Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

Il-konsumaturi: Sistema mifruxa mal-UE ta' kklassifikar tal-ilmenti biex titħaffef ir-reazzjoni politika għas-swieq li jkunu qegħdin jiddgħajfu

Commission Européenne - IP/09/1092   07/07/2009

Autres langues disponibles: FR EN DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/09/ 1092

Brussell, is-7 ta’ Lulju 2009

Il-konsumaturi: Sistema mifruxa mal-UE ta' kklassifikar tal-ilmenti biex titħaffef ir-reazzjoni politika għas-swieq li jkunu qegħdin jiddgħajfu

Il-Kummissjoni Ewropea llum żvelat pjan ta’ metodu mifrux mal-UE biex jiġu kklassifikati u rrappurtati l-ilmenti tal-konsumaturi, u stiednet lill-pubbliku jagħmel il-kummenti tiegħu dwar din il-proposta. Indikatur ewlieni tas-saħħa tas-suq huwa n-numru ta’ ilmenti magħmula mill-konsumaturi. Daqs nofs il-konsumaturi Ewropej li ma jiġux sodisfatti bit-trattament tal-ilmenti oriġinali tagħhom min-negozjanti jduru għall-għajnuna lejn terza persuna bħal xi organizzazzjoni tal-konsumatur jew regolatur. Fl-Ewropa jeżistu daqs 700 organizzazzjoni li jittrattaw l-ilmenti, u l-biċċa l-kbira tagħhom jużaw klassifikazzjoni tagħhom individwali; għalhekk hija diffiċli ħafna li ssir sintesi, anki fuq livell nazzjonali. Il-mira tal-proposta tal-lum hija li jiġi żgurat metodu ta’ klassifikazzjoni li jiffaċilita t-tqabbil tal-ilmenti u li jista’ jintuża mill-organizzazzjonijiet li jiġbru l-ilmenti tal-konsumatur mifruxin mal-UE li mbagħad jibagħtu d-dejta lill-Kummissjoni. L-analizzar tad-dejta miġbura mill-UE kollha jkun mod tajjeb u ta’ għajnuna fil-valutazzjoni ta’ kemm qegħdin jaqdu tajjeb lill-konsumaturi d-diversi setturi u swieq nazzjonali, u jgħin lill-awtoritajiet fuq livell nazzjonali u fuq dak tal-UE biex jidentifikaw dawk is-swieq li mhumiex jaqdu sew lill-konsumaturi. Wara li tkun ġabret u analizzat l-informazzjoni mogħtija lura fil-konsultazzjoni, il-Kummissjoni tirrikkmanda l-verżjoni finali tal-metodoloġija. Il-klassifikazzjoni tal-ilmenti tkun tintuża volontarjament mill-organizzazzjonijiet.

Il-Kummissarju għall-Affarijiet tal-Konsumatur, Meglena Kuneva, qalet: "Meta konsumatur jiddeċiedi li jgħaddi mit-tensjoni u jagħmel l-isforz biex iwassal ilment dan is-soltu jkun ifisser li l-każ huwa serju. U jekk ikun hemm dilluvju ta’ ilmenti simili dan jista’ jkun sinjal qawwi li s-suq mhuwiex jaqdi lill-konsumaturi." Hija żiedet tgħid: "Il-metodu li qegħdin noffru llum huwa intiż biex jiżgura li leħen il-konsumaturi li mhumiex sodisfatti jinstema' ċar u malajr kemm fl-ibliet kapitali tagħhom kif ukoll fi Brussell."

Il-metodu

Il-pjan li ppreżentat illum il-Kummissjoni joffri mod standardizzat li jinġabar ilment, billi jintuża qafas ta kriterji komuni għall-klassifikar ta każi differenti. Il-kriterji jinkludu, pereżempju, il-mod tal-bejgħ (eż. minn ħanut jew mill-internet), it-tip ta negozju (eż. supermarket jew pompa tal-petrol), u l-kategorija tal-prodott (pereżempju oġġetti elettroniċi jew assigurazzjoni tal-ħajja). Huwa maħsub li jintuża minn terzi persuni, bħalma huma awtoritajiet nazzjonali tal-konsumatur, organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, ombudsmen, bordijiet dwar l-ilmenti jew regolaturi li jiġbru l-ilmenti. L-organizzazzjonijiet se jkunu jistgħu jagħżlu li jużaw is-sistema tal-klassifika u li jibagħtu d-dejta lill-Kummissjoni volontarjament. Il-Kummissjoni mbagħad tippubblika d-dejta permezz tat-Tabella ta Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur.

Fl-2008 il-Kummissjoni talbet l-opinjonijiet tal-partijiet interessati dwar klassifikazzjoni armonizzata mifruxa mal-UE kollha. Tmenin fil-mija ta dawk li rrispondew kienu favur l-idea. Fuq hekk, il-Kummissjoni talbet l-għajnuna ta grupp ta esperti li jirrappreżentaw il-korpi li jiġbru l-ilmenti biex jiġi żviluppat il-pjan li ġie ppreżentat illum.

Għaliex huma siewja l-ilmenti tal-konsumaturi?

Matul is-sena li wasslet għal Frar 2008, kien hemm xi 78 miljun ċittadin Ewropew li ressqu il ment formali lil xi negozjant. Kien hemm 30 miljun min-nies oħra li ma ressqux ilmenti, minkejja li kellhom għalfejn jagħmlu hekk. Daqs nofs dawk li ressqu lment formali ma kinux sodisfatti bil-mod kif ġie ttrattat l-ilment tagħhom. Minn dawk li baqgħu mhumiex sodisfatti, daqs nofshom (xi 20 miljun persuna) talbu l-għajnuna ta organizzazzjoni terza 1 .

Ilment ta konsumatur huwa fatti reali li jista jkun sinjal ta problema sistematika fis-suq. Flimkien mas-sodisfazzjon tal-konsumaturi, il-prezzijiet, it-tibdil ta dawk li jissupplixxu xi prodott u s-sikurezza, l-ilmenti huma wieħed mill-ħames indikaturi ewlenija li tuża t-Tabella tal-Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur biex ikun magħruf kemm qegħdin jinqdew il-konsumaturi.

Għaliex għandu jkun hemm sistema mifruxa mal-UE kollha?

Minn investigazzjoni magħmula mill-Kummissjoni nstab li hemm il fuq minn 700 organizzazzjoni terza li tiġbor l-ilmenti tal-konsumaturi fl-Ewropa. Xi wħud minnhom jużaw sistemi ta rapportaġġ avvanzati u dettaljati. Iżda kull waħda tikklassifika l-ilmenti b mod differenti. Pereżempju, xi korpi jużaw il-kategoriji bħal tal-Paġni s-Sofor filwaqt li xi oħrajn jużaw bħala mudell il-kapitoli tal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

B'hekk, dan is-sors prezzjuż ta informazzjoni għadu fil-parti l-kbira tiegħu mhux qed jintuża. Minkejja li huma simili l-prodotti u s-servizzi li hemm disponibbli mal-firxa tal-UE kollha, u minkejja li numru mdaqqas minnhom illum il-ġurnata jinbiegħu minn pajjiż għall-ieħor, huwa ta spiss diffiċli biex wieħed iqabbel ilment ma ieħor, anki fuq livell nazzjonali, aħseb u ara fuq livell Ewropew. Il-frammentazzjoni tad-dejta tnaqqas il-veloċità li biha l-politiċi nazzjonali u Ewropej jirreaġixxu għall-problemi li jiltaqgħu magħhom il-konsumaturi fi swieq speċifiċi.

Min se jibbenefika?

Dawk li se jibbenefikaw l-iżjed huma l-konsumaturi Ewropej stess, dan għaliex iż-żmien li jkun jeħtieġ lill-politiċi nazzjonali u Ewropej biex jirreaġixxu għall-problemi ta kuljum tal-konsumaturi għandu jonqos sew.

B'tagħrif iżjed sħiħ tas-swieq tagħhom u b aktar faċilità li jqabblu ma pajjiżi oħra, l-awtoritajiet nazzjonali u r-regolaturi għandhom ikunu jistgħu jirreaġixxu aħjar għat-tendenzi emerġenti. Il-politiċi tal-UE jkunu jistgħu jagħmlu paragun siewi tad-dejta dwar l-ilmenti mifruxa mal-UE ma indikaturi oħra ewlenija tas-suq, bħalma huma l-prezzijiet jew it-tibdil tal-fornituri tal-prodotti.

Ħafna organizzazzjonijiet mhux governattivi tal-konsumatur li bħalissa ma għandhomx ir-riżorsi biex jiżviluppaw is-sistemi tagħhom u biex jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet politiċi dwar il-konsumatur il fuq minnhom se jibbenefikaw ukoll bid-disponibbiltà ta metodu lest u ta dejta li wieħed jista jqabbilha.

Il-passi li jmiss

Il-Kummissjoni tilqa l-kummenti dwar il-proposta sal-5 ta  Ottubru 2009. Ladarba jkunu analizzati l-kummenti, il-Kummissjoni tagħmel rakkomandazzjoni għall-metodoloġija finali.

Għat-test sħiħ tal-Komunikazzjoni, id-dokument tal-ħidma għall-persunal flimkien mal-abbozz tal-metodoloġija u l-kwestjonarju elettroniku:

http://ec.europa.eu/yourvoice/consultations/index_en.htm

http://ec.europa.eu/consumers/strategy/complaints_en.htm

Għar-riżultat tal-konsultazzjoni pubblika oriġinali:

http://ec.europa.eu/consumers/consultations/complaints/index_en.htm

Għat-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq:

http://ec.europa.eu/consumers/strategy/facts_en.htm

1 :

Eurobarometer 69.1


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site