Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li tissimplifika l-ġestjoni tal-fondi Ewropej biex tgħin lir-reġjuni fil-ġlieda kontra l-kriżi

European Commission - IP/09/1175   22/07/2009

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT CS ET HU LV PL BG RO

IP/09/1175

Brussell, it-22 ta’ Lulju 2009

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li tissimplifika l-ġestjoni tal-fondi Ewropej biex tgħin lir-reġjuni fil-ġlieda kontra l-kriżi

Il-Kummissjoni Ewropea llum qegħda tressaq miżuri ġodda biex tissimplifika ċerti regoli tal-ġestjoni tal-politika ta' koeżjoni. Fil-kuntest tal-kriżi attwali, l-għan huwa li "tingħata spinta" lill-ekonomija Ewropea waqt li jittejbu l-kundizzjonijiet għat-tnedija ta’ aktar proġetti fir-reġjuni. Fil-qafas tal-miżuri "kontra l-kriżi", il-Kummissjoni tista' tħallas lura 100 % tal-ispejjeż dikjarati mill-Istati Membri għall-proġetti ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew (FSE) fl-2009 u l-2010.

Il-Kummissarju tal-Politika Reġjonali Pawel Samecki stqarr li: "Dawn il-miżuri l-ġodda għandhom jappoġġjaw lir-Reġjuni tal-Ewropa f’li jgħinuhom jerġgħu jqumu fuq saqajhom b'mod aktar rapidu. Qed naffaċċjaw il-qagħda attwali waqt li nkomplu naċċelleraw fit-tul l-implimentazzjoni tal-politika tagħha u niffaċilitaw il-ġestjoni tal-fondi."

Il-Kummissjoni għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs, Vladimír Špidla, responsabbli għall-Fond Soċjali Ewropew (FSE) żied jgħid: "Meta wieħed jara ż-żieda tal-qgħad fl-Ewropa f'mument fejn il-baġit tal-istati jinsab taħt pressjoni, l-Istati Membri għandhom jużaw bis-sħiħ dawn il-fondi tal-FSE. Għalhekk ħlas lura totali fil-qafas tal-FSE huwa ta’ importanza kruċjali għall-appoġġ taċ-ċittadini fi żmien ta’ kriżi. Dawn il-miżuri eċċezzjonali huma ġest ta’ solidarjetà Ewropea fir-rigward tal-persuni l-aktar vulnerabbli."

Il-bidliet li tħabbru llum huma maħsuba biex iħaffu l-implimentazzjoni tal-455 programm ta’ politika ta’ koeżjoni previsti għall-2007-2013, li jirrappreżentaw investiment totali ta’ EUR 347 biljun, jew aktar minn terz tal-baġit tal-Komuni tà. L-għan huwa li jitħaffef il-fluss tal-investimenti diretti b’mod partikolari lejn min jippromwovi l-proġetti flimkien maċ-ċittadini l-aktar milquta mill-kriżi fir-reġjuni tal-Ewropa.

Jeħtieġ ukoll li jitqies l-impatt tal-kriżi fuq il-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri u r-reġjuni li qed jaffaċċjaw diffikultajiet f'li jipprovdu finanzi addizzjonali għall-investimenti Ewropej. B’mod partikolari, il-Kummissjoni qed tinnota li t-tnedija tal-proġetti l-kbar tal-infrastruttura qed tittardja.

Il-bidliet intr odotti jiċċaraw ċerti regoli u jissimplifikaw il-ġestjoni tal-fondi Ewropej ta’ kuljum. Il-miżuri prinċipali huma:

  • Fl-2009 u l-2010, fil-qafas tal-miżuri "kontra l-kriżi", il-Kummissjoni tista' tħallas lura 100 % fuq talba mill-Istati Membri tal-infiq pubbliku ddikjarat mill-Istati Membri għall-proġetti ffinanzjati mill-FSE. B’mod speċifiku, l-Istati Membri mhux se jkunu obbligati jipprovdu kofinanzjament nazzjonali, għalhekk se jħaffu l-implimentazzjoni tal-proġetti għall-appoġġ tal-impjiegi. Din l-għażla la tinvolvi d-distribuzzjoni tal-fondi bejn l-Istati Membri, la l-baġit totali għall-fondi u lanqas il-ħtieġa għall-Istati Membri li jipprovdu kofinanzjament sussegwenti.

  • Il-Kummissjoni tipproponi l-istabbiliment ta’ kategorjia unika ta’ " proġett ewlieni" . Qabel, il-Kummissjoni approvat il-proġetti kollha li n-nefqa totali tagħhom kienet taqbeż il-EUR 25 miljun għall-ambjent u l-EUR 50 miljun għas-setturi l-oħra. Il-limitu għall-approvazzjoni attwalment huwa ta' EUR 50 miljun għall-oqsma kollha . Il-proġetti tal-ambjent fuq skala iżgħar ikunu jistgħu għalhekk jingħataw bidu b'inqas dewmien.

  • Ir-regoli relatati mal-proġetti li "jiġġeneraw l-introjtu " (pereżempju l-awtostradi bi ħlas jew il-progetti li jinvolvu l-kera jew il-bejgħ tal-art) huma wkoll simplifikati biex inaqqsu l-piżijiet amministrattivi fuq l-Istati Membri.

  • Il-programmi ta’ politika ta’ koeżjoni jistgħu jiġu ssimplifikati mill-Istati Membri biex jieħdu inkonsiderazzjoni r-realtajiet il-ġodda fit-territorju tagħhom. Barra dan, ċerti dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-obbligu li jżommu l-investimenti fuq perjodu ta’ ħames snin mhumiex se japplikaw għall-impriżi li jfallu.

  • L-investimenti fis-setturi marbuta mal-effiċjenza fl-enerġija u mal-użu tal-enerġiji li jiġġeddu fid-djar għandhom jiġu inkoraġġuti, minħabba l-potenzjal konsiderevoli tagħhom biex jipprovdu t-tkabbir u l-impjiegi.

  • Il-Kummissjoni qed tipproponi modifika bl-għan li żżid il-flessibbiltà fir-rigward tar-regoli dwar il-ħelsien mill-obbligu. Pereżempju, l-għoti għal proġett ewlieni għandu jiġi protett hekk kif l-Istat Membru jressaq il-proġett lill-Kummissjoni. Attwalment, l-għotjiet huma protetti biss wara li l-Kummissjoni tapprova l-proġett.

  • L-ERDF se tkun tista’ tappoġġja t-tiġdid jew il-kostruzzjoni ta’ djar għall-komunitajiet li jiffaċċjaw l-esklużjoni soċjali, b’mod partikolari r-Roma, f’żoni kemm rurali kif ukoll urbani. Qabel, il-konstruzzjoni tad-djar ma kinetx eliġibbli għall-ERDF u d-djar f’żoni urbani biss kienu eliġibbli għat-tiġdid.

  • L-Istati Membri u l-Parlament Ewropew kienu appellaw għal ġestjoni ssimplifikata tal-politika ta’ koeżjoni, b'mod partikolari fil-kuntest tal-kriżi. Huma għandhom jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar il-miżuri mressqa llum.

Ittieħdu għadd kbir ta’ inizjattivi oħra mindu bdiet il-kriżi skont il-Pjan Ewropew ta' Rilanċ Ekonomiku.

http://ec.europa.eu/regional_policy/funds/recovery/

L-UE qed tittratta d-dimensjoni soċjali tal-kriżi ekonomika:

http://ec.europa.eu/social/main.jsp?langId=fr&catId=736


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website