Navigation path

Left navigation

Additional tools

It-tibdil fil-klima: il-Kummissjoni tilqa’ aktar progress lejn l-ilħiq tal-mira ta’ l-UE skond il-Protokoll ta’ Kjoto

European Commission - IP/08/965   18/06/2008

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/08/965

Brussell, is-18 ta’ Ġunju 2008

It-tibdil fil-klima: il-Kummissjoni tilqa’ aktar progress lejn l-ilħiq tal-mira ta’ l-UE skond il-Protokoll ta’ Kjoto

Il-Kummissarju Ewropew għall-Ambjent, Stavros Dimas, illum laqa’ l-progress li bosta Stati Membri wettqu fl-2006 fit-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tagħhom ta’ gassijiet serra. L-inventarju ta’ l-emissjonijiet li rreġistrat l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għall-2006, l-aħħar sena li għaliha hemm disponibbli dejta kompluta, juri li l-emissjonijiet fl-UE-15 naqsu b’0.8% mill-2005 ‘l hawn, biex niżlu għal 2.7% taħt il-livelli tagħhom fis-sena bażi (fil-parti l-kbira tal-każi, l-1990). Dan ifisser li l-grupp ta’ l-UE-15 jinsab fit-triq it-tajba biex jilħaq il-miri tiegħu skond il-Protokoll ta’ Kjoto, jiġifieri li bejn l-2008 u l-2012 il-medja ta’ l-emissjonijiet tinżamm talanqas 8% taħt il-valuri tas-sena bażi.

Il-Kummissarju Dimas qal: “It-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ dan l-aħħar fost l-UE-15 huwa inkoraġġanti. Madankollu, huwa vitali li ssir implimentazzjoni sħiħa u f’waqtha tal-politiki u l-miżuri adottati jew ippjanati.“ L-Istati Membri jeħtiġilhom ikomplu jaċċelleraw l-isforzi tagħhom biex jillimitaw jew inaqqsu l-emissjonijiet.

Żied jgħid: “Iż-żieda fl-emissjonijiet fil-parti l-kbira tal-pajjiżi ta’ l-UE-12 xejn mhija pożittiva. Il-pajjiżi ta’ l-UE-12 jeħtiġilhom iżommu quddiem għajnejhom li ma jistgħux iserrħu fuq is-suċċessi ta’ l-imgħoddi. Il-miri tagħna għat-tnaqqis ta’ l-emissjonijiet tal-gassijiet serra wara l-2012 huma għall-UE-27 ilkoll flimkien, u biex nilħquhom se jkun meħtieġ sforz kontinwu min-naħa ta’ l-Istati Membri kollha.”

Tkompli tinħall ir-rabta bejn l-emissjonijiet u t-tkabbir ekonomiku

It-tnaqqis ta’ 0.8% fl-emissjonijiet ta’ l-UE-15 bejn l-2005 u l-2006 jaqta’ kuntrast maż-żieda ta’ 2.8% fil-PGD matul dak il-perjodu, u dan ifisser li l-UE rnexxielha tkompli tħoll ir-rabta bejn l-emissjonijiet u t-tkabbir ekonomiku. Ir-raġunijiet ewlenin għat-tnaqqis fl-emissjonijiet – li jilħaq total ta’ 34.9 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti tas-CO2 – kienu temp aktar sħun, anqas produzzjoni ta' l-aċidu nitriku, li jikkaġuna emissjonijiet tal-gass serra l-ossidu nitruż, u l-introduzzjoni ta' tekniki ġodda biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ l-ossidu nitruż mill-produzzjoni ta’ l-aċidu adipiku.

L-emissjonijiet ta’ l-UE-27 naqsu b’0.3% matul is-sena, sa ma laħqu 10.8% anqas mil-livelli fis-sena bażi, li għal xi Stati Membri mhijiex l-1990, u 7.7% anqas mil-livelli fl-1990 nnifisha. It-tnaqqis, li jlaħħaq total ta’ 14-il miljun  tunnellata ta’ ekwivalenti tas-CO2, jista’ jkun attribwit għat-tnaqqis fil-produzzjoni ta’ l-aċidu nitriku, tnaqqis fl-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-kimiċi fi Franza u l-Ungerija, u tnaqqis fl-użu kumplessiv ta’ fjuwils solidi u likwidi fid-djar.

L-emissjonijiet mit-trasport għadhom qed jiżdiedu

F’termini ta’ xejriet, fi ħdan l-UE-15 iċ-ċifri ta’ l-2006 jikkonfermaw tnaqqis kontinwu fl-emissjonijiet mis-settur ta’ l-agrikoltura u dak ta’ l-iskart. L-emissjonijiet mill-industriji ta’ l-enerġija stabilizzaw f’dawn l-aħħar ftit snin, filwaqt li dawk mill-industriji tal-manifattura juru kemmxejn tnaqqis. L-emissjonijiet relatati mat-trasport xejn ma qatgħu jiżdiedu, u huma sors partikolari ta’ tħassib.

Ix-xejriet għall-UE-27 jixbhu lil dawk ta’ l-UE-15, għajr għall-proċessi industrijali, fejn l-emissjonijiet żdiedu daqsxejn.

Id-dejta ġabritha l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, u tressqet lill-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC).

Aktar tagħrif:

Stqarrija għall-istampa ta’ l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA)

http://www.eea.europa.eu/highlights

Rapport ta’ l-EEA dwar l-inventarju tal-gassijiet serra 1990-2006

http://reports.eea.europa.eu/technical_report_2008_6/en

Is-sit tal-Kummissjoni Ewropea dwar it-tibdil fil-klima http://ec.europa.eu/environment/climat/home_en.htm

Anness

Emissjonijiet ta’ gassijiet serra f’ekwivalenti tas-CO2 (għajr il-ħażniet tal-karbonju) imqabbla mal-miri tal-Protokoll ta’ Kjoto għall-2008-12

Sors: il-Kummissjoni Ewropea, abbażi ta’ informazzjoni mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent

STAT MEMBRU
1990
Il-Protokoll ta’ Kjoto
sena baż
2006
Bidla 2005-2006
Bidla 2005-2006
Bidla 1990-2006
Bidla sena bażi-2006
Miri 2008-12 skond il-Protokoll ta’ Kjoto u “l-qsim tal-piż fl-UE”
(miljun tunnellata)
(miljun tunnellata)
(miljun tunnellata)
(miljun tunnellata)
(%)
(%)
(%)
(%)
L-Awstrija
79.2
79.0
91.1
-2.2
-2.3%
15.1%
15.2%
-13.0%
Il-Belġju
144.5
145.7
137.0
-5.4
-3.8%
-5.2%
-6.0%
-7.5%
Il-Bulgarija
116.7
132.6
71.3
0.8
1.2%
-38.9%
-46.2%
-8.0%
Ċipru
6.0
6.0
10.0
0.2
1.6%
66.0%
Mhux applikabbli
Mhux applikabbli
Ir-Repubblika Ċeka
194.2
194.2
148.2
2.5
1.7%
-23.7%
-23.7%
-8.0%
Id-Danimarka
69.0
69.3
70.5
6.9
10.9%
2.1%
1.7%
-21.0%
L-Estonja
41.6
42.6
18.9
-0.4
-2.3%
-54.6%
-55.7%
-8.0%
L-UE-15
4243.8
4265.5
4151.1
-34.9
-0.8%
-2.2%
-2.7%
-8.0%
Il-Finlandja
70.9
71.0
80.3
11.3
16.3%
13.2%
13.1%
0.0%
Franza
563.3
563.9
541.3
-13.8
-2.5%
-3.9%
-4.0%
0.0%
Il-Ġermanja
1227.7
1232.4
1004.8
-0.2
0.0%
-18.2%
-18.5%
-21.0%
Il-Greċja
104.6
107.0
133.1
-0.7
-0.5%
27.3%
24.4%
25.0%
L-Ungerija
98.2
115.4
78.6
-1.6
-2.0%
-20.0%
-31.9%
-6.0%
L-Irlanda
55.5
55.6
69.8
-0.6
-0.8%
25.6%
25.5%
13.0%
L-Italja
516.9
516.9
567.9
-10.0
-1.7%
9.9%
9.9%
-6.5%
Il-Latvja
26.5
25.9
11.6
0.5
4.4%
-56.1%
-55.1%
-8.0%
Il-Litwanja
49.4
49.4
23.2
0.5
2.4%
-53.0%
-53.0%
-8.0%
Il-Lussemburgu
13.2
13.2
13.3
0.03
0.2%
1.0%
1.2%
-28.0%
Malta
2.2
2.2
3.2
-0.01
-0.3%
45.0%
Mhux applikabbli
Mhux applikabbli
L-Olanda
211.7
213.0
207.5
-4.3
-2.0%
-2.0%
-2.6%
-6.0%
Il-Polonja
453.6
563.4
400.5
14.1
3.7%
-11.7%
-28.9%
-6.0%
Il-Portugall
59.1
60.1
83.2
-4.2
-4.8%
40.7%
38.3%
27.0%
Ir-Rumanija
247.7
278.2
156.7
4.7
3.1%
-36.7%
-43.7%
-8.0%
Is-Slovakkja
73.7
72.1
48.9
-0.4
-0.9%
-33.6%
-32.1%
-8.0%
Is-Slovenja
18.6
20.4
20.6
0.1
0.6%
10.8%
1.2%
-8.0%
Spanja
287.7
289.8
433.3
-7.5
-1.7%
50.6%
49.5%
15.0%
L-Iżvezja
72.0
72.2
65.7
-1.2
-1.7%
-8.7%
-8.9%
4.0%
Ir-Renju Unit
768.5
776.3
652.3
-3.0
-0.5%
-15.1%
-16.0%
-12.5%
L-UE-27
5572.2
Mhux applikabbli
5142.8
-14.0
-0.3%
-7.7%
Mhux applikabbli
Mhux applikabbli


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website