal-K ummissjoni Ewropea José Manuel Barroso qal: "Is-swieq finanzjarji huma Ewropej u globali, mhux nazzjonali biss. Is-superviżjoni tagħhom trid tkun ukoll Ewropea u globali. Illum qed nipproponi sistema superviżorja Ewropea ġdida, bl-appoġġ politiku tal-Istati Membri u msejsa fuq ir-rapport de Larosière. Il-mira tagħna hija li nipproteġu l-kontribwenti Ewropej milli nerġgħu nġarbu esperjenza kerha bħal dik tal-ħarifa tal-2008, meta l-gvernijiet kellhom iferrgħu biljuni ta' ewro lill-banek. Din is-sistema Ewropea tista' wkoll tispira waħda globali u aħna ser nargumentaw favur dan f'Pittsburgh."

Il-Kummissarju tas-Suq Intern u s-Servizzi, Charlie McCreevy, qal: "Dan il-pakkett jirrappreżenta azzjoni rapida u soda mill-Kummissjoni biex n-nuqqasijiet fis-superviżjoni finanzjarja Ewropea u ser jgħin biex jiġu evitati kriżijiet finanzjarji fil-ġejjieni. Jien nirrakkomanda dan il-pakkett lill-Kunsill u lill-Parlament għal adozzjoni mħaffa, sabiex l-istrutturi l-ġodda jkunu jistgħu jibdew jiffunzjonaw fl-2010."

"Il-ħolqien ta' Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku biex jagħraf u jevita r-riskji lill-istabbilità finazjarja fl-UE u arranġamenti ġodda biex tittejjeb is-superviżjoni fuq il-livell tal-istituzzjonijiet se jkun ċentrali biex jiġu affrontati biex taffronta l-iżbilanċi li hemm fi-sistemi finanzjarji tagħna u ssolvi d-dgħjufijiet fis-sistema tas-sperviżjoni finanzjarja tagħna li b'xi mod għandhom parti mit-tort għall-kriżi finanzjarja." żied Joaquin Almunia, Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji.

Il-kriżi finanzjarja attwali kixfet id-dgħjufijiet tal-qafas superviżorju tal-UE, li jibqa' frammentat fuq linji nazzjonali minkejja l-ħolqien ta' suq uniku Ewropew aktar minn għaxar snin ilu u l-importanza ta' istituzzjonijiet pan-Ewropej.

Il-proposti leġiżlattivi tal-lum jindirizzaw dawk id-dgħjufijiet kemm fil-livell tas-superviżjoni makroprudenzjali kif ukoll dik mikroprudenzjali, permezz tal-ħolqien ta':

  • Bord Ewropew dwar id-Riskju Sistemiku (BERS) biex jimmonitorja u jivvaluta r-riskji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja sħiħa ("superviżjoni makroprudenzjali"). Il-BERS ser jipprovdi twissija bikrija ta' riskji sistemiċi li jistgħu jkunu qed jakkumulaw u, fejn meħtieġ, joħroġ rakkomandazzjonijiet għal azzjoni biex tindirizza dawn ir-riskji.

  • Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF) għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji individwali ("superviżjoni mikroprudenzjali"), li tikkonsisti f'netwerk ta' superviżuri finanzjarji nazzjonali li jaħdmu flimkien mal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej ġodda, maħluqa permezz tat-trasformazzjoni tal-Kumitati eżistenti għas-setturi bankarji, tat-titoli u tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol. Ser ikun hemm Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), Awtorità Ewropea dwar l-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (AEAPX), u Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS).

Il-BERS ser ikollu s-setgħa joħroġ rakkomandazzjonijiet u twissijiet lill-Istati Membri (inkluż superviżuri nazzjonali) u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, li ser ikollhom jikkonformaw inkella jagħtu spjegazzjoni għaliex ma għamlux hekk. Il-kapijiet tal-BĊE, il-banek ċentrali nazzjonali, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, u s-superviżuri nazzjonali ser jipparteċipaw fil-BERS [inkella jekk ikunu l-istituzzjonijiet huma ma jkollhom l-ebda indipendenza]. Il-ħolqien tal-BERS huwa konsistenti ma' bosta inizjattivi fil-livell multilaterali jew barra l-UE, inkluż il-ħolqien ta' Bord tal-Istabbiltà Finanzjarja ( Financial Stability Board ) mill-G20.

Rigward is-superviżjoni mikroprudenzjali, bħalissa hemm tliet kumitati dwar is-servizzi finanzjarji għas-superviżjoni mikrofinanzjarja (superviżjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji individwali) fil-livell tal-UE, b'setgħat konsultattivi biss: il-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (CEBS), il-Kumitat tas-Superviżuri Ewropej tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (CEIOPS) u l-Kumitat tar-Regolaturi Ewropej tat-Titoli (KRET).

L-Awtoritajiet il-ġodda ser jieħdu posthom bil-funzjonijiet kollha ta' dawn il-kumitati, u barra minn hekk ser ikollhom kompetenzi oħra, inkluż li ġej:

  • L-iżvilupp ta' proposti ta' strandards tekniċi, konsistenti mal-prinċipji ta' regolazzjoni aħjar;

  • Is-soluzzjoni għal każijiet ta' nuqqas ta' qabil bejn superviżuri nazzjonali, fejn il-leġiżlazzjoni tkun teħtieġhom jikkooperaw u jiftehmu;

  • Kontribut biex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' regoli tekniċi Komunitarji (fosthom permezz ta' analiżijiet laterali);

  • l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq ser teżerċità setgħat superviżorji diretti fuq l-Aġenziji tal-Klassifikazzjoni tal-Kreditu;

  • Rwol ta' koordinazzjoni f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza.

Il-proposti kienu s-suġġett ta' konsultazzjonijiet estensivi kemm wara l-pubblikazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta' esperti maħtur mill-President Barroso u ppresedut minn Direttur Maniġerjali preċedenti tal-IMF, Jacques de Larosière kif ukoll bejn tmiem Mejju u nofs Lulju, wara li l-Kummissjoni spjegat il-proposti tagħha lill-Kunsill Ewropew. Is-samit tal-UE ta' Ġunju approva l-qafas superviżorju ġdid u appella għal adozzjoni mħaffa tat-testi leġiżlattivi neċessarji.

Għal aktar tagħrif żur:

http://ec.europa.eu/internal_market/finances/committees/index_en.htm

http://ec.europa.eu/economy_finance/thematic_articles/article15861_en.htm


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site