Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-logħob tal-kompjuter: Il-Kummissjoni tilqa’ bi pjaċir il-progress fuq il-ħarsien tal-minuri fi 23 Stat Membru, imma titlob għal titjib tal-kodiċijiet ta’ l-imġiba ta' l-industrija

European Commission - IP/08/618   22/04/2008

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/08/618

Brussell, it-22 ta' April 2008

Il-logħob tal-kompjuter: Il-Kummissjoni tilqa’ bi pjaċir il-progress fuq il-ħarsien tal-minuri fi 23 Stat Membru, imma titlob għal titjib tal-kodiċijiet ta’ l-imġiba ta' l-industrija

Is-settur Ewropew tal-logħob tal-kompjuter huwa wieħed dinamiku, bi dħul mistenni ta’ € 7.3 biljun sa l-aħħar ta’ l-2008. Madankollu, it-tħassib pubbliku dwar il-fatt li l-logħob tal-kompjuter jista’ jwassal għall-imġiba aggressiva, liema tħassib kiber wara sparaturi fl-iskejjel bħal ma ġara f'Ħelsiniki (il-Finlandja, Novembru 2007), wassal biex bosta awtoritajiet nazzjonali jipprojbixxu jew iwaqqfu logħob tal-kompjuter bħal “Manhunt 2”. Bħala tweġiba għal dan, il-Kummissjoni stħarrġet il-miżuri eżistenti li hemm fis-27 Stat Membru ta’ l-UE għall-ħarsien tal-minuri minn logħob tal-kompjuter ta’ ħsara. 20 Stat Membru ta' l-UE issa japplikaw il-PEGI (Pan European Games Information), sistema żviluppata mill-industrija li tikklassifika l-logħob skond l-età, u dan ilu jsir mill-2003 bl-appoġġ ta’ l-UE. Fil-fehma tal-Kummissjoni, l-industrija trid tinvesti aktar fit-tisħiħ tas-sistema PEGI u l-aktar fl-aġġornament regolari tagħha sabiex issir tassew għodda pan-Ewropea effettiva. L-industrija u l-awtoritajiet pubbliċi jridu wkoll iżidu l-kooperazzjoni sabiex il-klassifikazzjoni, inkluża dik skond l-età, issir aktar magħrufa u sabiex ma tinqalax il-konfużjoni li tiirriżulta minħabba sistemi paralleli. Fi żmien sentejn, għandu jitfassal Kodiċi ta’ Mġiba għall-bejjiegħa bl-imnut dwar il-bejgħ tal-logħob tal-kompjuter lill-minuri.

“Il-logħob tal-kompjuter sar pilastru qawwi ta’ l-industrija Ewropea tal-kontenut u qed jara bejgħ enormi madwar l-Ewropa. Dan huwa tajjeb, imma jimplika repsonsabbiltà akbar għall-industrija sabiex jiġi żgurat li l-ġenituri jkunu jafu x’tip ta’ logħob qed jilagħbu wliedhom”, qalet Viviane Reding, Kummissarju ta’ l-UE għas-Soċjetà Informatika u l-Midja. “Il-PEGI, bħala ezempju ta’ awtoregolazzjoni responsabbli min-naħa ta’ l-industrija u l-unika sistema tat-tip tagħha li tkopri kważi l-Ewropa kollha, żgur li hija pass tajjeb 'il quddiem. Nemmen madankollu li tista’ titjieb aktar, sew fl-Ewropa sew lil hinn minnha, billi l-pubbliku jsir aktar konxju ta’ l-eżistenza tagħha u permezz ta’ l-implimentazzjoni sħiħa tal-PEGI Online. Insejjaħ ukoll lill-Istati Membri u lill-industrija biex imexxu l-bejgħ tal-logħob tal-kompjuter fil-ħwienet skond il-ħtiega fundamentali tal-ħarsien tal-minuri.

“Il-konsumaturi kollha għandhom bżonn tagħrif ċar u preċiż sabiex ikunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati. Iżda dan jikkonċerna l-aktar lit-tfal – li huma wħud mill-aktar konsumaturi vulnerabbli fis-soċjetà. U l-messaġġ ċar tagħna llum huwa li l-industrija u l-awtoritajiet nazzjonali jridu jagħmlu aktar biex jiżguraw li l-ġenituri kollha jkollhom is-setgħa jieħdu d-deċiżjonijiet it-tajbin għalihom u għal uliedhom" żiedet Meglena Kuneva, il-Kummissarju UE għall-Konsumaturi.

Skond l-istħarriġ tal-Kummissjoni, is-sistema PEGI bħalissa qed tiġi applikata f’20 Stat Membru. 2 pajjiżi (il-Ġermanja u l-Litwanja) għandhom leġiżlazzjoni vinkolanti speċifika filwaqt li Malta timxi fuq leġiżlazzjoni ġenerali. Madankollu, 4 Stati Membri (Ċipru, il-Lussemburgu, ir-Rumanija u s-Slovenja) m’għandhom l-ebda sistema stabbilita. 15-il Stat Membru għandu leġiżlazzjoni dwar il-bejgħ tal-logħob fil-ħwienet li jista' jkollu kontenut ta' ħsara għall-minuri, minkejja li l-ambitu ta' dawn il-liġijiet ivarja bejn Stat Membru u ieħor. Sa issa, 4 pajjiżi (il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja u r-Renju Unit) ipprojbixxew ċertu logħob tal-kompjuter b’kontenut vjolenti.

It-tikketti PEGI, adottati fl-2003, jagħtu klassifikazzjoni skond l-età u twissijiet dwar il-vjolenza u l-kliem ħażin, u b'hekk jagħtu s-setgħa lill-ġenituri jiddeċiedu liema logħba hija l-aktar xierqa għal uliedhom, kif ukoll biex l-adulti li jħobbu jilagħbu jagħżlu aħjar il-logħob tagħhom. Il-PEGI hija appoġġjata mill-manifatturi ewlenin tal-consoles fl-Ewropa. Il-PEGI Online tnidet fl-2007, kofinanzjata mill-Programm ta’ l-UE għall-Internet Aktar Sikur (IP/08/310), bħala tweġiba għaż-żieda kbira fil-logħob online.

Il-Kummissjoni sejħet għal bosta miżuri biex jitqarrbu l-approċċi fis-Suq Uniku:

  • Titjib regolari u reklamar aħjar tal-PEGI u l-PEGI Online mill-industrija tal-logħob tal-kompjuter.
  • L-Istati Membri għandhom jintegraw il-PEGI fis-sistemi tagħhom ta' klassifikazzjoni u jqajmu kuxjenza dwar il-PEGI, partikolarment fil-ġenituri u t-tfal.
  • Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, il-korpi tal-klasifikazzjoni u partijiet oħra dwar soluzzjonijiet innovattivi għall-ivverifikar ta’ l-età.
  • Kodiċi ta’ Mġiba pan-Ewropew dwar il-bejgħ tal-logħob lill-minuri fi żmien sentejn, maqbul mill-partijiet kollha.

L-isfond:

Il-logħob tal-kompjuter huwa kull ma jmur aktar aċċessibbli permezz ta’ l-internet u l-mowbajls. Dan il-mod ta’ tniżżil ta’ logħob huwa mistenni jammonta għal 33% tad-dħul totali mil-logħob tal-kompjuter sa l-2010. Is-settur Ewropew tal-logħob tal-kompjuter diġà jiswa daqs nofs is-suq tal-mużika Ewropew kollu u jaqbeż lid-dħul mill-biljetti taċ-ċinema.

Il-Kummissjoni diġà tappoġġa l-awtoregolazzjoni fuq livell Ewropew għall-ħarsien tal-minuri li jużaw il-mowbajls (IP/07/139). L-awtoregolazzjoni msaħħa mill-kooperazzjoni transkonfinali tfittxet ukoll għas-servizzi awdjoviżivi taħt id-Direttiva tat-Televixin mingħajr Fruntieri. (IP/07/138).

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Dwar il-ħarsien tal-konsumaturi, partikolarment il-minuri, fir-rigward ta’ l-użu tal-logħob tal-kompjuter”:

http://ec.europa.eu/avpolicy/reg/minors/video/index_en.htm

Il-Programm ta’ l-UE għall-Internet Aktar Sikur

http://ec.europa.eu/saferinternet

PEGI

http://www.pegi.info/

http://www.pegionline.eu

Annex:

Labels of PEGI (Pan European Games Information)

Age Ratings

[ ][Image] [ ][Image] [ ][Image] [ ][Image] [ ][Image] [ ][Image] [ ][Image]

Content descriptors

[ ] [ ]

Results of the Commission survey

Member State
Age Rating System
Civil and criminal laws covering the sale of video games
Austria
PEGI (partly)
Specific Legislation
Belgium
PEGI
Specific Legislation
Bulgaria
PEGI
No
Czech Republic
PEGI
No
Cyprus
No
No
Denmark
PEGI
No
Estonia
PEGI
Specific Legislation
Finland
PEGI
Specific Legislation
France
PEGI
Specific Legislation
Germany
Specific Legislation
Specific Legislation
Greece
PEGI
Specific Legislation
Hungary
PEGI
No
Ireland
PEGI
Information not provided
Italy
PEGI
Specific Legislation
Latvia
PEGI
Specific Legislation
Lithuania
Specific Legislation
Specific Legislation
Luxembourg
No
No
Malta
General Legislation
General Legal Provisions
The Netherlands
PEGI
Specific Legislation
Poland
PEGI
No
Portugal
PEGI
Information not provided
Romania
No
No
Slovakia
PEGI
Specific Legislation
Slovenia
No
Information not provided
Spain
PEGI
Information not provided
Sweden
PEGI
Specific Legislation
United Kingdom
PEGI
Specific Legislation


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website