Navigation path

Left navigation

Additional tools

Żieda fl-isforzi dwar ir-risistemazzjoni tar-refuġjati

European Commission - IP/09/1267   02/09/2009

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SL BG RO

IP/09/1267

Brussell, il-2 ta’ Settembru 2009

Żieda fl-isforzi dwar ir-risistemazzjoni tar-refuġjati

Illum il-Kummissjoni pproponiet it-twaqqif ta’ “Programm Konġunt tal-UE għar-Risistemazzjoni”. Dan il-programm huwa mmirat biex ir-risistemazzjoni fi ħdan l-UE jiġi żviluppat fi strument iktar effettiv biex tingħata protezzjoni lir-remill-qrib magħquda fost l-Istati Membri tal-UE. Din l-inizjattiva tinkludi r-risistemazzjoni ta' refuġjati minn pajjiżi terzi għal Stat Membru tal-UE. Ir-risistemazzjoni huwa t-trasferiment ta’ refuġjati mill-ewwel pajjiż ta’ ażil għal pajjiż ieħor, fejn ikunu jistgħu jibdew ħajja ġdida u jsibu protezzjoni permanenti. Il-maġġoranza l-kbira tar-refuġjati madwar id-dinja jinsabu barra mill-UE, f'pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Asja u l-Afrika. Ir- Ir-ritorn għall-pajjiż ta’ oriġini tagħhom hija l-aħjar għażla għall-parti l-kbira tagħhom. Iżda għal uħud minn dawn ir-refuġjati, b'mod partikolari dawk vulnerabbli, din mhijiex għażla.. Ir-risistemazzjoni hija l-unika soluzzjoni għalihom.

Il-Viċi President Jacques Barrot, il-Kummissarju responsabbli għal-Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, iddikjara li "Illum, il-Kummissjoni qed tieħu pass importanti fid-direzzjoni ta’ solidarjetà konkreta ma' pajjiżi terzi li jospitaw għadd kbir ta' refuġjati".

Il-maġġoranza kbira ta’ refuġjati madwar id-dinja jinsabu f’postijiet ‘il bogħod mill-UE. Dawn jinsabu f’pajjiżi ġirien, jew fl-istess reġjun, tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom, fl-Afrika, fl-Asja u l-Lvant Nofsani. Il-pajjiżi li jospitawhom huma spiss pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’riżorsi limitati, li ma jistgħux jintegraw għadd kbir ta’ refuġjati. Ritorn għall-pajjiż ta’ oriġini hija evidentement l-għażla preferuta għall-parti l-kbira ta' refuġjati madwar id-dinja. Ir-risistemazzjoni hija meqjusa bħala l-aħħar soluzzjoni meta r-refuġjati la jkunu jistgħu jirritornaw għall-pajjiżihom u lanqas jibqgħu jgħixu fis-sigurtà fil-pajjiż terz. Ħafna minn dawn ir-refuġjati huma dawk l-iktar vulnerabbli, bħat-tfal, nisa waħidhom bit-tfal, persuni trawmatizzati jew morda gravi.

Il-Kummissarju Għoli għar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti (UNHCR) iqis li għall-2010 biss, minn madwar 10 miljun refuġjat fid-dinja, 203 000 refuġjat biss jeħtieġu risistemazzjoni. Fl-2008, l-Istati madwar id-dinja offrew li jirrisistemaw madwar 65 000 refuġjat. Minn dawn, 4 378 refuġjat, jew 6.7% ġew risistemati f’wieħed mill-pajjiżi tal-UE. In-numru ta’ refuġjati li jeħtieġu risistemazzjoni qed jikber mingħajr żieda ekwivalenti fin-numru ta’ postijiet disponibbli mill-Istati. Din id-differenza hija mistennija tikber iktar sakemm ma jsirux sforzi konċertati mill-komunità internazzjonali.

Ir-risistemazzjoni tar-refuġjati fl-UE minn pajjiżi terzi għalhekk għandha tkun distinta mir-risistemazzjoni ta’ refuġjati minn Stat Membru tal-UE għal ieħor għall-iskop ta’ solidarjetà fi ħdan l-UE, li fir-rigward tagħha l-Kummissjoni qed taħdem fuq inizjativi separati, bħal proġett pilota partikolari għall-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali minn Malta għal Stati Membri oħra.

Komponenti tal-‘Programm Konġunt tal-UE dwar ir-Risistemazzjoni’

Huwa fuq dan l-isfond li l-‘Programm Konġunt tal-UE dwar ir-Risistemazzjoni' huwa mmirat li jiġi żviluppat fi strument iktar effettiv biex tingħata protezzjoni lir-refuġjati. Bħalissa hemm 10 Stati Membri jwettqu risistemazzjoni fuq bażi annwali, filwaqt li xi uħud mill-Istati Membri l-oħra jistgħu jirrisistemaw refuġjati fuq bażi ad hoc. Dawn l-attivitajiet kollha ta’ risistemazzjoni jsiru mingħajr wisq konsultazzjoni u koordinazzjoni fost l-Istati Membri tal-UE.

Il-programm propost mill-Kummissjoni jipprovdi kooperazzjoni politika u prattika iktar mill-qrib fost l-Istati Membri, sabiex tiżdied l-effettività u l-effiċjenza fl-ispejjeż tal-attivitajiet ta’ risistemazzjoni tagħhom, kif ukoll tal-impatt umanitarju u strateġiku tar-risistemazzjoni. Dan jikkonsisti f’mekkaniżmu li jippermetti li jiġu stabbiliti prijoritajiet annwali komuni dwar ir-risistemazzjoni u użu iktar effettiv ta’ għajnuna finanzjarja disponibbli għall-Istati Membri permezz tal-Fond Ewropew għar-Refuġjati.

Attivitajiet diversi relatati mal-identifikazzjoni ta’ refuġjati li għandhom jiġu risistemati u l-akkoljenza tagħhom għandha ssir b’mod konġunt mill-Istati Membri u għandha tkun appoġġjata mill-Uffiċċju Ewropew għall-Appoġġ tal-Ażil ġejjieni. L-Istati Membri se jibqgħu liberi li jiddeċiedu jekk jixtiqux jirrisistemaw jew le, u jekk iva, kemm refuġjati jixtiequ jirrisistemaw.

Għal iktar tagħrif dwar il-ħidma tal-Viċi President Barrot jekk jogħġbok żur is-sit elettroniku tiegħu:

http://ec.europa.eu/commission_barroso/barrot/welcome/default_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website