Sélecteur de langues
Chemin de navigation
IP/09/1244
Brussell, l-20 ta’ Awwissu 2009
Il-Kummissjoni tniedi sfida ġdida tas-soċjetà tal-informazzjoni: l-edukazzjoni għal-litteriżmu fil-midja l-ġdida
Il-mod kif nużaw il-midja qed jinbidel, bil-volum enormi ta' informazzjoni li jitlob minna ħafna aktar milli sempliċement inkunu nafu naqraw u niktbu jew nużaw il-kompjuter. Il-Kummissjoni Ewropea llum wissiet li l-Ewropej ta' kull età jissugraw li ma jgawdux mill-benefiċċji tas-soċjetà tal-informazzjoni b'teknoloġija avvanzata jekk ma jsirx iżjed biex ikunu 'letterati fil-midja' biżżejjed biex jaċċessaw, janalizzaw u jevalwaw xbihat, ħsejjes u testi u jużaw il-midja tradizzjonali u ġdida sabiex jikkomunikaw u joħolqu l-kontenut medjatiku. Il-Kummissjoni qalet li l-pajjiżi tal-UE u l-industrija tal-midja jeħtiġilhom ikabbru l-għarfien dwar il-bosta messaġġi medjatiċi li n-nies jiltaqgħu magħhom, mir-riklami sal-films u l-kontenut online.
"L-interazzjoni mal-midja llum tfisser wisq aktar milli tikteb lil ġurnal. Il-midja, l-aktar it-teknoloġiji diġitali ġodda, tinvolvi aktar Ewropej f'dinja ta' qsim, interazzjoni u ħolqien. Il-konsumaturi llum jistgħu joħolqu l-kontenut tagħhom u joħolqu xogħlijiet ġodda billi jittrasformaw il-kontenut ta' parti terza," qalet il-Kummissarju għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja Viviane Reding. "Madankollu, in-nies li ma jistgħux jużaw il-midja l-ġdida bħan-netwerks soċjali jew it-TV diġitali jsibuha iebsa biex jinteraġixxu mad-dinja ta' madwarhom u jieħdu sehem fiha. Irridu nkunu żguri li kulħadd ikun letterat tal-midja biex ħadd ma jibqa' lura. Iċ-ċittadini l-ħin kollu jisimgħu 'l min ikellimhom, imma kapaċi jwieġbu? Jekk ikunu jistgħu jużaw il-midja b'mod kompetenti u kreattiv, inkunu qed nagħmlu pass 'il quddiem lejn ġenerazzjoni ġdida ta' parteċipazzjoni demokratika."
Sabiex jieħdu sehem fis-soċjetà tal-informazzjoni tal-lum, in-nies jeħtiġilhom jifhmu kif jaħdmu l-midja differenti (sew l-antiki u sew il-ġodda). Għalhekk il-Kummissjoni Ewropea llum addottat (wara sejħa mill-Parlament Ewropew) linji gwida ta' politika li jsejħu lill-pajjiżi tal-UE u l-industrija biex jippromwovu l-litteriżmu medjatiku madwar l-Ewropa bis-saħħa ta' attivitajiet li jgħinu lin-nies jaċċessaw, jifhmu u jevalwaw b'mod kritiku il-midja kollha li jiġu esposti għalihom, bħat-TV u ċ-ċinema, ir-radju, il-mużika, l-istampa, l-internet u t-teknoloġiji tal-komunikazzjoni diġitali.
It-taħriġ fil-litteriżmu medjatiku jista' jtejjeb il-mod kif iċ-ċittadini jużaw il-magni tat-tiftix, juri lit-tfal tal-iskola kif isir film, jew kif jaħdem ir-riklamar. F'xi pajjiżi (bħal, pereżempju, l-Iżvezja, l-Irlanda u r-Renju Unit), il-litteriżmu mejdatiku huwa ġa parti mill-kurrikulu skolastiku. Is-sitt elettroniku tar-Renju Unit kidSMAR T lit-tfal jgħallimhom jużaw is-siti tan-netwerking soċjali bla periklu. L-edukazzjoni hija kompetenza nazzjonali, imma l-Kummissjoni llum stiednet lill-pajjiżi tal-UE jiftħu dibattitu dwar kif jagħtu post prominenti fl-iskejjel lil-litteriżmu medjatiku.
In-nies li jużaw il-midja jridu jkunu konxji mir-riskji marbuta mat-tixrid tad-dejta personali tagħhom. Iktar ma jkollhom ħila fl-użu ta' dawn it-teknoloġiji, u iktar ma jkunu jafu dwar kif jaħdem ir-riklamar online, aktar ikunu jistgħu jħarsu l-privatezza tagħhom. Min ikun aktar letterat fil-midja ikun ukoll aktar kurjuż biex jesplora l-wirt kulturali tiegħu u xogħlijiet artistiċi Ewropej reċenti.
Ir-rapport tal-Kummissjoni "Ewropea Diġitali", li ħareġ fil-bidu tax-xahar (IP/09/1221) , juri li l-Ewropej qed jiksbu ħiliet akbar fl-użu tal-internet u tal-kompjuter, b'60% "diġitalment letterati", aspett essenzjali tal-litteriżmu medjatiku. Mill-Ewropej kollha, 56% jmorru online mill-inqas darba fil-ġimgħa (imqabbal mat-43% tal-2005) u hemm aktar nies minn gruppi żvantaġġati li jużaw l-internet (ara l-anness).
Imorru online aktar nies b'livell baxx ta' edukazzjoni (minn 53.5% fl-2005 għal 62.5% fl-2008, fejn 100% huwa l-użu tal-internet mill-popolazzjoni kumplessiva). Jużaw l-internet aktar nies qiegħda (minn 74.4% fl-2005 għal 80.3 % fl-2008) u l-użu tal-internet min-nisa issa huwa kważi l-istess daqs dak tal-popolazzjoni kumplessiva tal-UE (li kiber minn 88.4% fl-2005 għal 94.6% fl-2008). Il-ħiliet tal-kompjuter u tal-internet tan-nisa, il-qiegħda u n-nies b'età akbar minn 55 sena kibru b'tal-anqas 3% meta mqabbla mal-popolazzjoni kumplessiva mill-2006 'l hawn.
Madankollu, anki jekk il-konnessjonijiet tal-internet, speċjalment il-broadband, qegħdin dejjem aktar ikunu għall-but ta' kulħadd, 24% tal-Ewropej mingħajr internet id-dar qalu li dan huwa minħabba li m'għandhomx il-ħiliet neċessarji biex jużawh.
L-isfond
Il-litteriżmu medjatiku huwa l-ħila li wieħed jaċċessa, jifhem u jevalwa kritikament l-aspetti differenti tal-midja u l-kontenut medjatiku, kif ukoll li jikkomunika f'diversi kuntesti. Jikkonċerna l-midja kollha, inkluż it-televiżjoni u l-film, ir-radju u l-mużika rrekordjata, l-istampa, l-internet u t-teknoloġiji diġitali l-oħra kollha.
Fl-2007 l-Kummissjoni ħarġet Komunikazzjoni dwar il-litteriżmu medjatiku ( IP/07/1970 ) bħala parti mill-isforzi kumplessivi tagħha biex tibni Suq Uniku għas-settur awdjoviżiv, li tinkludi wkoll id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva ( MEMO/08/803 ) li tipprovdi regoli transkonfinali għal oqsma bħar-riklamar, u l-programm ta' appoġġ MEDIA 2007 għaċ-ċinema Ewropew. ( IP/07/169 ). Il-Kummissjoni tippromwovi wkoll il-litteriżmu medjatiku bis-saħħa ta' proġetti dwar il-litteriżmu ċinematografiku taħt l-azzjoni preparatorja internazzjonali MEDIA . Din l-inizjattiva tħeġġeġ azzjonijiet ta' edukazzjoni u trawwim ta' kuxjenza, speċjlament tal-ġenerazzjoni żagħżugħa, dwar xogħlijiet ċinematografiċi u awdjoviżivi ta' pajjiżi terzi u viċe versa.
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-litteriżmu medjatiku tinsab fuq:
http://ec.europa.eu/avpolicy/media_literacy/index_en.htm
Ir-rapport dwar il-kompetittività diġitali tal-Ewropa jinsab fuq:
Annex
Europe's most active Internet users
live in Scandinavia
24% of the unconnected say they are not online because they do not know how to use the web
Source: Eurostat Community Survey on ICT Usage by Households and by Individuals
Computer and internet skills development in the EU from 2005 to 2007
Source: Commission study, Digital Literacy Review - Public policies and stakeholders initiatives in support of Digital Literacy
Index composition: No skills = 0 of 6 skills performed, low level of skills = 1-2 of 6 skills performed, medium or high level of skills = 3-6 of 6 skills performed.
The 6 skills looked at are the following:
a) Copying or moving a file or folder
b) Using copy and paste tools to duplicate or move information within a document
c) Using basic arithmetic formulas in a spreadsheet
d) Compressing (or zipping) files
e) Connecting and installing new devices, e.g. a printer or a modem
f) Writing a computer program using a specialised programming language
Related to questions E3 for computer skills and E4 for internet skills in the Eurostat Community Survey on ICT usage in Households and by Individuals. See annex 1 and 2 for exact data and breakdowns. Note that index skill questions regarding computer skills differed in 2005 with the simple item related to the ability to use a mouse to open programs being substituted with the somewhat more demanding item related to the ability to connect and install new devices such as a printer or a modem. Percentages of all individuals aged 16-74.
Source: Eurostat Community Survey on ICT Usage by Households and by Individuals
Source: Eurostat Community Survey on ICT Usage by Households and by Individuals