Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/08/763

Brussell, l-20 ta' Mejju 2008

Il-Kummissjoni tiddeskrivi fil-qosor x'inhi r-risposta ta’ l-Ewropa biex jittaffew l-effetti taż-żieda fil-prezzijiet globali tal-prodotti ta'l-ikel.

Illum il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni li tistipula rispons politiku li għandhom il-potenzjal li jtaffu l-effetti taż-żieda fil-prezzijiet globali tal-prodotti ta' l-ikel. Id-dokument għandu jiġi diskuss fil-Kunsill Ewropew fit-19 u l-20 ta' Ġunju. Il-Komunikazzjoni se tanalizza fatturi strutturali u ċikliċi u tipproponi rispons politiku fuq tliet saffi, li tinkludi miżuri għal żmien qasir fil-kunstest tal-Kontroll tas-Saħħa tal-Politika Agrikola Komuni (ara IP/08/762) u fis-sorveljar tas-settur tal-bejgħ bl-imnut; L-inizjattivi biex iżidu l-provvista agrikola u jiżguraw is-sigurtà tal-provvista ta' l-ikel li tinkludi l-promozzjoni ta' ġenerazzjonijiet ta' bijofjuwil sostenibbli tal-futur; u l-inizjattivi li jikkontribwixxu għall-isforz globali fil-ġlieda kontra l-effetti taż-żieda fil-prezzijiet ta' l-ikel fuq popolazzjonijiet foqra.

Il-President tal-Kummissjoni, José Manuel Barroso, qal: "L-Unjoni Ewropea rreaġixxiet b'ħeffa kbira għaż-żieda mhux mistennija fil-prezzijiet ta' l-ikel." Qegħdin inħabbtu wiċċna ma' problema li għandha bosta kawżi ewlenin u diversi konsegwenzi. Għalhekk jinħtieġ li naġixxu b’diversi modi fl-istess waqt sabiex nindirrizzawhom; Ir-rispons politiku possibbli li pproponejna llum jikkumplimenta l-miżuri li diġà ħadna. Il-Kummissjoni ssejjaħ lill-Istati Membri biex jagħtu rispons uniku Ewropea għal din l-isfida globali. "Għandna nikkoordinaw ir-rispons tagħna ma’ l-imsieħba internazzjonali tagħna fi ħdan il-Ġnus Maqgħuda u l-G8".

Għalfejn għolew il-prezzijiet ta' l-ikel?

Il-Komunikazzjoni teżamina r-raġunijiet li wasslu għaż-żieda fil-prezzijiet ta' l-ikel, kemm fl-UE kif ukoll fix-xena internazzjonali. Iż-żieda ġiet wara tendenza li damet tletin sena fejn il-prezzijiet agrikoli baqgħu neżlin Dan l-aħħar l-indikazzjonijiet juru tnaqqis fil-livelli li jirrapreżentaw il-limitu tal-prezzijiet għall-bidu tas-sena 2008 tal-biċċa l-kbira tal-prodotti għall-konsum. Fost l-ixprunaturi strutturali tal-prezzijiet l-iżjed għoljin insibu ż-żieda stabbli fid-domanda għall-prodotti ta' l-ikel, kemm dawk essenzjali kif ukoll dawk li għandhom valur miżjud, b'mod partikolari f'ekonomiji kbar li għadhom kif jibdew kif ukoll it-tkabbir ġenerali fil-popolazzjoni dinjija. Iż-żieda fil-prezzijiet ta' l-enerġija qed ikollha effett notevoli fuq il-prezzijiet ta' l-ikel, b'mod partikolari meta jiżdiedu l-prezzijiet ta' fertilizzanti bħal dak tan-nitroġenu, li l-prezz tiegħu żdied bit-350 fil-mija mill-1999, u meta jiżdiedu l-prezzijiet tat-trasport. Iż-żieda fit-tkabbir ta' l-uċuh tar-raba’ saret naqset u gew introdotti ħwienet ġodda tal-prodotti agrikoli. Fatturi temporanji li jikkontribwixxu għal problema jinkludu ħsad batut f'numru ta' reġjuni madwar id-dinja, li storikament għandu livell baxx ta' stokkijiet, it-tnaqqis fil-valur tad-dollaru Amerikan, u restrizzjonijiet ta' esportazzjoni marbutin ma' diversi fornituri tradizzjonali tas-suq dinji. L-ispekulazzjoni aggravat il-volatilità tal-prezzijiet ikkonċernati.

L-effetti li jinħassu fl-EU

Iż-żieda fil-prezzijiet tal-prodotti essenzjali tkkontribwixxi għall-indiċi ordinarju ta’ inflazzjoni u ta’ l-ikel fl-UE minħabba li it-trażmissjoni tal-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut kien limitat miż-żieda fil-valur ta' l-ewro, mit-tnaqqis fil-valur ta' l-ishma tal-materja prima tal-prezzijiet għall-produzzjoni ta' l-ikel meta mqabbel ma l-enerġija u x-xogħol u s-sehem żgħir li għandu l-infiq ta’ l-ikel fin-nefqa medja tal-familja. Iżda l-impatt inħass ferm aktar f'uħud mill-Istati Membri aktar milli f'oħrjan u kellu effet iżjed serju fuq familji bi dħul baxx. Filwaqt li l-bdiewa bbenefikaw, il-produtturi ta' annimali ħajjin intlaqtu agħar minħabba ż-żieda fil-prezzijiet ta' l-għalf.

Effetti fuq livell globali

Il-pajjiżi li għadhom qegħdin jiżviluppaw li m'humiex importaturi ta' l-ikel intlaqtu l-agħar, filwaqt li b’mod ġenerali l-esportaturi netti ggwadanjaw . Jekk prezzijiet ogħla għadhom ma wasslux għan-nuqqas fil-provvista ta' l-ikel, dawn fissru aktar faqar, malnutrizzjoni u aktar vulnerabbiltà għal skossi minn barra għal dawk l-aktar foqra fid-dinja. Iżda, fiż-żmien medju u fit-tul, iż-żieda fil-prezzijiet potenzjalment toħloq opportunatajiet ġodda biex jitkattar id-dħul tal-bdiewa fil-pajjiżi tat-tielet dinja u tista’ iżżid il-kontribut tal-bdiewa għat-tkabbir ekonomiku.

Xejriet tal-futur

Il-prezzijiet bdew neżlin minn ċċlivelli għolja ċriċenti u il-Kummissjoni tistenna li dan se jibqa’ jseħħ u li s-swieq għandhom jsiru stabbli. Iżda, il-Kummissjoni ma tistennix li se nerġgħu mmorru lura għall-prezzijiet irħas kif kienu fil-passat.

Ir-rispons politiku

Ir-rispons politiku fuq tliet saffi pproponuta mill-Kummissjoni llum tikkonsisti fil-miżuri li ġejjin:

  • 1) fuq perjodu taż-żmien qasir: Il-Kontroll tas-Saħħa tal-Politika Agrikola Komuni (ara IP/08/762) u s-sorveljar tas-sttur tal-bejgħ taħt Ir-Reviżjoni tas-Suq Uniku li jsegwi l-prinċipji tal-kompetizzjoni u s-suq intern.
  • 2) fuq perjodu taż-żmien fit-tul: L-inizjattivi biex iqawwu il-provvista agrikola u tkun żgurata s-sigurtà fil-provvista ta' l-ikel li jinkludu l-promozzjoni ta' kriterji sostenibbli għall-bijofjuwil u żvilupp ta' ġenerazzjonijiet ta' bijofjuwils futuri fl-Ewropa u madwar id-dinja, u t-tisħiħ fir-riċerka agrikola u t-tqassim ta' informazzjoni speċjalment fil-pajjizi li għadhom qegħdin jiżviluppaw
  • 3) l-inizjattivi li jikkontribwixxu għall-isforz ġlobali fil-ġlieda kontra l-effetti tal-prezzijiet ta' l-ikel għoljin fuq popolazzjonijiet foqra. Rispons internazzjonali għall-kriżi ta' l-ikel aktar ikkoordinata, b'mod partikolari fil-kuntest tal-GM u l-G8; Il-kontinwità tal-politika ta' kummerċ miftugħ li toffri ċċaċċess preferenzjali ghas-suq ta' l-EU lill-pajjizi l-aktar foqra fid-dinja; Risposta bil-ħeffa għall bżonnijiet umanitaji immdejati ta' perjodu ta' żmien qasir; Li tiġi mmirata l-iżvilupp marbut ma' għajnuna fil-proġetti għat-tul biex jagħti nifs ġdid lill-agrikoltura ta' pajjizi li għadhom qegħdin jiżviluppaw.

B'mod ġenerali, il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja b'mod attiv is-sitwazzjoni u se taddotta politiki biex jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi ġodda.

L-UE għandha tieqaf mill tipprova tilħaq il-mira tagħha fil- bijofjuwil s minħabba ż-żieda fil-prezzijiet ta' l-ikel?

Fl-2007, Il-Kunsill Ewropew fassal mira marbuta mal-produzzjoni tal-bijofjuwil għat trasport, u f'Jannar 2008 il-Kummissjoni ressqet il-proposti tagħha sabiex timplementaha. Il-mira qatt ma kienet li tintlaħaq 10% tal-bijofjuwil bi kwalunkwe prezz. Il-mira hi ta’ 10% bijofjuwil s taħt kundizzjonijiet stretti. Dawn il-kundizzjonijiet jinkludu skema funzjonali u b'saħħitha, u vijabbiltà kummerċjali għall-bijofjuwil s tat-tieni ġenerazzjoni. Is-sostenibbilità ta' l-iskema ta l-UE hija preżentement taħt diskussjoni fil-Kunsill u l-Parlament Ewropew. Din għandha tkun l-ewwel skema ta din it-tip fid-dinja. Għandha tizgura li l-produzzjoni m’għandiex ikollha konsegwenzi negattivi u trid tkun b'saħħitha u li tista’ tiġi infurzata. Bil-mira ta' l-UE ta' 10% jew mingħajrha, għandu jkun hemm żieda għal darba oħra fil-produzzjoni dinjija tal-bijofjuwil. L-aħjar mod kif l-Ewropa tista' tagħti kontribut hija billi tagħmel dak kollllu li hu possibbli biex turi li l-iskema ta' sostenibbilità tista' taħdem u tiżgura tranżizzjoni mgħaġġla għal-ġenerazzjoni ġdida tal-bijofjuwil s. Illum, fis-settur tat-trasport, l-unika alternattiva għall-idrokarbonju mhux sostenibbli huwa l-bijofjuwil . L-għan ta' l-UE ghas-sostenibbilità ta' bijofjuwils għandu rwol deċiżiv biex jgħin l-UE tnaqqas l-emissjonijiet CO2 b'20% sas-sena 2020.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website