IP/09 /1064
Brussell, l-1 ta’ Lulju 2009
Daqshekk serq fil-prezzijiet tar-roaming: it-tariffi tal-messaġġi, tas-sejħiet, u tal-użu tal-internet waqt is-safar għandhom jorħsu sew mil-lum bis-saħħa tal-azzjoni tal-UE .
Mil-lum stess, il-prezz ta' messaġġ testwali mibgħut minn barra l-pajjiż fl-UE jiswa massimu ta' €0.11, kważi tliet darbiet inqas mill-medja ta' qabel fl-UE ta' €0.28 (mingħajr il-VAT). Sejħa bir-roaming għal pajjiż ieħor tal-UE ma għandhiex tiswa iktar minn €0.43 kull minuta, u mhux iktar minn €0.19 biex tirċievi sejħa. Mil-lum, it-tariffi tas-sejħiet li jsiru bir-roaming, se jiġu ddebitati bis-sekonda, wara l-ewwel 30 sekonda, minflok bil-minuta, u t-tariffi tas-sejħiet riċevuti se jiġu ddebitati bis-sekonda mill-ewwel sekonda Persuni li qegħdin vaganza u dawk li jivvjaġġaw minħabba n-neġozju jistgħu jużaw l-internet ukoll, iniżżlu films jew jibagħtu ritratti bil-mowbajl tagħhom bir-roaming mingħajr il-biża li jieħdu qatgħa meta jasal il-kont, bis-saħħa tal-limitu massimu għall-operaturi ekonomiċi. Dawn il-miżuri kollha huma mistennija li jnaqqsu t-tariffi tar-roaming għall-konsumaturi tal-UE b'60% iktar u li jżidu l-użu tal-mowbajl. L-UE ħadet l-ewwel azzjoni fuq ir-roaming fl-2007 meta naqqset il-prezz tas-sejħiet bir-roaming bil-vuċi b'70%.
"Mil-lum, l-Ewropej kollha li jċemplu jew jibagħtu messaġġi bil-mowbajls tagħhom jistgħu jesperjenzaw is-suq uniku tal-UE mingħajr fruntieri. Is-serq fil-prezzijiet tar-roaming issa wasal biex jispiċċa bis-saħħa tal-azzjoni determinata mill-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u s-27 Stat Membru kollha tal-UE." qalet il-Kummissarju tat-Telekomunikazzjonijiet Viviane Reding. "Nistenna li r-regoli l-ġodda tar-roaming se jnaqqsu bil-ħafna l-ispiża tal-użu tal-internet mill-mowbajl meta wieħed ikun barra 'l pajjiż fl-UE. Għalissa, ir-regoli tal-UE huma limitati għat-tnaqqis tat-tariffi bejn l-operaturi. Inħeġġeġ lill-industriji tal-mowbajls biex dan l-ffrankar jgħadduh malajr lill-konsumaturi tad-dejta bir-roaming. Il-Kummissjoni u r-regolaturi nazzjonali se jimmontorjaw b'attenzjoni t-tariffi tar-roaming tad-dejta u s-sena d-dieħla se jivvalutaw jekk is-suq tar-roaming finalment huwiex qed isir kompetittiv jew le"
Ir-regoli ġodda tal-UE dwar ir-roaming li huma applikabbli mil-lum:
Limitu ta' €0.11 (mingħajr VAT) għall-prezz ta' konsumatur li jibagħat messaġġ testwali minn barra l-pajjiż, imqabbel mal-medja attwali ta' €0.28.
Iktar tnaqqis fil-prezzijiet għal sejħiet bil-mowbajl bir-roaming. Mil-lum, il-limiti massimi huma ta' €0.43 għal sejħiet li jsiru u €0.19 għal sejħiet imwieġba waqt is-safar, li jinżlu għal €0.39 u €0.15 fl-1 ta' Lulju 2010 u għal €0.35 u €0.11 fl-1 ta' Lulju 2011 (prezzijiet kull minuta mingħajr VAT). Sal-bieraħ, il-prezz massimu kien ta' €0.46 għal-sejħiet li jsiru u €0.22 għal sejħiet riċevuti waqt is-safar. Fis-sajf tal-2005, qabel ittieħdet l-azzjoni tal-UE, sejħa bir-roaming fl-UE kellha mnejn tiswa madwar €1.70 kull minuta għal Ġermaniż li juża r-roaming fl-Awstrija, €1.47 għal ċittadin tar-Renju Unit li juża r-roaming fl-Italja u €2.50 għal Belġjan li jċempel minn Ċipru ( MEMO/05/247 ).
L-introduzzjoni tal-prinċipju tal-kont bis-sekonda għall-ewwel 30 sekonda għal sejħiet roaming magħmula u mill-ewwel sekonda għas-sejħiet riċevuti waqt is-safar. Sa issa, il-konsumaturi qed iħallsu madwar 24% aktar mill-ħin li fil-fatt jikkunsmaw meta jagħmlu jew iwieġbu s-sejħiet.
Tnaqqis sostanzjali fit-tariffi tal-użu tal-internet u biex jitniżżlu fims jew programmi bil-vidjos b'mowbajl meta wieħed ikun imsiefer b'limitu massimu għall-operaturi ekonomiċi ta' €1 għal kull megabyte imniżżel, meta mqabbel mal-prezz medju għall-operaturi ekonomiċi ta' of €1.68 il-megabyte, bl-ogħla tariffi fl-Irlanda (€6.82), il-Greċja (€5.30) u l-Estonja (€5.10). Il-limitu massimu għall-operaturi ekonomiċi għad-downloading se jonqos matul is-sentejn li ġejjin : sa €0.80 fl-2010 u €0.50 fl-2011. Il-konsumaturi se jkunu informati dwar x'se jħallsu għas-servizzi tad-dejta, minħabba li r-regoli l-ġodda se jirrikjedu lill-operaturi tal-mowbajls jipprovdu (permezz ta' sms jew pop-up window) informazzjoni speċifika għal pajjiż dwar it-tariffi tar-roaming, bla ħlas lill-konsumaturi tagħhom meta dawn jidħlu fi Stat Membru ieħor u jużaw is-servizzi tad-dejta. Ir-regoli l-ġodda se jipproteġu lill-konsumaturi mill-"qtajja' tal-kontijiet" bl-introduzzjoni mekkaniżmu li jaqta' s-servizz meta l-kont jitla' sa €50, sakemm il-konsumatur ma jagħżilx limitu ta' qtugħ ieħor (reċentament Ġermaniż li kien qed iniżżel programmi mit-televiżjoni bir-roaming fi Franza kellu jħabbat wiċċu ma' kont ta' €46,000). L-operaturi għandhom sa Marzu 2010 biex idaħħlu fis-seħħ il-limitu ta' qtugħ tas-servizz.
Ir-regoli l-ġodda dwar ir-roaming, li jżidu mal-ewwel Regolament tal -UE dwar ir-Roaming ( IP/07/870 ), se japplikaw sas-Sajf tal-2012. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill talbu lill-Kummissjoni biex tirrapporta, sas-Sajf 2010, dwar kif ikunu qegħdin jaħdmu r-regoli l-ġodda. Il-Kummissjoni tista' mbagħad tipproponi aktar regoli, jekk meħtieġa, sa tmiem Ġunju 2011.
Sfond:
Ir-Regolament tal-UE dwar ir-Roaming 2007 , ( 2007 EU Roaming Regulation ) , introduċa l-limiti massimi tal-"Euro tariff" għal sejħiet li saru u dawk riċevuti waqt l-ivjaġġar fl-Ewropa. Bħala riżultat, konsumaturi tar-roaming bl-Euro tariff iffrankaw medja ta' 70% mqabbla mal-2005, qabel ma ħadet azzjoni l-UE.
Fl-2008, wara r-reviżjoni tar-regoli tar-roaming, il-Kummissjoni pproponiet li testendihom għal 3 snin, b'regoli ġodda għall-messaġġi testwali u għas-servizzi tad-dejta . F'April tal-2009 l-Parlament Ewropew approva, b'maġġoranza kbira, ir-regoli l-ġodda tar-roaming tal-UE ( IP/09/620 ), u wara fit-8 ta' Ġunju segwa wkoll il-Kunsill tal-Ministri tat-Telekomunikazzjoniet tal-UE ( IP/09/880 ).
Minn mindu fl-2004 l-Kummissjoni preżenti ħadet il-kariga tagħha, l-użu tat-telefonija mobbli fl-UE kiber minn 84.6% għal 119% tal-popolazzjoni totali tal-UE ( IP/09/473 ) .
Għal ħarsa ġenerali fuq it-tariffi tar-roaming ta' kull pajjiż tal-UE, ara l- Websajt tar-Roaming tal-UE:
http://ec.europa.eu/information_society/activities/roaming/index_en.htm
ANNEX
Retail caps for roamed voice calls without VAT ( € cents) – as of 1 July 2009
Voice calls
| Calls made | 43 |
| Calls received | 19 |
SMS
| SMS sent | 11 |
| SMS received | Free of charge |
Roamed calls made
Roamed calls received
Roamed SMS
Prices for making a roamed call including VAT
(1 minute)
|
|
| ||
|
| travelling to | 2005 | 2009 reg. prices |
| Austria | Greece | 0.93 | 0.52 |
| Belgium | Cyprus | 1.80 | 0.52 |
| Bulgaria | Austria | n/a | 0.52 |
| Cyprus | Belgium | 3.00 | 0.50 |
| Czech Republic | United Kingdom | 1.99 | 0.51 |
| Denmark | Slovakia | 1.52 | 0.54 |
| Estonia | Germany | 1.01 | 0.52 |
| Finland | Spain | 0.88 | 0.53 |
| France | Poland | 1.50 | 0.51 |
| Germany | France | 1.49 | 0.51 |
| Greece | Estonia | 2.02 | 0.51 |
| Hungary | Denmark | 1.35 | 0.54 |
| Ireland | Italy | 1.34 | 0.52 |
| Italy | Czech Republic | 2.00 | 0.52 |
| Latvia | France | 1.81 | 0.52 |
| Lithuania | Germany | 1.15 | 0.51 |
| Luxembourg | France | 1.20 | 0.50 |
| Malta | Portugal | 1.52 | 0.51 |
| Netherlands | Finland | 1.38 | 0.51 |
| Poland | Germany | 1.28 | 0.53 |
| Portugal | Sweden | 1.07 | 0.52 |
| Romania | Spain | n/a | 0.51 |
| Slovakia | Ireland | 1.53 | 0.51 |
| Slovenia | United Kingdom | 2.10 | 0.52 |
| Spain | Cyprus | 1.80 | 0.50 |
| Sweden | The Netherlands | 1.10 | 0.54 |
| United Kingdom | Portugal | 1.45 | 0.50 |
Prices for receiving a roamed call including VAT
(1 minute)
|
|
| ||
|
| travelling to | 2005 | 2009 reg. prices |
| Austria | Greece | 0.52 | 0.23 |
| Belgium | Cyprus | 1.38 | 0.23 |
| Bulgaria | Austria | n/a | 0.23 |
| Cyprus | Belgium | 0.28 | 0.22 |
| Czech Republic | United Kingdom | n/a | 0.23 |
| Denmark | Slovakia | 0.68 | 0.24 |
| Estonia | Germany | 0.45 | 0.23 |
| Finland | Spain | 0.53 | 0.23 |
| France | Poland | 0.68 | 0.23 |
| Germany | France | 0.69 | 0.23 |
| Greece | Estonia | n/a | 0.23 |
| Hungary | Denmark | 0.48 | 0.24 |
| Ireland | Italy | 0.99 | 0.23 |
| Italy | Czech Republic | 1.50 | 0.23 |
| Latvia | France | 0.59 | 0.23 |
| Lithuania | Germany | 0.87 | 0.23 |
| Luxembourg | France | n/a | 0.22 |
| Malta | Portugal | 0.94 | 0.22 |
| Netherlands | Finland | 0.75 | 0.23 |
| Poland | Germany | 0.50 | 0.23 |
| Portugal | Sweden | 0.55 | 0.23 |
| Romania | Spain | n/a | 0.23 |
| Slovakia | Ireland | 0.77 | 0.23 |
| Slovenia | United Kingdom | 0.55 | 0.23 |
| Spain | Cyprus | 1.10 | 0.22 |
| Sweden | The Netherlands | 0.59 | 0.24 |
| United Kingdom | Portugal | 1.10 | 0.22 |
Prices for sending a text message including VAT
|
|
| ||
|
| travelling to | 2005 | 2009 reg. prices |
| Austria | Greece | 0.25 | 0.13 |
| Belgium | Cyprus | 0.40 | 0.13 |
| Bulgaria | Austria | n/a | 0.13 |
| Cyprus | Belgium | 0.24 | 0.13 |
| Czech Republic | United Kingdom | 0.27 | 0.13 |
| Denmark | Slovakia | 0.27 | 0.14 |
| Estonia | Germany | 0.25 | 0.13 |
| Finland | Spain | 0.42 | 0.13 |
| France | Poland | 0.30 | 0.13 |
| Germany | France | 0.32 | 0.13 |
| Greece | Estonia | 0.49 | 0.13 |
| Hungary | Denmark | 0.37 | 0.14 |
| Ireland | Italy | 0.59 | 0.13 |
| Italy | Czech Republic | 0.50 | 0.13 |
| Latvia | France | 0.27 | 0.13 |
| Lithuania | Germany | 0.26 | 0.13 |
| Luxembourg | France | 0.31 | 0.13 |
| Malta | Portugal | 0.43 | 0.13 |
| Netherlands | Finland | 0.75 | 0.13 |
| Poland | Germany | 0.53 | 0.13 |
| Portugal | Sweden | 0.65 | 0.13 |
| Romania | Spain | n/a | 0.13 |
| Slovakia | Ireland | 0.27 | 0.13 |
| Slovenia | United Kingdom | 0.38 | 0.13 |
| Spain | Cyprus | 0.87 | 0.13 |
| Sweden | The Netherlands | 0.32 | 0.14 |
| United Kingdom | Portugal | 0.69 | 0.13 |