Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/08/836

Brussell, it-3 ta' Ġunju 2008

L-UE ttejjeb il-viżibbiltà tan-numru Ewropew ta' l-emerġenza 112 qabel il-vaganzi tas-sajf

Il-Kummissjoni Ewropea llum żiedet l-isforzi tagħha biex tippromwovi l-użu fl-UE tan-numru ta' l-emerġenza Ewropew bla ħlas, il-112. Mil-lum, il-websajt il-ġdida ec.europa.eu/112 ser turi liċ-ċittadini kif jużaw il-112 u x'għandhom jistennew minnu, speċjalment meta jivjaġġaw fl-UE. Turi wkoll kif il-112 jaħdem f'kull Stat Membru: kemm it-telefonati jiġu indirizzati fil-pront u liema lingwi jintużaw mill-operaturi.

"Il-miljuni ta' ċittadini ta' l-UE li sejrin vaganza dan is-sajf għandhom bżonn jiftakru numru ta' l-emerġenza wieħed biss: 112," qalet il-Kummissarju ta' l-UE tat-Telekomunikazzjoni Viviane Reding. "Waqt li l-112 issa huwa disponibbli fil-UE kollha għajr f'pajjiż wieħed, inħeġġeġ lill-Istati Membri biex jaħdmu ħalli l-112 isir aktar magħruf u jkun iktar effiċjenti. Iċ-ċittadini kollha ta' l-UE għandhom ikunu jafu li jistgħu jċemplu 112 għal servizzi ta' l-emerġenza. Inħeġġeġ l-aktar lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma daħħlux sistema li tindika l-post minn fejn saret it-telefonata, li tgħin lis-servizzi ta' l-emerġenza jsibu lill-vittmi ta' l-inċidenti, biex jagħmlu hekk għat-telefonati 112 kollha mill-iktar fis possibbli. Qiegħda wkoll inserraħ fuq azzjoni rapida mill-awtoritajiet Bulgari biex sa fl-aħħar jibdew iħaddmu l-112 mal-pajjiż kollu."

Fi Frar ta' din is-sena, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet nazzjonali biex iżidu l-għarfien pubbliku dwar il-112, wara li stħarriġ wera li 22% biss taċ-ċittadini ta' l-UE jafu li f'emerġenza jistgħu jċemplu 112 fl-Ewropa kollha.

Il-Kummissjoni llum varat il-websajt 112 sabiex tinforma liċ-ċittadini li l-112 ser ikun qed jaħdem fl-Istati Membri sal-vaganzi tas-sajf. Abbażi ta' l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri, il-websajt tqabbel il-prestazzjoni ta' l-awtoritajiet nazzjonali fl-implimentazzjoni tar-regoli ta' l-UE għall-112 u tenfasizza l-aħjar prassi:

  • Ġestjoni tat-telefonati rapida: L-Istati Membri rrapurtaw dwar il-ħinijiet ta' rispons għat-telefonati 112 ladarba sseħħ il-konnessjoni. Mill-inqas 97% tat-telefonati 112 jitwieġbu f'mhux iktar minn 20 sekonda fir-Repubblika Ċeka, Spanja u r-Renju Unit, u mill-inqas 71% f'mhux iktar minn 10 sekondi fl-Olanda u l-Finlandja.
  • 17-il pajjiż irrapporta dwar il-kapaċità tiegħu li jwieġeb telefonati 112 b'lingwi barranin ta' l-UE: Iċ-ċentri tat-telefonati ta' l-emerġenza 112 normalment jistgħu iwieġbu telefonati bl-Ingliż f'16-il pajjiż (l-Awstrija, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Denimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, l-Ungerija, il-Greċja, il-Litwanja, Malta, l-Olanda, is-Slovenja, Spanja u l-Iżvezja). 7 pajjiżi qalu li ċ-ċentri tagħhom jistgħu jwieġbu bil-lingwa ta' Stat Membru ġar (il-Bulgarija, il-Ġermanja, l-Estonja, Spanja, il-Litwanja, l-Ungerija u s-Slovenja). Ħafna pajjiżi għandhom arranġamenti speċjali li jippermettu liċ-ċentri tat-telefonati li jwieġbu b'lingwi barranin, bħal li jibagħtuhom f'ċentri tat-telefonati oħrajn bi staff kompetenti disponibbli (ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, is-Slovenja u Spanja) jew lil servizzi ta' l-interpretazzjoni (il-Finlandja, Franza, l-Olanda, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja u r-Renju Unit).
  • It-tkattir ta’ l-għarfien: 4 pajjiżi xandru programmi televiżivi li jippromwovu l-112 (Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, il-Latvja u l-Iżvezja). Il-Finlandja u r-Rumanija qed jiċċelebraw il-jum ta' l-112 fil-11 ta' Frar ta' kull sena (IP/08/198). Għodod utli oħrajn jinkludu s-sinjali fit-toroq (l-Awstrija u l-Ungerija), fuljetti fil-punti ta' ħlas għall-użu tat-toroq (Spanja) u roaming bl-SMS għal dawk li jużaw il-mowbajl (l-Ungerija).

Il-websajt 112 tindika wkoll xi difetti:

  • L-112 għadu mhux imħaddem fil-Bulgarija kollha, u proċedura ta’ ksur għadha pendenti. Waqt li huwa rrappurtat li l-112 jaħdem fir-reġjun ta' Sofija, għadu ma jistax jintuża mal-pajjiż kollu.
  • In-nuqqas ta' sistema li tindika l-post minn saru t-telefonati 112 bil-mowbajl: 6 pajjiżi (l-Italja, il-Litwanja, l-Olanda, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja) bħal issa huma soġġetti għal proċeduri ta’ l-UE dwar ksur.
  • 9 pajjiżi ma pprovdewx informazzjoni dwar il-ħinijiet li jdumu biex jirrispondu t-telefonati 112 wara li sseħħ il-konnessjoni: Il-Belġju, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja.
  • 10 pajjiżi ma pprovdewx informazzjoni dwar il-kapaċità taċ-ċentri nazzjonali 112 ta' l-emerġenza li jwieġbu telefonati b'ta' l-anqas lingwa waħda ta' l-UE li mhix il-lingwa nazzjonali jew uffiċjali tagħhom: Il-Belgju, l-Irlanda, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Lussemburgu, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija u s-Slovakkja.

L-isfond

In-numru Ewropew ta' l-emerġenza 112 ġie introdott fl-1991 biex jipprovdi, flimkien man-numri nazzjonali ta' l-emerġenza, numru wieħed għat-telefonati ta' l-emerġenza fl-Istati Membri kollha ħalli s-servizzi ta' l-emerġenza jsiru aktar aċċessibbli, l-aktar għall-vjaġġaturi. Mill-1998, ir-regoli ta' l-UE jeżiġu li l-Istati Membri jiżguraw li l-utenti tat-telefonijiet fissi u tal-mowbajls jistgħu jċemplu 112 bla ħlas. Mill-2003, l-operaturi tat-telekomunikazzjonijiet għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar il-post minn fejn saret it-telefonata lis-servizzi ta' l-emerġenza biex ikunu jistgħu jsibu lill-vittmi ta' l-inċidenti bla dewmien. L-Istati Membri ta' l-UE għandhom ukoll iżidu l-għarfien taċ-ċittadini tagħhom dwar l-112.

Biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-112, il-Kummissjoni sa issa fetħet 16-il proċedura ta’ ksur kontra 15-il pajjiż minħabba nuqqas ta' tħaddim tal-112 jew ta’ sistema li tindika l-post minn fejn saret it-telefonata. 9 minn dawn ingħalqu wara li ttieħdu miżuri korrettivi.

Il-kummissarju Reding u Diana Wallis, Viċi president tal-Parlament Ewropew, illum fis-14.00 ser jiftħu Esibizzjoni dwar il-112 fil-bini Berlaymont tal-Kummissjoni.

Għal aktar tagħrif:

ec.europa.eu/112

MEMO/08/358

http://ec.europa.eu/information_society/newsroom/cf/itemlongdetail.cfm?item_id=4150

L-inizjattivi tal-Parlament Ewropew dwar il-112:

http://www.europarl.europa.eu/news/expert/infopress_page/065-10135-246-09-36-911-20070906IPR10134-03-09-2007-2007-true/default_en.htm

Annex:

112 in the Member States


Fixed and mobile 112 calls possible
Response time of emergency call handler to answer 112 call once connected
Mobile 112 calls possible if no home network available
Foreign EU languages available for 112 calls
Caller location provided
(Push = automatically with every call, Pull = on request) & time needed for pull request
Fixed
Mobile
AT
+
Few seconds
+
English
Pull – a few minutes
Pull – a few minutes
BE
+
No information
-
No information
Pull – no information on time
Pull – no information on time
BG
- (112 not yet available nationwide);
infringement procedure pending
1-5 seconds
+
English, French, German, Romanian
Push (Sofia region only)
Push (Sofia region only)
CY
+
No information
-
No information
Pull – 45-75 seconds
Push
CZ
+
All calls answered within 20 seconds
+
English, German; calls in other languages can be transferred to other call handlers who speak the language concerned
Pull – average time 3 seconds / max. 7 seconds
Push
DK
+
20-25 seconds
+
English
Push
Push
DE
+
5 seconds to 1 minute
+
English, languages of neighbouring countries in border areas
Pull – 30-60 seconds
Pull – up to 60 minutes
EE
+
10 seconds
+
Finnish, English
Push/ Pull – 23 seconds
Push/ Pull – 23 seconds
IE
+
1 second
+
No information
Push
Pull – no information on time
EL
+
9 seconds
+
English, French; calls in other languages can be transferred to other call handlers who speak the language concerned
Pull – up to 1 minute
Pull – 10-36 minutes
ES
+
97% of calls answered within 20 seconds
+
English, French, German, Portuguese, Italian in some areas; interpretation services and transfers to other call handlers who speak the language concerned available
Push / Pull – 30 seconds
Push / Pull - no information on time
FI
+
71% of calls answered within 10 seconds
+
English, interpretation service available for some other languages (e.g. German and French)
Pull – 3-30 seconds
Pull – 3-30 seconds
FR
+
No information
+
English; interpretation service available for other foreign languages
Pull – few seconds
Pull – up to 30 minutes
IT
+
No information
Subject to commercial agreement between operators
No information
Pull
Not yet implemented; infringement procedure pending
LV
+
4-5 seconds
No information
No information
Pull – immediate
Pull – 5-10 seconds
LT
+
4-20 seconds
+
Polish, English, German
Pull – up to 1 minute
Not yet implemented; infringement procedure pending
LU
+
No information
+
No information
Pull – 1-4 seconds
Push
HU
+
5-10 seconds
+
English, German, languages of neighbouring countries in border areas
Pull – from 30-40 seconds to 3-4 hours
Pull – from 30-40 seconds to 3-4 hours
MT
+
No information
+
English
Pull – no information on time
Pull – no information on time
NL
+
90% of calls answered within 10 seconds
+
English, German, interpretation service available for other languages
Push
Not yet implemented; infringement procedure pending
PL
+
No information
+
No information
Pull – several minutes
Pull – several minutes;
Infringement procedure currently suspended in view of verification
PT
+
6-20 seconds
+
No information
Push
Push
RO
+
No information
-
No information
Push
Not yet implemented; infringement procedure pending
SI
+
3-5 seconds
+
English, German, Hungarian, Italian, calls in other languages can be transferred to other call handlers who speak the language concerned
Push / Pull – 15 minutes
Push / Pull – 15 minutes
SK
+
No information
+
No information
Pull – 2-3 seconds
Pull – 2-3 seconds;
Infringement procedure pending
SE
+
9 seconds
+
English; a new interpretation service launched in 2008 covers 10-15 languages
Push
Pull – up to 12 seconds
UK
+
98% of calls answered within 20 seconds
-
Some emergency call centres can make use of interpretation service to deal with calls in foreign languages
Pull – average less than 0.1 seconds in case of electronic transmission
Pull – average less than 0.1 seconds in case of electronic transmission


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website