Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Erasmus jilħaq iż-żewġ miljun student li użawh

Commission Européenne - IP/09/1204   30/07/2009

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/09/ 1204

Brussell, 30 ta' Lulju 2009

Erasmus jilħaq iż-żewġ miljun student li użawh

Skont ċifri ġodda, Erasmus, il-programm tal-UE għall-mobilità u kooperazzjoni fl-edukazzjoni ogħla, kompla fit-triq tas-suċċess tiegħu fis-sena akkademika 2007/2008 billi għen lil aktar minn 162 000 student Ewropew u 27 000 akkademiku biex imorru barra pajjiżhom biex jistudjaw jew jgħallmu. Għall-ewwel darba Erasmus appoġġja wkoll xejn inqas minn 20 000 student biex jagħmlu esperjenza ta' xogħol f'kumpaniji u organizzazzjonijiet f'pajjiżi oħra u ppermetta kważi 5 000 impjegat tal-università biex isegwu taħriġ barra l-pajjiż. L-iskambji ta' studenti b'Erasmus, meta jingħaddu kemm l-istudji u kemm l-esperjenzi ta' xogħol barra l-pajjiż, kibru b'5.2 % meta mqabbel mal-2006/07, filwaqt li ż-żieda għal mobilità fl-istudju waħedha kienet ta' 2.1 %. Fuq il-bażi ta' dawn iċ-ċifri l-aktar riċenti, jista' jintqal li sa nofs l-2009 Erasmus qabeż iż-żewġ miljun student li użawh.

Fil-kummenti tiegħu dwar dawn iċ-ċifri, il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni, Taħriġ, Kultura u Żagħżagħ, Ján Figel’, qal: "Aktar u aktar studenti mill-Ewropa qed ikunu jistgħu jieħu sehem fi skambji ta' Erasmus. Il-fatt li l-programm għen żewġ miljun student imorru barra l-pajjiż għal studji u esperjenzi ta' xogħol mindu tnieda fl-1987 jagħmel l-Erasmus storja Ewropea ta' suċċess. Ir-riċerka turi b'mod ċar li mhux l-individwi mobbli biss, iżda wkoll l-istituzzjonijiet edukattivi tagħhom u s-soċjetà ġenerali, jibbenefikaw bil-kbir minn mobilità transnazzjonali bħal din. Issa nixtiequ nibnu fuq is-suċċess ta' Erasmus u noffru opportunitajiet bħal dawn liż-żgħażagħ kollha li jixtiequ jmorru barra l-pajjiż biex jitgħallmu. Għal dan il-għan, dan l-aħħar ftaħna konsultazzjoni pubblika dwar l-aħjar strateġija biex tinkiseb din il-mira."

Id-dejta dwar il-mobilità b'Erasmus tal-istudenti u l-istaff għas-sena akkademika 2007/2008, ippubblikata llum mill-Kummissjoni, turi li matul il-perjodu ta' 21 sena mill-1987 sal-2008, madwar 1 846 600 student i bbenefikaw minn perjodu ta' studju bil-programm Erasmus. Fl- 2007/08, 162 695 student ta' Erasmus studjaw barra l-pajjiż. Filwaqt li dan jirrappreżenta żieda annwali ta' 2.1 % meta mqabbel mas-sena ta' qabel, ir-rata ta' tkabbir qed tmajna, b'10 pajjiżi jirreġistraw tkabbir negattiv. F'pajjiżi oħra, iżda, pereżempju fir-Renju Unit u l-Olanda, l-għadd ta' studenti ta' Erasmus li ħarġu għal studji barra l-pajjiż qabad it-triq taż-żieda .

Fost l-opportunitajiet il-ġodda offruti minn Erasmus, il-mobilità tal-istudenti għal esperjenzi ta' xogħol issarrfet f' 20 002 traineeships fl-2007/2008 u aktarx li tespandi fil-ġejjieni. Jista' jkun li kien hemm bidla mill-mobilità għall-istudju għall-mobilità għall-esperjenzi ta' xogħol fi ħdan Erasmus. Barra minn hekk, bl-introduzzjoni ta' taħriġ tal-istaff Erasmus issa jolqot lil kulħadd fl-edukazzjoni ogħla. Fl-2007/2008, 4 883 membru tal-istaff ta' istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla marru f'intrapriżi u istituzzjonijiet sħab barra l-pajjiż biex jieħdu taħriġ.

L-għadd ta' assenjar tat-tagħlim kompla jiżdied b'iktar minn 5 %. Matul is-sena akkademika 2007/2008, 27 157 għalliem/a marru barra l-pajjiż biex jgħallmu f'istituzzjoni sħab. Mindu dan it-tip ta' skambju kien introdott ħadu sehem kważi 200 000 għalliem/a u staff universitarju ieħor.

B'total ta' 182 697 student fl-2007/08, il-mobilità tal-istudenti b'Erasmus espandiet b'aktar minn 5 % meta jingħaddu t-tipi kollha ta' skambji tal-istudenti inklużi l-esperjenzi ta' xogħol. Fl-istess ħin, il- livell tal-għotja fix-xahar għal studenti ta' Erasmus żdied sostanzjalment ukoll, għal aktar minn EUR 250 fix-xahar bħala medja għaż-żewġ tipi ta' mobilità tal-istudenti meħuda flimkien. Dan seħħ minħabba żieda qawwija fil-baġit ta' Erasmus għal azzjonijiet ta' mobilità, għal EUR 372 miljun fl-2007 bl-introduzzjoni tal-Programm tal-UE għal Tagħlim tul il-Ħajja.

Il-pajjiżi li qed jibagħtu l-akbar għadd studenti b'Erasmus bħala sehem mill-popolazzjoni tagħ hom ta' studenti huma l-Liechtenstein (6.43 %), l-Awstrija (1.77 %), ir-Repubblika Ċeka (1.54 %) u Spanja (1.41 %).

Kuntest

Bħalissa huwa stmat li 4 % tal-istudenti Ewropej jirċievu għotja ta' Erasmus f'xi stadju tal-istudji tagħhom. Erasmus ma jaħsibx biss għal studenti u staff tal-università iżda jappoġġja wkoll istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla f'li jaħdmu flimkien permezz ta' programmi intensivi, netwerks, proġetti u miżuri oħra u f'li jestendu l-kooperazzjoni tagħhom kemm għad-dinja tal-kummerċ u kemm għas-soċjetà. Biż-żieda tal-Kroazja u dik li kienet ir-Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja fl-2009, l-għadd ta' pajjiżi parteċipanti se jikber għal 33.

Aktar informazzjoni:

Memorandum b'informazzjoni bi statistika aktar dettaljata li tinkudi elenki tal-aktar ċifri riċenti skont il-pajjiż: "Erasmus programme:

new figures on participation" MEMO/09/355 , 30 Lulju 2009.

Il-Kummissjoni Ewropea: Il-Programm Erasmus [inkluża aktar informazzjoni bi statistika]

Il-Kummissjoni Ewropea: Il-konsultazzjoni pubblika : Green Paper on promoting the learning mobility of young people


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site