Navigation path

Left navigation

Additional tools

Id-drittijiet tal-libertà tal-moviment u tar-residenza taċ-ċittadini tal-UE u l-membri tal-familji tagħhom Il-Kummissjoni tevalwa l-applikazzjoni mill-Istati Membri

European Commission - IP/08/1922   10/12/2008

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK BG RO

IP/08/1922

Brussell, l-10 ta' Diċembru 2008

Id-drittijiet tal-libertà tal-moviment u tar-residenza taċ-ċittadini tal-UE u l-membri tal-familji tagħhom Il-Kummissjoni tevalwa l-applikazzjoni mill-Istati Membri

Illum, il-Kummissjoni adottat rapport dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-UE u l-membri tal-familji tagħhom li jiċċaqalqu u jirrisjedu liberament fit-territorju tal-Istati Membri. Ir-rapport jikkonkludi li t-transpożizzjoni ġenerali tad-Direttiva hija kemmxejn diżappuntanti. Ir-rapport jiddeskrivi fil-qosor l-passi li se jittieħdu mill-Kummissjoni biex tiżgura li l-Istati Membri jtejbu l-liġijiet u l-prattiki amministrattivi tagħhom b'tali mod li ma jkunux ta' dannu għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE.

Il-Viċi-president Jacques Barrot, Kummissarju inkarigat bil-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà, stqarr li "Il-moviment ħieles tal-persuni jikkonstitwixxi wieħed mid-drittijiet fundamentali tas-suq intern, għal ġid taċ-ċittadini tal-UE, tal-Istati Membri u tal-kompetittività tal-ekonomija Ewropea. Nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE f'dan il-qasam jistgħu jirriżultaw fi ksur tal-prinċipji li jinsabu fil-qalba nfisha tal-kostruzzjoni Ewropea. Minħabba f'hekk il-Kummissjoni se żżid l-isforzi tagħha biex tiżgura li ċ-ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom igawdu effettivament u bis-sħiħ mid-drittijiet tagħhom taħt id-Direttiva. Il-Kummissjoni se tuża s-setgħat kollha li għandha taħt it-Trattat biex tikseb dan ir-riżultat, billi tniedi proċeduri ta' ksur meta jkun meħtieġ, tagħti gwida lill-Istati Membri u tiżgura li ċ-ċittadini tal-UE jkunu infurmati bid-drittijiet taghħom.

Id-Direttiva 2004/38 tipprovdi strument uniku legali dwar il-moviment ħieles taċ-ċittadini tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom. Id-Direttiva tistabbilixxi formalitajiet ta' amministrazzjoni sempliċi u tagħti d-dritt ta' residenza permanenti liċ-ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom wara li jkunu għexu għal ħames snin fl-Istat Membru ospitannti. Id-Direttiva testendi d-drittijiet ta' unifikazzjoni mill-ġdid tal-familji għal koppji reġistrati taħt ċerti kundizzjonijiet.

L-Istati Membri kellhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet u d-dispożizzjonijiet amminisstrattivi neċessarji biex jikkonformaw mad-Direttiva sat-30 ta' April 2006. Wieħed mir-rwoli tal-Kummissjoni huwa li tiżgura li l-liġijiet tal-UE huma implimentati b'mod effettiv fl-livell nazzjonali jew lokali għall-ġid taċ-ċittadinni tal-UE. Issa, wara sentejn u nofs, wasal iż-żmien li ssir evalwazzjoni ta' kif l-Istati Membri ssodisfaw dan l-obbligu.

L-Istati Membri kollha adottaw liġijiet nazzjonali biex jipproteġu d-dritt taċ-ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom li jiċċaqalqu u jirrisjedu liberament fi ħdan l-UE.

Minkejja li l-liġijiet nazzjonali f'xi żoni jittrattaw ic-cittadini tal-UE u l-familji tagħhom aħjar milli hu meħtieġ mill-liġi tal-UE, l-ebda Stat Membru ma' ttranspona d-Direttiva b'mod effettiv u korrett, fl-intier tagħha. L-ebda Artikolu tad-Direttiva ma ġie traspost b'mod effettiv u korrett mill-Istati Membri kollha kemm huma.

It-traspożizzjoni ġenerali tad-Direttiva hija kemmxejn diżappuntanti.

Huma biss Ċipru, il-Ġreċja, il-Finlandja, il-Portugall, Malta, il-Lussemburgu u Spanja li adottaw b'mod korrett aktar minn 85% tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva.

L-Awstrija, id-Danimarka, l-Estonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, mill-banda l-oħra, adottaw b'mod korrett anqas minn 60% tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva.

Dan huwa mtaffi mill-fatt li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva li ġew trasposti b'mod mhux korrett jidhru li ġew applikati, għall-inqas f'numru ta' kawżi, b'mod korrett mill-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali, minkejja n-nuqqas ta' linji gwida ċari u bil-miktub għall-eżerċizzju tad-diskrezzjoni ġudizzjarja u amministrattiva f'dan il-qasam.

Il-problemi li jiżvelaw ksur persistenti tad-drittijiet bażiċi taċ-ċittadini tal-UE li qegħdin jeżerċitaw id-dritt ta' moviment mod ħieles tagħhom fi ħdan l-UE huma ħafna drabi relatati ma':

• id-dritt ta' dħul u residenza ta' membri tal-familja li jkunu ġejjin minn pajjizi terzi (problemi b'viżi ta' dħul jew meta jaqsmu fruntiera, kundizzjonijiet marbutin mad-dritt ta' residenza li mhumiex previsti fid-Direttiva u dewmien fil-ħruġ ta' dokumenti ta' residenza),

• ir-rekwiżit li ċ-ċittadini tal-UE jressqu, flimkien mal-applikazzjonijieti għar-residenza, dokumenti adizzjonali mhux previsti fid-Direttica.

Ir-responsabbilità li jiġi żgurat li d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE jkunu garantiti u li ċ-ċittadini tal-UE jkunu infurmati bid-drittijiet tagħhom hija tal-Istati Membri.

Il-Kummissjoni se tkompli taħdem fil-livell tekniku mal-Istati Membri. Permezz ta' din il-ħidma diġà ġew identifikati numru ta' kwistjonijiet li jeħtieġu aktar diskussjoni u kjarifika, speċjalment fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' kriminalità u abbuż.

Il-Kummissjoni biħsiebha toffri informazzjoni u assistenza billi ttoħroġ linja gwida fl-ewwel nofs tas-sena 2009 dwar numru ta' kwistjonijiet ta' transpożizzjoni jew applikazzjoni li ġew identifikati bħala problematiċi.

Il-Kummissjoni se tinkoraġġixxi u tappoġġja wkoll l-Istati Membri biex iniedu kampanji li jqajmu l-kuxjenza u jinfurmaw liċ-ċittadini tal-UE bid-drittijiet tagħhom taħt id-Direttiva.

Għal aktar informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-Viċi President Barrot, ara l-websajt:

http://ec.europa.eu/commission_barroso/barrot/index_en.htm


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website