Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Munita kommemorattiva ta’ l-EMU: u r-rebbieħa hija...

European Commission - IP/08/293   25/02/2008

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/08/293

Brussell, il-25 ta' Frar 2008

Il-Munita kommemorattiva ta’ l-EMU: u r-rebbieħa hija...

Iċ-ċittadini u r-residenti ta’ l-UE għażlu disinn, jissimbolizza l-ewro bħala l-aħħar pass fl-istorja twila ta’ l-integrazzjoni ekonomika Ewropea, bħala munita ewro ġdida li se tinħareġ f’Jannar li ġej biex jitfakkru l-10 snin ta’ Unjoni Ekonomika u Monetarja (EMU). Aktar minn 141,000 ruħ ivvutaw f’kompetizzjoni fuq l-internet biex jagħżlu d-disinn rebbieħ minn fost ħames disinni. Il-munita kommemorattiva taż-2 ewro se tinħareġ mill-Istati Membri kollha taż-żona ewro. Huwa stmat li madwar 90 miljun muniti minn dawn se jiddaħħlu fiċ-ċirkolazzjoni.

Id-disinn rebbieħ jissimbolizza li l-ewro hija l-aħħar pass fl-istorja twila tal-kummerċ, mit-tpartit preistoriku – evokat bl-aspett intenzjonalment primittiv tad-disinn - sa l-unjoni ekonomika u monetarja.

[ ]

Il-votazzjoni kienet miftuħa għaċ-ċittadini u r-residenti kollha ta’ l-Unjoni Ewropea u seħħet bejn il-31 ta’ Jannar u t-22 ta’ Frar 2008. Il-votanti setgħu jagħżlu minn fost 5 disinni magħżula minn qabel mid-Diretturi taż-Żekki Ewropej. 141,675 ipparteċipaw fil-vot. Id-disinn rebbieħ kiseb 41.48 % tal-voti.

Id-disinn rebbieħ inħoloq [is-Sur George Stamatopoulos li huwa skultur fil-Bank Ċentrali tal-Greċja. Il-muniti kommemorattivi li juru dan id-disinn se jinħarġu mill-Istati Membri kollha taż-żona ewro, minn Jannar 2009. Huwa stmat li b’kollox se jinħarġu madwar 90 miljun minn dawn il-muniti.

Din hija t-tieni darba li l-pajjiżi kollha taż-żona ewro joħorġu munita ewro kommemorattiva komuni. Il-muniti ewro tas-soltu għandhom naħa komuni għal kulħadd u naħa nazzjonali li turi eroj, simboli jew membri rjali attwali nazzjonali. L-ewwel munita kommemorattiva komuni bħal din kienet inħarġet fl-2007 biex jiġi ċċelebrat il-50 anniversarju tat-Trattat ta’ Ruma fl-2007.

Il-muniti kommemorattivi għandhom valur ta' €2, u huma maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni fiż-żona ta' l-ewro kollha kemm hi, minkejja li spiss jiġbdu interess qawwi min-naħa tal-kollezzjonisti tal-muniti.
Għal aktar tagħrif dwar il-muniti ewro, inkluż muniti kommemorattivi – komuni jew nazzjonali - żur:

http://ec.europa.eu/economy_finance/the_euro/notes_coins8787_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website