Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/09/1153

Brussell, is-16 ta’ Lulju 2009

Il-Kummissjoni tadotta regoli ġodda biex tevita u tittratta l-kriżijiet fil-provvista tal-gass

Illum, il-Kummissjoni Ewropea adottat Regolament ġdid biex ittejjeb is-sigurtà fil-provvisti tal-gass fil-qafas tas-suq intern tal-gass. Ir-Regolament propost għandu jsaħħaħ is-sistema eżistenti tal-UE għas-sigurtà tal-provvista tal-gass billi jiżgura li l-Istati Membri kollha u l-atturi tagħhom fis-suq tal-gass jieħdu azzjoni effettiva minn ħafna qabel sabiex jevitaw u jnaqqsu l-konsegwenzi ta' tfixkil potenzjali fil-provvisti tal-gass. Għandu joħloq ukoll mekkaniżmi għall-Istati Membri sabiex jaħdmu flimkien biex jittrattaw b'mod effettiv kwalunkwe tfixkil serju li jista' jinqala' fil-provvista tal-gass.

Il-President tal-Kummissjoni, José Manuel Barroso, qal: "I ż-żieda fis-sigurtà tal-enerġija se tkun waħda mill-prijoritajiet ewlenin għas-snin li ġejjin. Irridu naħdmu għall-aħjar, iżda għandna nkunu ppreparati għall-agħar. L-Ewropa għandha titgħallem mill-kriżijiet tal-imgħoddi u tiżgura li ċ-ċittadini Ewropej ma jerġgħu qatt jitħallew fid-dlam intortament. Din il-proposta tal-Kummissjoni għandha tobbliga lill-Istati Membri li jkunu ppreparati u li jaħdmu għalenija fil-każ ta’ aktar tfixkil fil-provvisti tal-gass."

Il-Kummissarju għall-Enerġija, Andris Piebalgs, stieden lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew sabiex jadottaw malajr dawn il-proposti. Il-Kummissjaru Piebalgs qal, "Ilna nafu għal xi żmien li l-arranġamenti eżistenti biex nittrattaw l-emerġenzi tal-gass mhumiex biżżejjed. It-tilwima fis-settur tal-gass bejn ir-Russja u l-Ukranja f'Jannar 2009 ikkonfermat il-biżgħat tagħna . L-Istati Membri kollha jagħrfu li għandna bżonn ta' standards komuni għas-sigurtà fil-provvista tal-gass għall-UE kollha. U dawk huma l-istandards li qed nipproponu llum".

Dan ir-Regolament ġdid jistieden lill-Istati Membri jkunu ppreparati bis-sħiħ fil-każ li jkun hemm tfixkil fil-provvista, permezz ta' pjanijiet ċari u effettivi ta' emerġenza li jinvolvu lill-partijiet interessati kollha u li jinkorporaw bis-sħiħ id-dimensjoni Komunitarja ta' kwalunkwe tfixkil sinifikanti. Il-pjanijiet se jkunu bbażati fuq valutazzjonijiet xierqa tar-riskju .

Ir-Regolament propost dwar is-sigurtà fil-provvista tal-gass għandu jipprovdi indikatur komuni li jiddefi nixxi tfixkil serju fil-provvista tal-gass. Dan huwa magħruf bħala N-1, jiġifieri l-għeluq ta' infrastruttura ewlenija tal-provvista jew ekwivalenti (eż. il-faċilità tal-pipeline ta' importazzjoni jew tal-produzzjoni) . Ikun jeħtieġ li l-Istati Membri kollha jkollhom awtorità kompetenti li tkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-iżviluppi fil-provvista tal-gass, il-valutazzjoni tar-riskji għall-provvisti u l-istabbiliment ta' pjanijiet ta' azzjoni preventiva u ta' pjanijiet ta' emerġenza. Għandu jobbliga wkoll lill-Istati Membri li jikkooperaw fil-qrib waqt kriżi, inkluż permezz ta' Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass imsaħħaħ u permezz ta' aċċess maqsum bejn kulħadd għal informazzjoni u dejta ta' min joqgħod fuqhom dwar il-provvista .

Ir-Regolament propost għandu jiżgura li l-konsumaturi kollha fl-UE jibbenefikaw minn livelli għolja ta' sigurtà fil-provvista tal-gass . Għandu jtejjeb il-qafas għal investiment f'interkonnessjonijiet transkonfinali ġodda, mezzi ġodda ta' importazzjoni u kapaċitajiet u ħżin ta' kurrenti fid-direzzjoni kuntrarja, appoġġjati wkoll mill-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku. Dan ir-Regolament jikkonferma l-interdipendenza akbar fil-provvisti tal-gass fi ħdan suq Ewropew waħdieni tal-gass, filwaqt li jipprovdi bażi soda għall-UE sabiex tiddefendi l-interessi tagħha b'mod aktar effettiv fir-relazzjonijiet mal-fornituri esterni tal-gass .

Ir-Regolament propost ġie ppreparat f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u mal-industrija tal-gass, inkluż il-Grupp tal-Koordinazzjoni tal-Gass. Joffri reazzjoni għat-talba speċifika mill-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Enerġija, li, fid-19 ta' Frar 2009, talbu lill-Kummissarju tal-Enerġija biex jipprepara b'urġenza strument ġdid għat-titjib tal-qafas tar-reazzjoni ta' emerġenza tal-UE għall-gass sabiex ibiddel id-Direttiva tas-Sigurtà tal-Gass tal-2004 .

L-UE hija konsumatur ewlieni tal-gass, u f'Jannar 2009 l-kriżi tal-gass uriet id-dgħufija fil-mekkaniżmi attwali għat-trattament tat-tfixkil fil-provvista. Bħalissa, il-gass jirrappreżenta aktar minn kwart tal-provvista tal-enerġija fl-UE . Aktar minn nofs dan il-gass jiġi minn sorsi esterni, u sal-2020 x'aktarx li aktar minn 80 % tal-gass tal-UE ikun impurtat. Uħud mill-Istati Membri diġà huma totalment dipendenti mill-gass impurtat .

For more information see this website .


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website