Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/09/1044

Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2009

Id-domain tal-internet “.eu” se jkun disponibbli wkoll bl-alfabett Grieg u b’dak Ċirilliku

Il-kelliema tal-Bulgaru u tal-Grieg daqt se jkun jista’ jkollhom siti tal-internet tad-domain “.eu” bil-lingwi tagħhom. Illum, il-Kummissjoni Ewropea adottat regoli ġodda tal-UE sabiex tagħmilha possibbli għall-utenti u n-negozji li jużaw l-internet li jirreġistraw ismijiet tad-domain fid-domain “.eu” li jkunu jużaw il-karattri tat-23 lingwa uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk tal-alfabett Grieg u Ċirilliku. Dan ifisser li, iktar tard din is-sena, id-domain “.eu” se jkun disponibbli fl-alfabetti wżati mill-Bulgari, mill-Griegi u miċ-Ċiprijotti, u se jkun jinkludi l-karattri speċjali wżati fl-ilsna l-oħra. S’issa, iċ-Ċeki setgħu jużaw biss 27 mit-42 karattru wżati fil-lingwa tagħhom, u l-Litwani 23 minn 32. Rapport ġdid tal-Kummissjoni dwar l-iżvilupp tad-domain Ewropew ta’ livell għoli, li ġie ppubblikat illum, juri li l-għadd ta’ ismijiet tad-domain rreġistrati (li bħalissa huwa ta’ madwar 3 miljuni) żdied bi 11 % kemm fl-2007 kif ukoll fl-2008.

“Tliet snin wara li tnieda, id-domain “.eu” sar l-għażla ta’ valur għal għadd dejjem jikber ta’ negozji u ta’ ċittadini li jridu jagħżlu identità Ewropea tal-internet. Għan-negozji, l-għażla tad-domain “.eu” hija mod sempliċi kif juru li huma stabbiliti f'wieħed mis-27 pajjiż tal-UE u li huma suġġetti għall-istandards għoljin tal-leġiżlazzjoni tal-UE, b’mod partikulari f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħarsien tad-dejta, mar-rego li tal-konsumaturi u mar-regoli tas-swieq finanzjarji tal-UE ,” qalet Viviane Reding, il-Kummissarju għas-Soċjetà tal-Informazzjoni u l-Midja. “Hija ħaġa naturali, għalhekk, li l-ismijiet tad-domain magħżulin mill-Ewropej jitħallew ikunu varji daqs l-Ewropa nfisha. Huwa għalhekk li ddeċidejna li d-domain “.eu” għandu jsir disponibbli fl-alfabetti kollha wżati fl-Istati Membri u li għandu jkun jipprovdi għall-karattri kollha wżati fit-23 lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.”

Il-Kummissjoni Ewropea llum emendat ir-regoli għad-domain “.eu” sabiex l-utenti tal-internet ikunu jistgħu jirreġistraw ismijiet tad-domain fid-domain “.eu” li jużaw alfabetti differenti bħall-Grieg u ċ-Ċirilliku.

S’issa l-ismijiet tad-domain irreġistrati fid-domain ta’ livell għoli “.eu” setgħu jinkludu biss il-karattri “a” sa “z”, iċ-ċifri “0” sa “9” u s-simbolu “-”. Fil-ġejjieni, fid-domain “.eu” wieħed se jkun jista’ jirreġistra ismijiet li fihom ikun hemm karattri bħall-“à”, “ą”, “ä”, “ψ” u “д”. Iċ-ċittadini u n-negozji Ewropej se jkunu jistgħu jirreġistraw ismijiet tad-domain f’alfabetti li mhumiex dak Latin, li hi ħaġa essenzjali għal lingwi bħall-Grieg u l-Bulgaru. Dal-ħin, il-Bulgarija għandha għadd ta’ domains “.eu” rreġistrati li huwa wieħed mill-iktar baxxi, ta’ 9 578 (ara l-anness).

Huwa mistenni li r-regoli l-ġodda se jkomplu jżidu l-attrazzjoni tal-isem tad-domain Ewropew ta’ livell għoli. Sabiex wieħed jirreġistra għal isem tad-domain fid-domain “.eu”, l-utenti tal-internet iridu jkunu stabbiliti f’wieħed mis-27 Stat Membru tal-UE.

Ċifri ġodda ppubblikati llum mill-Kummissjoni Ewropea juru li, tliet snin wara li tnieda, id.domain “.eu” qed ikompli jsir dejjem iktar popolari. L-għadd ta’ ismijiet tad-domain irreġistrati fid-domain “.eu” żdied bi 11 % kemm fl-2007 kif ukoll fl-2008. Dan kien megħjun mill-fatt li l-ispiża tar-reġistrazzjoni niżlet minn 10 EUR għal 5 EUR fl-2007, u għal 4 EUR fl-2008. Id-domain “.eu” qed jikber b’rata mgħaġġla b’mod partikulari fl-Ewropa tal-Lvant, bl-għadd ta’ ismijiet tad-domain jitla’ b’149 % fil-Polonja bejn l-2006 u l-2008 u b’142 % fil-Litwanja.

Id-domain “.eu” rnexxielu jsir ir-raba’ domain ta’ livell għoli tal-kodiċi tal-pajjiż l-iktar popolari fl-Ewropa, maqbuż biss mid-dominji “.de” (tal-Ġermanja), “.uk” (tar-Renju Unit) u “.nl” (tal-Olanda). Id-domain “.eu” huwa d-disa’ l-iktar domain wżat fid-dinja. Għall-ewwel darba, is-sit uffiċjali tal-internet tal-Presidenza Żvediża tal-UE jinsab f’isem tad-domain “.eu”: www.se2009.eu .

L-isfond

Sa minn meta nfe taħ għall-ewwel darba għar-residenti kollha tal-UE u għall-organizzazzjonijiet kollha stabbiliti fl-UE f’April tal-2006 ( IP/06/476 ), id-domain “.eu” rnexxielu jikseb l-approvazzjoni tal-pubbliku. Sal-ewwel anniversarju tiegħu, kienu ġew irreġistrati 2.5 miljun isem tad-domain fid-domain “.eu” ( IP/07/483 ), u fl-2007 żdiedu 300 000 isem tad-domain ieħor ( IP/08/530 ; IP/09/536 ).

Il-ġestjoni tad-dominju “.eu” huwa f’idejn il- EURid , organizzazzjoni indipendenti li mhijiex għall-profitt. EURid qed tħejji għat-tnedija uffiċjali tal-ismijiet tad-domain internazzjonalizzati fid-domain “.eu”.

Ir-rapport ta’ llum dwar il-progress li sar fid-domain “.eu” jinsab fis-sit tal-internet li ġej:

http://ec.europa.eu/information_society/policy/doteu/

MEMO/08/218

http://www.eurid.eu/

Għall-istatistika l-aktar riċenti dwar id-domain “.eu”: http://www.status.eurid.eu/

Annex

Ten largest top level domains by number of registered domain names (as of march 2009)

TLD

Number of
registered domains

.com

79   439   607

.cn

13   854   687

.de

12   652   025

.net

12   099   536

.org

7   472   142

.uk

7   382   123

.info

5   137   681

.nl

3   285   095

.eu (*)

3   049   034

.biz

2   025   576

Source: http://domainsinfo.fr/ .

(*) The number of registrations for .eu is updated daily on: http://www.eurid.eu/en/about/facts-figures/statistics .

Number of .eu domains by country of residence of registrants (as of March 2009)

Country

Number of .eu domains
March 2009

Austria

74   767

Belgium

92   404

Bulgaria

9   578

Cyprus

53   051

Czech Republic

82   020

Denmark

45   167

Estonia

8   179

Finland

14   876

France

251   744

Germany

930   467

Greece

25   169

Hungary

29   148

Ireland

59   612

Italy

166   454

Latvia

7   166

Lithuania

9   416

Luxembourg

27   256

Malta

2   916

Netherlands

415   474

Poland

176   328

Portugal

11   789

Romania

20   204

Slovakia

18   609

Slovenia

6   385

Spain

70   390

Sweden

81   979

United Kingdom

377   820

Source: EURid.

Growth of .eu domains 2006-2008 by country of residence of registrants

Country

Growth of .eu domains
2006-2008*

Austria

+27  %

Belgium

+23  %

Bulgaria**

+58  %

Cyprus

-41  %

Czech Republic

+65  %

Denmark

+18  %

Estonia

+43  %

Finland

+57  %

France

+56  %

Germany

+19  %

Greece

+44  %

Hungary

+32  %

Ireland

+94  %

Italy

+14  %

Latvia

0  %

Lithuania

+142  %

Luxembourg

+95  %

Malta

-85  %

Netherlands

+36  %

Poland

+149  %

Portugal

-2  %

Romania**

+40  %

Slovakia

+74  %

Slovenia

+71  %

Spain

+33  %

Sweden

-10  %

United Kingdom

-14  %

EU

+22  %

*from 31.12.2006 to 31.12.2008.

** Figures for Bulgaria and Romania refer to 2007-2008, since registration of ‘.eu’ domains started after their accession to the EU on 1 January 2007.

Source: EURid.

.eu registrations per country (as of 23 June 2009)



Source: EURid

.eu registrations by month (as of 23 June 2009)



Source EURid


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website