Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/09/1238

Brussell, it-18 ta' Awwissu 2009

L-UE tinvesti € 18-il miljun ġodda f'internet mobbli ultrarapidu tal-ġejjieni

Mill-1 ta' Jannar 2010, l-UE se tinvesti €18-il miljun fir-riċerka li se jsostnu l-ġenerazzjoni li jmiss tan-netwerks tal-mowbajl 4G. Il-Kummissjoni Ewropea għadha kif iddeċidiet li tibda' l-proċess ta' finanzjament tar-riċerka dwar it-Teknoloġija Avvanzata b'Evoluzzjoni fit-Tul (LTE), li se toffri veloċitajiet tal-internet mobbli sa' mitt darba aktar rapidi min-netwerks 3G attwali. L-LTE qed issir l-ewwel għażla tal-industrija għall-ġenerazzjoni li jmiss tan-netwerks tal-mowbajl, bis-saħħa wkoll tal-finanzjament sostanzjali tal-UE għar-riċerka sa mill-2004. Ħamsa u għoxrin sena ilu, l-Ewropa l-istandard tal-GSM kienet diġà għamlitu l-qofol tat-telefonija tal-mowbajl moderna. Abbażi tar-riċerka konġunta tal-Ewropa u tas-saħħa tas-suq uniku tal-UE, attwalment l-istandard tal-GSM qed jintuża minn 80 % tan-netwerks tal-mowbajl fid-dinja. L-LTE tipprometti li tkun suċċess simili hekk kif ir-riċerka ffinanzjata mill-UE tkompli twassal l-aktar teknoloġija avvanzata fil-ħajjiet ta'kuljum tal-Ewropej.

"Permezz tat-teknoliġiji tal-LTE, il-ħiliet tar-riċerka Ewropea se jkomplu jistabbilixxu l-linji għall-iżvilupp ta' servizzi u strumenti tal-mowbajl madwar id-dinja, hekk kif għamilna bl-istandard tal-GSM tul l-aħħar għexieren ta’ snin," qalet Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja. "It-teknoloġiji LTE l-mowbajls se jibdluhom f'kompjuters mobbli u b'saħħithom. Miljuni ta' utenti se jkollhom aċċess għal internet ultrarapidu fuq it-tagħmir mobbli tagħhom, kulfejn ikunu. Dan se joħloq opportunitajiet enormi u ħafna spazju għat-tkabbir tal-ekonomija diġitali."

L-Evoluzzjoni fit-Tul (LTE) hija l-aħħar teknoloġija bla fili, li tipprovdi veloċitajiet tal-internet mobbli sa 100 megabits kull sekonda, rata għaxar darbiet aktar rapida min-netwerks tal-mowbajl 3G. Fl-Ewropa, attwalment qed tiġi ppruvata minn operaturi tal-mowbajl fil-Finlandja, il-Ġermanja, in-Norveġja, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit u mistennija li tkun disponibbli b'mod kummerċjali fl-Iżvezja u n-Norveġja fl-ewwel nofs tal-2010. Bejn l-2004 u l-2007, l-UE sostniet ir-riċerka dwar l-aħjar użu u l-istandardizzazzjoni tal-LTE (il-proġetti WINNER I u II, immexxija minn konsorzju ta' 41 kumpanija u università ewlenija fl-Ewropa).b'€25 miljun. Din wasslet għall-iżvilupp tal-ewwel kunċett għal infrastruttura ta' netwerk ibbażata fuq l-LTE.

Ix-xahar li għadda, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tibda tinvesti €18-il miljun oħra fir-riċerka dwar il-verżjoni mtejba tal-LTE, l-LTE Avvanzata. F'Settembru, il-Kummissjoni se tibda tinnegozja d–dettalji mal-konsorzji tal-proġett, fosthom dak ewlieni ARTIST4G li jibni fuq il-kisbiet tal-proġetti WINNER u jiġbor flimkien l-industrija u r-riċerkaturi tal-4G mill-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, l-Olanda, il-Polonja, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit. Il-proġetti l-ġodda mistennija li jibdew f'Jannar 2010.

Il-Kummissjoni Ewropea tara potenzjal qawwi fl-implimentazzjoni tat-teknoloġija tal-LTE u l-LTE Avvanzata:

  • L-LTE se tagħti spinta lill-kapaċitajiet tal-operaturi tan-netwerk, u tippermettilhom li jipprovdu broadband tal-mowbajl aktar rapidu lil għadd akbar ta' utenti bi prezzijiet irħas, li jġibu magħhom rivoluzzjoni tas-suq Ewropew tat-telekomunikazzjonijiet bil-mowbajl.

  • L-LTE Avvanzata l-veloċitajiet tal-broadband mobbli se ttellagħhom sa 1 gigabit (elf megabit) kull sekonda, biex b'hekk tippermetti lill-utenti li, ikunu fejn ikunu, jibbenefikaw bis-sħiħ mis-servizzi sofistikati onlajn bħal TV jew vidjo fuq talba ta' kwalità għolja.

  • L-LTE tuża l-ispettru tar-radju b'mod aktar effiċjenti, u lin-netwerks tal-mowbajl tħallihom jibbenefikaw mid-"dividend diġitali" u jużaw il-frekwenzi meħlusa permezz tal-bidla mit-televiżjoni analogu għal dak diġitali (IP/09/1112). Is-sinjali se jivjaġġaw distanzi akbar minn dawk possibbli bit-teknoloġija attwali tal-GSM u jnaqqsu l-għadd ta' siti tal-antenna meħtieġa biex tinkiseb l-istess kopertura tan-netwerk, u b'hekk jitħarsu l-pajsaġġi Ewropej u jitnaqqas il-konsum tal-enerġija.

  • L-LTE tista' twassal il-broadband mobbli f'reġjuni inqas popolati u tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-"qasma diġitali" bejn iż-żoni rurali u dawk urbani. Fl-aħħar tal-2008, 23 % tal-popolazzjoni fiż-żoni rurali tal-UE ma setgħux jabbonaw għal konnessjoni tal-internet DSL (IP/09/1221).

L-operaturi u l-manufatturi ewlenin madwar id-dinja bħal Orange, TeliaSonera, T-Mobile, AT&T, NTT-DoCoMo, Verizon, Alcatel-Lucent, Ericsson, Huawei u Nokia Siemens Networks diġà huma impenjati li jużaw l-istandard tal-LTE. Sal-2013, l-operaturi madwar id-dinja kollha mistennija jinvestu kważi €6 biljun ($8.6 biljun) f'tagħmir tal-LTE, skont l-analisti tas-suq.

Sfond

Is-suċċess dinji tal-istandard tal-GSM inkiseb permezz ta' kollaborazzjoni mill-qrib pan-Ewropea bejn l-industrija, ir-riċerkaturi u r-regolaturi. Fis-snin tmenin, l-istandardizzazzjoni tal-GSM inġiebet 'il quddiem permezz tal-istrument tal-Kooperazzjoni Ewropea fix-Xjenza u t-Teknoloġija, prekursur tal-programmi attwali ta' riċerka tal-UE. Il-Kummissjoni Ewropea approvat il-proġett tal-GSM, u fl-1987 l-pajjiżi Ewropej qablu dwar proposta tal-Kummissjoni li l-medda ta' 900 Mhz tiġi riservata għas-servizzi tal-GSM, u b'hekk wittew it-triq għall-implimentazzjoni tat-teknoloġija tal-GSM mal-Ewropa kollha.

F'Lulju 2009, l-Istati Membri segwew lill-Parlament Ewropew fl-approvazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għall-aġġornament tad-Direttiva dwar il-GSM tal-1987, li wasslet għad-disponibbiltà tal-medda ta' 900 Mhz għal teknoloġiji oħra, fosthom l-LTE (IP/09/1192).

Kollox ma' kollox, bejn l-2007-2013, l-UE se tinvesti aktar minn €700 milljun fir-riċerka dwar netwerks tal-ġejjieni, nofshom se jiġu allokati lit-teknoloġiji bla fili li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tan-netwerks 4G u lil hinn minnhom.

Ir-riċerka tal-UE dwar in-netwerks tal-ġejjieni u l-LTE:

http://cordis.europa.eu/fp7/ict/future-networks/

Il-proġett 'Wireless World Initiative New Radio' (WINNER) iffinanzjat mill-UE

http://www.ist-winner.org

Annex

LTE compared to previous mobile internet technologies

Faster mobile broadband:

Peak download speeds, in megabits per second

Better user experience:

Time it takes data to travel from user to main server and back, in milliseconds

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED

Operator commitments to LTE

Country

Operator

Anticipated LTE service launch

France

Orange

2011-12

Germany

T-Mobile

2011

Ireland

Hutchison 3

2011

Italy

Telecom Italia

Not known

Spain

Telefonica O2

2011

Sweden

TeliaSonera

2010

Sweden

Tele2 Sweden

2010

Sweden

Telenor Sweden

2010

Various

Vodafone

Not known

Australia

Telstra

Not known

Canada

Telus

2010

Canada

Bell Canada

2010

Canada

Rogers Wireless

2010-11

China

China Mobile

2011

China

China Telecom

2011-12

Hong Kong

SmarTone-Vodafone

Not known

Hong Kong

HK CSL Ltd

Not known

Hong Kong

PCCW

Not known

Japan

NTT DoCoMo

2010

Japan

KDDI

2010

New Zealand

Telecom NZ

2011-12

Norway

TeliaSonera

2010

Philippines

Piltel

Not known

South Korea

SK Telecom

Not known

South Korea

KTF

Not known

USA

Verizon

2010

USA

MetroPCS

2010

USA

CenturyTel

2010

USA

Aircell

2011

USA

Cox

2011

USA

AT&T Mobility

2011

Source: Global mobile Suppliers Association, April 2009.

LTE

Long Term Evolution (LTE) is the next step from current mobile technologies, such as 3G/WCDMA & HSPA. This new radio access technology will be optimized to deliver very fast data speeds of up to 100Mb/s when downloading and 50Mb/s for uploading.

Designed to be backwards-compatible with GSM and HSPA, LTE incorporates Multiple In Multiple Out (MIMO) in combination with Orthogonal Frequency Division Multiple Access (OFDMA) in the downlink and Single Carrier FDMA in the uplink to provide high levels of spectral efficiency and end user data rates exceeding 100 Mb/s, coupled with major improvements in capacity and reductions in latency. LTE will support channel bandwidths from 1.25 MHz to 20 MHz and both FDD and TDD operation.

LTE-Advanced

LTE-Advanced extends the technological principles behind LTE into a further step change in data rates. Incorporating higher order MIMO (4x4 and beyond) and allowing multiple carriers to be bonded together into a single stream, target peak data rates of 1Gbps have been set.

LTE-Advanced also intends to use a number of further innovations including the ability to use non-contiguous frequency ranges, with the intent that this will alleviate frequency range issues in an increasingly crowded spectrum, self back-hauling base station and full incorporation of Femto cells using Self-Organising Network techniques.

LTE-Advanced will be 3GPP’s technology as a candidate for the ITU-R IMT-Advanced process, which is intended to identify ‘4G’ technologies.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website