Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/08/722

Brussell, 8 ta' Mejju 2008

Konsumaturi: ikkoreġuti 50 % ta' websajts li jiżgwidaw ta' kumpaniji ta’ l-ajru

Il-Kummissarju ta’ l-UE għall-Konsumaturi, Meglena Kuneva, illum ippubblikat ir-rapport ta' nofs il-perjodu dwar investigazzjoni fuq l-infurzar madwar l-UE kollha – bis-sehem ta’ 15-il awtorità nazzjonali ta’ l-UE kif ukoll in-Norveġja – kontra reklami li jiżgwidaw u prassi inġusti f'websajts li jbiegħu l-biljetti ta' l-ajru. Ir-rapport juri li hemm “problemi serji u persistenti tal-konsumaturi” madwar l-industrija tal-linji ta’ l-ajru kollha kemm hi. Waħda minn kull tliet websajts (137 minn 386 li oriġinarjament kienu ċċekkjati mit-13-il Stat Membru li kellhom jirrappurtaw) kellhom ikunu segwiti b’azzjoni ta’ infurzar matul dawn l-aħħar seba’ xhur minħabba ksur fil-liġi ta’ l-UE dwar il-konsumatur. Aktar minn 50 % ta’ dawn il-websajts kienu kkoreġuti matul dan iż-żmien.

“Huwa inaċċettabbli li wieħed minn kull tliet konsumaturi li jibbukkjaw biljett ta’ l-ajru onlajn qed jispiċċa jinsteraq jew u konfuż," qalet il-Kummissarju ta' l-UE dwar il-konsumaturi, Meglena Kuneva. Dan ir-rapport juri li hemm problemi serji u persistenti b’bejgħ ta’ biljetti madwar l-industrija tal-linji ta’ l-ajru kollha kemm hi. Beħsiebni naħdem ma' l-Istati Membri biex nagħmel dak kollu li hu possibbli biex nagħlaq din l-investigazzjoni sa l-1 ta' Mejju tas-sena ddieħla. Imma dawn ir-riżultati jibagħtu sinjal politiku li ma nistgħux ninjoraw. Nittama li l-operaturi issa fehmu d-determinazzjoni tal-Kummissjoni li taġixxi f'isem il-konsumaturi fejn ikun meħtieġ. Il-messaġġ tiegħi lill-industrija huwa ċar, aġixxu issa jew naġixxu aħna. Se nkunu neħtieġu naraw evidenza kredibbli ta' titjib biex jitnaddaf dan il-bejgħ u dawn il-prattiċi ta' bejgħ fi ħdan is-settur tal-linji ta' l-ajru sa l-1 ta' Mejju tas-sena ddieħla jew ma tibqagħlna ebda għażla ħlief li nintervjenu."
Ir-Riżultati Prinċipali

Ir-rapport ta' nofs il-perjodu tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-investigazzjoni tal-biljetti ta' l-ajru jipprovdi "ritratt" ta' fhiex jinsabu l-affarijiet fil-ħidma ta' l-infurzar, ibbażat fuq data disponibbli għat-13-il pajjiż, fit-22 ta' Frar 2008. L-investigazzjoni ffukat fuq prezzijiet li jiżgwidaw, disponibbiltà ta' offerti u kunduzzjonijiet inġusti fil-kuntratt (fosthom kaxxi diġà mimlija, kundizzjonijiet fil-kuntratt disponibbli fil-lingwa tal-konsumatur). Ir-riżultati ewlenin huma li ġejjin:

  • Waħda minn kull tliet websajts kienu jeħtieġu segwitu b'azzjoni ta' infurzar minħabba ksur tal-liġi tal-konsumatur.
  • Bosta siti kellhom ħafna problemi f'daqqa. Ix-xejriet globali tal-problemi fi ħdan is-settur huma li ġejjin: prezzijiet li jiżgwidaw kienu l-akbar problema li nstabet fi 58 % mis-siti li kienu investigati; irregolaritajiet marbuta ma’ kundizzjonijiet tal-kuntratt instabu f’49 % ta' dawk is-siti (b’verżjoni nieqsa jew b’lingwaġġ ħażin, u kaxxi mimlija minn qabel għal servizzi ta’ l-għażla). Problemi b’nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ offerti reklamati dehru fi 15 % tas-siti.
  • Il-problemi jeżistu ma' l-industrija tal-linji ta' l-ajru kollha kemm hi – linji ta' l-ajru u operaturi ta' l-ivvjaġġar (id-distinzjoni bejn dawk imsejħa linji ta' l-ajru b'nol baxx u linji ta' l-ajru tradizzjoni qiegħda kull ma tmur tiċċajpar fil-prattika). Mid-79 sit li qed ikunu investigati minħabba problemi ta' prezzijiet li jiżgwidaw, 44 sit (56 %) kienu ta' linji ta' l-ajru, 27 sit (34 %) kienu ta' aġenziji/operaturi ta' l-ivvjaġġar, u 8 siti (10 %) kienu ta' forom oħra bħal siti li jqabblu l-prezzijiet. Mill-21 websajt bi problemi li għandhom x'jaqsmu mad-disponibbiltà ta' offerti, 12-il sit (57 %) kienu ta' linji ta' l-ajru, 6 siti (28 %) kienu ta' aġenziji ta' l-ivvjaġġar u 3 kienu ta' "oħrajn". Mis-67 sit li qed ikunu investigati għal kundizzjonijiet inġusti fil-kuntratt, 26 sit (39 %) kienu ta' linji ta' l-ajru, 34 sit (51 %) kienu ta' aġenziji ta' l-ivvjaġġar u 7 siti (10 %) kienu ta' "oħrajn". (Bosta siti kellhom problemi f'daqqa u allura l-istatistiċi għall-problemi huma akbar mill-għadd ta' siti).
  • Il-problemi jippersistu fost firxa wiesgħa ta' kumpaniji. Il-137 websajt investigati jirrappreżentaw madwar 80 kumpanija fosthom ismijiet kbar u kumpaniji inqas magħrufa.
  • L-infurzar issa qabeż il-50 %. It-tabelli tar-rapport ta' nofs il-perjodu (ara t-tabella fil-qosor fil-memo mehmuża) jippreżentaw id-data ta' infurzar kif kienet nhar it-22 ta' Frar 2008. Minn dakinhar, l-infurzar kompla u saru aktar korrezzjonijiet. Il-Litwanja rrappurtat li s-siti kollha tagħha li mmarkat b'irregolaritajiet konfermati issa ġew ikkoreġuti, żieda ta' 13-il sit. Din id-data tqiegħed il-livell ta' korrezzjonijiet fl-aħħar ta' April f'aktar minn 50 %.
  • Il-livelli ta' infurzar għal infurzar nazzjonali u transkonfinali huma sostanzjalment differenti . Ir-rapport juri rata ta' 55 % infurzar/korrezzjoni (50 minn 90), għal siti nazzjonali, fejn l-awtoritajiet qed jitrattaw kumpaniji bbażati fil-pajjiż tagħhom stess. Dan jitqabbel ma' rata ta' 12 % ta' infurzar (5 minn 42) għal każijiet transkonfinali, fejn l-awtoritajiet nazzjonali qed jitolbu għajnuna minn awtorità f'pajjiż ieħor biex tkun infurzata l-liġi ma' kumpanija bbażata f'dak l-istat membru.
  • Trasparenza Restrizzjonijiet legali żammew lill-maġġoranza ta’ l-Istati Membri milli jippubblikaw f’dan l-istadju l-ismijiet ta' kumpaniji, filwaqt li proċeduri amministrattivi jew legali għadhom għaddejjin. Din hija kwistjoni ewlenija għat-tħaddim tan-netwerk fil-ġejjieni. In-Norveġja u l-Iżvezja ppubblikaw listi ta’ websajts ta’ kumpaniji li kienu qed jiġu investigati (ara l-ħolqa hawn taħt).

X’se jiġri issa?

Ix-xogħol fl-infurzar fi ħdan in-netwerk se jkun intensifikat, bil-ħsieb li jsir rapport ieħor wara l-1 ta' Mejju 2009. Il-Kummissjoni se tissorvelja żviluppi fis-settur tal-linji ta' l-ajru matul is-sena li ġejja u tevalwa l-ħtieġa għal aktar azzjoni dakinhar. Matul l-2008, se jiddaħħlu aġġornamenti dwar l-infurzar fuq il-websajts nazzjonali li l-aċċess għalihom ikun jista' jsir mill-websajt tal-Kummissjoni dwar l-affarijiet tal-konsumatur.

Paġna ta' estensjoni:

http://ec.europa.eu/consumers/enforcement/sweep/index_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website