Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

IP/09 /1064

Brussell, l-1 ta’ Lulju 2009

Daqshekk serq fil-prezzijiet tar-roaming: it-tariffi tal-messaġġi, tas-sejħiet, u tal-użu tal-internet waqt is-safar għandhom jorħsu sew mil-lum bis-saħħa tal-azzjoni tal-UE .

Mil-lum stess, il-prezz ta' messaġġ testwali mibgħut minn barra l-pajjiż fl-UE jiswa massimu ta' €0.11, kważi tliet darbiet inqas mill-medja ta' qabel fl-UE ta' €0.28 (mingħajr il-VAT). Sejħa bir-roaming għal pajjiż ieħor tal-UE ma għandhiex tiswa iktar minn €0.43 kull minuta, u mhux iktar minn €0.19 biex tirċievi sejħa. Mil-lum, it-tariffi tas-sejħiet li jsiru bir-roaming, se jiġu ddebitati bis-sekonda, wara l-ewwel 30 sekonda, minflok bil-minuta, u t-tariffi tas-sejħiet riċevuti se jiġu ddebitati bis-sekonda mill-ewwel sekonda Persuni li qegħdin vaganza u dawk li jivvjaġġaw minħabba n-neġozju jistgħu jużaw l-internet ukoll, iniżżlu films jew jibagħtu ritratti bil-mowbajl tagħhom bir-roaming mingħajr il-biża li jieħdu qatgħa meta jasal il-kont, bis-saħħa tal-limitu massimu għall-operaturi ekonomiċi. Dawn il-miżuri kollha huma mistennija li jnaqqsu t-tariffi tar-roaming għall-konsumaturi tal-UE b'60% iktar u li jżidu l-użu tal-mowbajl. L-UE ħadet l-ewwel azzjoni fuq ir-roaming fl-2007 meta naqqset il-prezz tas-sejħiet bir-roaming bil-vuċi b'70%.

"Mil-lum, l-Ewropej kollha li jċemplu jew jibagħtu messaġġi bil-mowbajls tagħhom jistgħu jesperjenzaw is-suq uniku tal-UE mingħajr fruntieri. Is-serq fil-prezzijiet tar-roaming issa wasal biex jispiċċa bis-saħħa tal-azzjoni determinata mill-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u s-27 Stat Membru kollha tal-UE." qalet il-Kummissarju tat-Telekomunikazzjonijiet Viviane Reding. "Nistenna li r-regoli l-ġodda tar-roaming se jnaqqsu bil-ħafna l-ispiża tal-użu tal-internet mill-mowbajl meta wieħed ikun barra 'l pajjiż fl-UE. Għalissa, ir-regoli tal-UE huma limitati għat-tnaqqis tat-tariffi bejn l-operaturi. Inħeġġeġ lill-industriji tal-mowbajls biex dan l-ffrankar jgħadduh malajr lill-konsumaturi tad-dejta bir-roaming. Il-Kummissjoni u r-regolaturi nazzjonali se jimmontorjaw b'attenzjoni t-tariffi tar-roaming tad-dejta u s-sena d-dieħla se jivvalutaw jekk is-suq tar-roaming finalment huwiex qed isir kompetittiv jew le"

Ir-regoli ġodda tal-UE dwar ir-roaming li huma applikabbli mil-lum:

  • Limitu ta' €0.11 (mingħajr VAT) għall-prezz ta' konsumatur li jibagħat messaġġ testwali minn barra l-pajjiż, imqabbel mal-medja attwali ta' €0.28.

  • Iktar tnaqqis fil-prezzijiet għal sejħiet bil-mowbajl bir-roaming. Mil-lum, il-limiti massimi huma ta' €0.43 għal sejħiet li jsiru u €0.19 għal sejħiet imwieġba waqt is-safar, li jinżlu għal €0.39 u €0.15 fl-1 ta' Lulju 2010 u għal €0.35 u €0.11 fl-1 ta' Lulju 2011 (prezzijiet kull minuta mingħajr VAT). Sal-bieraħ, il-prezz massimu kien ta' €0.46 għal-sejħiet li jsiru u €0.22 għal sejħiet riċevuti waqt is-safar. Fis-sajf tal-2005, qabel ittieħdet l-azzjoni tal-UE, sejħa bir-roaming fl-UE kellha mnejn tiswa madwar €1.70 kull minuta għal Ġermaniż li juża r-roaming fl-Awstrija, €1.47 għal ċittadin tar-Renju Unit li juża r-roaming fl-Italja u €2.50 għal Belġjan li jċempel minn Ċipru ( MEMO/05/247 ).

  • L-introduzzjoni tal-prinċipju tal-kont bis-sekonda għall-ewwel 30 sekonda għal sejħiet roaming magħmula u mill-ewwel sekonda għas-sejħiet riċevuti waqt is-safar. Sa issa, il-konsumaturi qed iħallsu madwar 24% aktar mill-ħin li fil-fatt jikkunsmaw meta jagħmlu jew iwieġbu s-sejħiet.

  • Tnaqqis sostanzjali fit-tariffi tal-użu tal-internet u biex jitniżżlu fims jew programmi bil-vidjos b'mowbajl meta wieħed ikun imsiefer b'limitu massimu għall-operaturi ekonomiċi ta' €1 għal kull megabyte imniżżel, meta mqabbel mal-prezz medju għall-operaturi ekonomiċi ta' of €1.68 il-megabyte, bl-ogħla tariffi fl-Irlanda (€6.82), il-Greċja (€5.30) u l-Estonja (€5.10). Il-limitu massimu għall-operaturi ekonomiċi għad-downloading se jonqos matul is-sentejn li ġejjin : sa €0.80 fl-2010 u €0.50 fl-2011. Il-konsumaturi se jkunu informati dwar x'se jħallsu għas-servizzi tad-dejta, minħabba li r-regoli l-ġodda se jirrikjedu lill-operaturi tal-mowbajls jipprovdu (permezz ta' sms jew pop-up window) informazzjoni speċifika għal pajjiż dwar it-tariffi tar-roaming, bla ħlas lill-konsumaturi tagħhom meta dawn jidħlu fi Stat Membru ieħor u jużaw is-servizzi tad-dejta. Ir-regoli l-ġodda se jipproteġu lill-konsumaturi mill-"qtajja' tal-kontijiet" bl-introduzzjoni mekkaniżmu li jaqta' s-servizz meta l-kont jitla' sa €50, sakemm il-konsumatur ma jagħżilx limitu ta' qtugħ ieħor (reċentament Ġermaniż li kien qed iniżżel programmi mit-televiżjoni bir-roaming fi Franza kellu jħabbat wiċċu ma' kont ta' €46,000). L-operaturi għandhom sa Marzu 2010 biex idaħħlu fis-seħħ il-limitu ta' qtugħ tas-servizz.

Ir-regoli l-ġodda dwar ir-roaming, li jżidu mal-ewwel Regolament tal -UE dwar ir-Roaming ( IP/07/870 ), se japplikaw sas-Sajf tal-2012. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill talbu lill-Kummissjoni biex tirrapporta, sas-Sajf 2010, dwar kif ikunu qegħdin jaħdmu r-regoli l-ġodda. Il-Kummissjoni tista' mbagħad tipproponi aktar regoli, jekk meħtieġa, sa tmiem Ġunju 2011.

Sfond:

Ir-Regolament tal-UE dwar ir-Roaming 2007 , ( 2007 EU Roaming Regulation ) , introduċa l-limiti massimi tal-"Euro tariff" għal sejħiet li saru u dawk riċevuti waqt l-ivjaġġar fl-Ewropa. Bħala riżultat, konsumaturi tar-roaming bl-Euro tariff iffrankaw medja ta' 70% mqabbla mal-2005, qabel ma ħadet azzjoni l-UE.

Fl-2008, wara r-reviżjoni tar-regoli tar-roaming, il-Kummissjoni pproponiet li testendihom għal 3 snin, b'regoli ġodda għall-messaġġi testwali u għas-servizzi tad-dejta . F'April tal-2009 l-Parlament Ewropew approva, b'maġġoranza kbira, ir-regoli l-ġodda tar-roaming tal-UE ( IP/09/620 ), u wara fit-8 ta' Ġunju segwa wkoll il-Kunsill tal-Ministri tat-Telekomunikazzjoniet tal-UE ( IP/09/880 ).

Minn mindu fl-2004 l-Kummissjoni preżenti ħadet il-kariga tagħha, l-użu tat-telefonija mobbli fl-UE kiber minn 84.6% għal 119% tal-popolazzjoni totali tal-UE ( IP/09/473 ) .

Għal ħarsa ġenerali fuq it-tariffi tar-roaming ta' kull pajjiż tal-UE, ara l- Websajt tar-Roaming tal-UE:

http://ec.europa.eu/information_society/activities/roaming/index_en.htm

MEMO/09/ 309

ANNEX

Retail caps for roamed voice calls without VAT ( € cents) – as of 1 July 2009

Voice calls

Calls made

43

Calls received

19

SMS

SMS sent

11

SMS received

Free of charge

Roamed calls made

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED


Roamed calls received

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED


Roamed SMS

Figures and graphics available in PDF and WORD PROCESSED


Prices for making a roamed call including VAT

(1 minute)

 

 

 

travelling to

2005

2009 reg. prices

Austria

Greece

0.93

0.52

Belgium

Cyprus

1.80

0.52

Bulgaria

Austria

n/a

0.52

Cyprus

Belgium

3.00

0.50

Czech Republic

United Kingdom

1.99

0.51

Denmark

Slovakia

1.52

0.54

Estonia

Germany

1.01

0.52

Finland

Spain

0.88

0.53

France

Poland

1.50

0.51

Germany

France

1.49

0.51

Greece

Estonia

2.02

0.51

Hungary

Denmark

1.35

0.54

Ireland

Italy

1.34

0.52

Italy

Czech Republic

2.00

0.52

Latvia

France

1.81

0.52

Lithuania

Germany

1.15

0.51

Luxembourg

France

1.20

0.50

Malta

Portugal

1.52

0.51

Netherlands

Finland

1.38

0.51

Poland

Germany

1.28

0.53

Portugal

Sweden

1.07

0.52

Romania

Spain

n/a

0.51

Slovakia

Ireland

1.53

0.51

Slovenia

United Kingdom

2.10

0.52

Spain

Cyprus

1.80

0.50

Sweden

The Netherlands

1.10

0.54

United Kingdom

Portugal

1.45

0.50

Prices for receiving a roamed call including VAT

(1 minute)

 

 

 

travelling to

2005

2009 reg. prices

Austria

Greece

0.52

0.23

Belgium

Cyprus

1.38

0.23

Bulgaria

Austria

n/a

0.23

Cyprus

Belgium

0.28

0.22

Czech Republic

United Kingdom

n/a

0.23

Denmark

Slovakia

0.68

0.24

Estonia

Germany

0.45

0.23

Finland

Spain

0.53

0.23

France

Poland

0.68

0.23

Germany

France

0.69

0.23

Greece

Estonia

n/a

0.23

Hungary

Denmark

0.48

0.24

Ireland

Italy

0.99

0.23

Italy

Czech Republic

1.50

0.23

Latvia

France

0.59

0.23

Lithuania

Germany

0.87

0.23

Luxembourg

France

n/a

0.22

Malta

Portugal

0.94

0.22

Netherlands

Finland

0.75

0.23

Poland

Germany

0.50

0.23

Portugal

Sweden

0.55

0.23

Romania

Spain

n/a

0.23

Slovakia

Ireland

0.77

0.23

Slovenia

United Kingdom

0.55

0.23

Spain

Cyprus

1.10

0.22

Sweden

The Netherlands

0.59

0.24

United Kingdom

Portugal

1.10

0.22

Prices for sending a text message including VAT

 

 

 

travelling to

2005

2009 reg. prices

Austria

Greece

0.25

0.13

Belgium

Cyprus

0.40

0.13

Bulgaria

Austria

n/a

0.13

Cyprus

Belgium

0.24

0.13

Czech Republic

United Kingdom

0.27

0.13

Denmark

Slovakia

0.27

0.14

Estonia

Germany

0.25

0.13

Finland

Spain

0.42

0.13

France

Poland

0.30

0.13

Germany

France

0.32

0.13

Greece

Estonia

0.49

0.13

Hungary

Denmark

0.37

0.14

Ireland

Italy

0.59

0.13

Italy

Czech Republic

0.50

0.13

Latvia

France

0.27

0.13

Lithuania

Germany

0.26

0.13

Luxembourg

France

0.31

0.13

Malta

Portugal

0.43

0.13

Netherlands

Finland

0.75

0.13

Poland

Germany

0.53

0.13

Portugal

Sweden

0.65

0.13

Romania

Spain

n/a

0.13

Slovakia

Ireland

0.27

0.13

Slovenia

United Kingdom

0.38

0.13

Spain

Cyprus

0.87

0.13

Sweden

The Netherlands

0.32

0.14

United Kingdom

Portugal

0.69

0.13


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site