IP/08/440
Brussell, it-13 ta’ Marzu 2008
Il-pubbliku ta’ l-UE jiffavorixxi ħafna element essenzjali tal-PAK irriformata, li jinvolvi l-mod kif il-bdiewa jirċievu l-għajnuna. Huwa ċar li maġġoranza taħseb li l-għotja ta’ aktar fondi għall-iżvilupp rurali, kif ukoll li l-ħlas dirett lill-bdiewa minflok sussidju tal-prodotti tagħhom huma żviluppi pożittivi (52%). Barra minn hekk, din l-opinjoni hija aktar prevalenti milli kienet is-sena ta’ qabel (bi +3 punti) u hija konsiderevolment akbar mill-opinjoni li din il-bidla hija żvilupp negattiv (12%).
Barra dan, maġġoranza kbira ħafna taċ-ċittadini Ewropej jappoġġaw il-prinċipju tal-'kundizzjonalità’, li jesiġi li l-bdiewa jkollhom tnaqqis fil-ħlasijiet jekk ma jilħqux l-istandards ta' l-ambjent, tal-benesseri ta' l-annimali u tas-sikurezza ta' l-ikel. Bejn 85% u 88% jappoġġaw dawn il-miżuri, skond liema standards speċifiċi jkunu qed jissemmew.
Dan is-servej juri wkoll li l-prezzijiet ta’ l-ikel saru kwistjoni ewlenija matul din l-aħħar sena, bi 43% jsemmu bħala prijorità tal-politika, l-iżgurar ta’ prezzijiet raġonevoli ta’ l-ikel. Dan jirrapreżenta żieda ta’ +8 punti ta’ persentaġġ mis-servej preċedenti u jirrifletti r-realtà ta’ prezzijiet globali dejjem jiżdiedu matul l-intervall.
F’moħħ il-pubbliku, l-agrikoltura u ż-żoni rurali jibqgħu jitqiesu li għandhom rwol vitali fi ħdan l-UE. Kważi 9 minn kull 10 (89%) taċ-ċittadini jgħidu li dawn huma kwistjonijiet essenzjali għall-futur ta’ l-Ewropa.
Din il-fehma hija espressa aktar fl-opinjonijiet dwar il-baġit agrikolu ta' l-UE. Madwar 6 minn 10 (58%) jħossu li dan il-baġit għandu jew jibqa’ l-istess jew jiżdied fis-snin li ġejjin, mqabbla ma’ biss 18% li jaħsbu li għandu jonqos. Barra dan, il-parti ta’ dawk li wieġbu li jaħsbu li l-baġit għandu jiżdied, żdiedet (bi +3 punti).
Is-servej ta’ din is-sena staqsa wkoll serje ġdida ta’ mistoqsijiet dwar in-negozju tal-prodotti agrikoli. Hawn, 50% jaqblu li t-tariffi u l-kwoti agrikoli għandhom jinżammu, u ssir eċċezzjoni għall-importazzjonijiet minn pajjiżi li qed jiżviluppaw. 37% ma jaqblux ma’ din l-idea. Madankollu, dan jiġi bit-twiddiba li l-importazzjonijiet kollha għandhom ikunu konformi ma’ l-istandards tas-saħħa u tal-kwalità (86% jaqblu vs. 5% ma jaqblux).
http://ec.europa.eu/agriculture/survey/index_en.htm
http://ec.europa.eu/public_opinion/archives/eb_special_en.htm
[1] Fid-Danimarka bejn 25/11/07 u 16/01/08