Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Librerija Diġitali tal-Ewropa tirdoppja fid-daqs iżda turi wkoll in-nuqqas ta' soluzzjoni komuni mill-UE għad-drittijiet tal-awtur fuq l-internet

European Commission - IP/09/1257   28/08/2009

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/09/1257

Brussell, it-28 ta’ Awwissu 2009

Il-Librerija Diġitali tal-Ewropa tirdoppja fid-daqs iżda turi wkoll in-nuqqas ta' soluzzjoni komuni mill-UE għad-drittijiet tal-awtur fuq l-internet

4.6 miljun kotba, mapep, ritratti, siltiet viżivi u gazzetti diġitalizzati issa jistgħu jiġu aċċessati minn utenti tal-internet fuq Europeana, il-librerija diġitali multilingwi tal-Ewropa ( www.europeana.eu ). Il-ġabra ta' Europeana irduppjat u baqgħet tikber minn meta ġiet imnedija f'Novembru 2008 ( IP/08/1747 ). Illum, il-Kummissjoni Ewropea, f'dokument ta' politika, iddikjarat li l-mira tagħha hija li l-għadd ta' oġġetti diġitalizzati jittella' għal 10 miljuni sal-2010. Il-Kummissjoni fetħet ukoll dibattitu pubbliku dwar l-isfidi futuri għad-diġitizzazzjoni tal-kotba fl-Ewropa: il-potenzjal biex is-settur pubbliku u dak privat jingħaqdu u l-ħtieġa li jkun riformat il-qafas Ewropew tad-drittijiet tal-awtur li attwalment huwa frammentat wisq.

"Id-diġitizzazzjoni tal-kotba huwa biċċa xogħol enormi, iżda wkoll waħda li tiftaħ il-kontenut kulturali lil miljuni ta' ċittadini fl-Ewropa u lil hinn minnha. Huwa għalhekk li nilqa' l-ewwel sforzi li għamlu l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet kulturali tagħhom biex jimlew l-ixkafef tal-librerija diġitali tal-Ewropa ," qalet Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Media. "Madankollu, naħseb li huwa allarmanti li biss 5% tal-kotba diġitalizzati kollha fl-UE huma disponibbli fuq Europeana. Ninnota wkoll li kważi nofs ix-xogħlijiet diġitalizzati tal-Europeana ġew minn pajjiż wieħed biss, filwaqt li l-Istati Membri l-oħra baqgħu lura ferm. Għalija dan juri, fuq kollox, li l-Istati Membri għandhom jieqfu jgħiru għall-progress li jsir f'kontinenti oħra u fl-aħħar mill-aħħar jagħmlu xogħolhom. Dan juri wkoll li l-Europeana waħedha mhix se tkun biżżejjed biex l-Ewropa titqiegħed fuq il-mappa diġitali tad-dinja. Jeħtieġ li naħdmu aħjar flimkien biex il-qafas Ewropew tad-drittijiet tal-awtur ikun adatt għall-era diġitali."

Illum, utent jista' jsib mal-4.6 miljun oġġett diġitizzat fuq il-Europeana, imqabbel ma' 2 miljuni disa' xhur ilu. Oġġetti ġodda li żdiedu jinkludu: ġabra ta' 70 ktieb incunabula (kotba stampati bl-użu tal-eqdem tekniki ta' stampar) mil-librerija tal-Katalunja, edizzjoni tal-1572 ta' 'Os Lusíadas' ta' Luís de Camões, il-poeżija nazzjonali tal-Portugal, u filmat ta' Friedrichstraße f'Berlin li jmur lura għall-1913, mill-Association des Cinémathèques Européennes.

Madankollu, il-progress sostanzjali li sar bil-Europeana jitfa' dawl ukoll fuq l-isfidi u l-problemi marbuta mal-proċess tad-diġitizzazzjoni. Attwalment, l-Europeana tinkludi l-aktar kotba diġitalizzati li jinsabu fid-dominju pubbliku u li għalhekk m'għadhomx protetti mil-liġi dwar id-drittijiet tal-ikkupjar (li ttul sa 70 sena wara l-mewt tal-awtur).

Attwalment l-Europeana, għal raġunijiet legali, ma tinkludix xogħlijiet li m'għadhomx jiġu stampati (madwar 90 % tal-kotba fil-libreriji nazzjonali tal-Ewropa), u lanqas xogħlijiet orfni (stmati li jlaħħqu mal-10-20 % ta' kollezzjonijiet koperti mid-drittijiet tal-awtur), li għadhom koperti mid-drittijiet tal-awtur imma li l-awtur tagħhom ma jistax jiġi identifikat.

L-Europeana turi wkoll li l-liċenzjar ta' materjal imħares mid-drittijiet tal-awtur fl-Ewropa għadu jseħħ taħt qafas legali frammentat ħafna. Aktar kmieni din is-sena, kollettur Franċiż kellu jirtira ritratti mill-Europeana, peress li kellu biss id-dritt li jqassam il-materjal fuq it-territorju Franċiż.

Biex tindirizza dawn il-kwistjonijiet kollha, il-Kummissjoni llum nediet konsultazzjoni pubblika dwar il-ġejjieni tal-Europeana u d-diġitizzazzjoni tal-kotba li se tibqa' għaddejja sal- 15 ta' Novembru 2009 . Mistoqsijiet li ressqet il-Kummissjoni jinkludu: Kif jista' jiġi żgurat li l-materjal diġitizzat jista' jsir disponibbli għall-konsumaturi madwar l-UE kollha? Għandu jkun hemm kooperazzjoni aħjar mal-pubblikaturi fir-rigward ta' materjal kopert mid-drittijiet tal-awtur? Tkun idea tajba li jinħolqu reġistri Ewropej għal xogħlijiet orfni u xogħlijiet li m'għadhomx jiġu stampati? Kif għandha tiġi ffinanzjata l-Europeana fil-medda t-twila?

Sfond

Il-Kummissjoni Ewropea stabilixxiet l-Europeana f'Novembru 2008 ( IP/08/1747 ). Mill-perjodu bejn l-2009 u l-2011, il-programm tal-UE eContent plus se jkopri madwar 80 % tal-baġit ta' € 2.5 miljun li għandha l-Europeana kull sena). L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet kulturali se jikkontribwixxu l-bqija. Sal-2013, il-Kummissjoni Ewropea tista' tkompli tappoġġa l-Europeana b'€ 9 miljun mill- Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni. L-uffiċċju tal-Europeana huwa ospitat mil-Librerija Nazzjonali tal-Olanda f'The Hague, u huwa mmexxi mill-Fondazzjoni Ewropea għal-Libreriji Diġitali.

Fit-tnedija tiegħu f'Novembru 2008, is-sit tal-Europeana tant kien popolari li għall-bidu ma bediex ilaħħaq mad-domanda ( MEMO/08/733 ). Illum jopera mingħajr intoppi.

Pakkett dwar l-Europeana għall-istampa huwa disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/information_society/newsroom/cf/itemlongdetail.cfm?item_id=5181

Europeana - il-Librerija Digitali Ewropea http://www.europeana.eu/

L-Inizjattiva tal-Unjoni Ewropea dwar il-libreriji diġitali:

http://ec.europa.eu/information_society/activities/digital_libraries/index_en.htm

Annex

Overview of the contribution of EU Member States to Europeana

in % of the total number of objects (4.6 million)

– situation end July 2009 –

EU countries

France

47%

Germany

15.4%

Netherlands

8%

United Kingdom

7.9%

Sweden

5.2%

Finland

4%

Greece

1.6%

Italy

1.2%

Belgium

1.1%

Slovenia

0.7%

Spain

0.6%

Estonia

0.4%

Luxembourg

0.4%

Poland

0.3%

Romania

0.3%

Austria

0.2%

Portugal

0.2%

Hungary

0.1%

Latvia

<0.1%

Cyprus

<0.1%

Bulgaria

<0.1%

Czech Republic

<0.1%

Denmark

<0.1%

Ireland

<0.1%

Lithuania

<0.1%

Malta

<0.1%

Slovakia

<0.1%

Non EU countries

Norway

4.3%

Switzerland

0.4%


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website