Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/08/1836

Brussell, it-28 ta' Novembru 2008

Għalfejn il-Konsumaturi jġibu ruħhom hekk: Il-Kummissarju Kuneva tilqa' konferenza ta' livell għoli dwar l-Ekonomija tal-Imġiba

Illum il-Kummissarju tal-UE għall-Konsumaturi Meglena Kuneva, laqgħet esperti akkademiċi internazzjonali għolja, esperti fil-kummerċ u esperti fil-politika għal konferenza fi Brussell biex jiddiskutu r-rwol li l-Ekonomija tal-Imġiba jista' kollha fl-iżvilupp ta' politika li taqdi aħjar lill-konsumatur. L-Ekonomija tal-Imġiba hija dixxiplina relattivament ġdida, iżda li qed tikber b'rittmu mgħaġġel u tlaqqa' l-ekonomija u r-riċerka esperimentattiva dwar l-imġiba sabiex teżamina u tispjega għalfejn il-konsumaturi jagħżlu li jaġixxu b'tali mod waqt ix-xiri tagħhom u kif din l-imġiba taffettwa s-suq. L-ekonomija Ewropea għandha bżonn konsumaturi ta' setgħa biex tikber l-ekonomija u tissaħħaħ il-kompetizzjoni. Madankollu, il-kumplessità tas-swieq tal-lum tista' tillimita l-abilità tal-konsumaturi li jagħmlu l-aħjar għażliet. Il-konferenza tal-lum se tiffoka dwar eżempji fejn l-ekonomija tal-imġiba diġà wasslet għal politka aħjar li tirrifletti dawn il-kumplessitajiet, u se jkunu mistiedna parteċipanti biex jiddibattu l-mod kif l-ekonomija tal-imġiba tista' tgħin fit-tfassil tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-futur. Dwan l-avveniment jista' jkun il-bidu li jwassal għal użu akbar tal-għodod tal-imġiba għat-titjib tat-tfasssil tal-politika fl-Ewropa.

Il-Kummissarju Kuneva qalet: "Aħna qegħdin naħdmu b'mod kontinwu għat-titjib tas-suq għall-konsumaturi Ewropej u biex ikun żgurat li huma jkollhom aċċess għall-aqwa ta' dak li qed ikun offrut. Iżda rridu nifhmu lill-konsumaturi li qed naħdmu għalihom jekk vera rridu naqdu bis-sħiħ il-bżonnijiet tagħhom. L-ekonomija tal-imġiba toffri intuwizzjoni interessati li tista' tgħinna nilħqu dan il-għan. Barra minn dan, il-konferenza tal-lum hija opportunità biex jitwaqqa' l-ħajt diviżorju bejn ir-riċerkaturi u dawk li jfasslu l-politika, biex ikun jistgħu jitgħallmu minn xulxin u jpartu l-ideat, u jikkumplimentaw lil xulxin fix-xogħol tagħhom għall-benefiċċju finali tal-konsumaturi.

L-ekonomija tal-imġiba tanalizza kif in-nies jagħmlu l-għażliet tagħhom ta' kuljum, bi sfida għas-supposizzjonijiet ekonomiċi tradizzjonali u tibbaża ruħha fuq esperimenti fis-suq u fil-laboratorju biex tinvestiga r-raġunijiet proprji għad-deċiżjonijiet tan-nies. Tista' tgħin biex tispjega għalfejn in-nies ma jaġixxux dejjem b'mod egoist (pereżempju huma jagħmlu donazzjonijiet ta' flus), għalfejn mhux dejjem jaġixxu b'mod ekonomikament loġiku (pereżempju jibqgħu ma' fornitur tal-enerġija li jipprovdi servizz li jiswa aktar minflok ma jaqilbu ma' kompetitur li jipprovdi servizz orħos) jew għalfejn jagħtu aktar valur lil ċerti oġġetti fuq oħrajn tal-istess valur reali.

L-ekonomija tal-imġiba tista' ssir, fil-futur, l-ekwivalenti ta’ dak li l-"mina tar-riħ" tirrappreżenta għall-karozzi; għodda għall-ittestjar, għat-titjib, u s-simplifikazzjoni tal-politika tal-UE li tfittex li tinfluwenza lill-konsumaturi f'firxa wiesgħa ta' oqsma, minn affarijiet tal-konsumatur, sa enerġija, saħħa, u ambjent. Din toffri opportunità li tgħinna nifhmu aħjar l-anomaliji tal-imġiba u r-reazzjonijiet tal-bniedem, biex il-politika tkun tista' titfassal bl-aħjar mod biex taqdi l-ħtiġijiet tal-konsumaturi.

Il-konferenza llum se tiffoka fuq eżempji fejn l-ekonomija tal-imġiba diġà waslet għal politika aħjar – kemm fl-UE u barra mill-UE – u tistieden dibattitu dwar l-użu potenzjali u l-impatt tagħha. Il-parteċipanti se jiddibattu wkoll mistoqsijiet importanti dwar jekk hux verament dritt u responsabbiltà ta' dawk li jfasslu l-politka li jintervjenu fid-deċiżjonijiet tal-konsumatur.

Din il-konferenza tista' tkun segwita b'xandira diretta fuq l-internet permezz tas-sit: http://scic.ec.europa.eu/streaming/ccab.


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website