Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/08/1750

Brussels, 20 November 2008.

L-Arktiku jistħoqqlu l-attenzjoni tal-Unjoni Ewropea - l-ewwel pass lejn Politika tal-UE għall-Arktiku

Illum il-Kummissjoni Ewropea adottat Komunikazzjoni dwar "L-Unjoni Ewropea u r-Reġjun Arktiku" li titfa' dawl fuq l-effetti tat-tibdil fil-klima u tal-attivitajiet tal-bniedem fl-Arktiku. Minbarra li jistipula l-interessi tal-UE u l-għanijiet politiċi, it-test jipproponi rispons sistematiku u koordinat għall-isfidi li qegħdin jitfaċċaw b'mod mgħaġġel ħafna. Għalhekk il-Komunikazzjoni tirrappreżenta l-ewwel pass lejn Politika tal-UE għall-Arktiku u tagħti kontribut importanti għall-implimentazzjoni tal-Politika Marittima integrata tal-UE.

Benita Ferrero-Waldner, il-Kummissarju tal-UE responsabbli għar-Relazzjonijiet Esterni u għall-Politika Ewropea tal-Viċinat, qalet: "L-Artktiku huwa reġjun uniku u vulnerabbli li jinsab fil-viċinat immedjat tal-Ewropa. L-evoluzzjoni tiegħu se jkollha ripurkussjonijiet sinifikanti fuq il-ħajja tal-Ewropej tal-ġejjieni. Li jissaħħaħ il-kontribut tal-Unjoni Ewropew lejn il-kooperazzjoni fl-Arktiku se jiftaħ perspettivi ġodda għar-relazzjonjijiet tagħna mal-Istati Arktiċi. L-UE lesta li taħdem magħhom biex iżżid l-istabbiltà, issaħħaħ il-governaza multilaterali Arktika permezz tal-oqsfa legali eżistenti kif ukoll iżżomm il-bilanċ it-tajjeb bejn l-għan ewlieni li jitħares l-ambjent u l-bżonn għall-użu sostenibbli ta' riżorsi naturali li jinkludu l-idrokarboni."

Joe Borg, Il-Kummissarju li għandu f’idejh il-qasam tal-politika dwar l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd żied jgħid: "Ma jistax ikun li nibqgħu passivi f'wiċċ l-iżviluppi allarmanti li jaffetwaw il-klima Arktika u, bħala konsegwenza, il-bqija tal-pjaneta tagħna. Minn banda, it-taħlita ta' bidliet fil-klima u l-aħħar żviluppi teknoloġiċi jiftħu opportunitajiet ġodda mfasslin mal-isfidi. Peress li ħafna mill-politiki tal-UE f'oqsma bħat-tibdil fil-klima, l-ambjent, l-enerġija, ir-riċerka, is-sajd u t-trasport għandhom impatt dirett fuq l-Arktiku, tinħtieġ azzjoni kkoordinata u l-Politika Marittima integrata tista' sservi ta' pjattaforma ta' kollaborazzjoni li hija tassew bżonnjuża."

Il-Komunikazzjoni tenfasizza r-rabta fil-qrib bejn l-Unjoni Ewropea u l-Arktiku. Il-Politiki tal-UE ta' medda usa jew globali jeżerċitaw influwenza diretta fuq l-Arktiku. Id-dokument jipprovdi reviżjoni komprensiva tal-interessi tal-UE fl-oqsma kollha tal-kooperazzjoni relatata mal-Arktiku, u jenfasizza li l-iżviluppi fl-Arktiku jinħtieġu rispons integrat.

Ġew identifikati tliet għażliet politiċi ewlenin:

  • Il-protezzjoni u l-preżervazzjoni tal-Arktiku flimkien mal-popolazzjoni tiegħu
  • Il-promozzjoni tal-użu sostenibbli tar-riżorsi
  • Li jsir kontribut għat-tisħiħ tal-governanza multilaterali tal-Artiku

Sabiex dawn l-għanijiet jintlaħqu, il-Kummissjoni pproponiet numru ta' proposti bħal:

  • Il-ħolqien ta' infrastruttura ġdida għar-riċerka;
  • L-iskrutinju u l-monitoraġġ ta’ kimiċi fl-Arktiku.
  • Żieda fil-kooperazzjoni għall-prevenzjoni, il-preparazzjoni u r-rispons għal diżastri.
  • Li jinżamm djalogu regolari mal-popli indiġeni tal-Arktiku;
  • Estenzjoni tal-qafas regolatorju eżistenti dwar is-sajd fl-Arktiku;
  • Titjib fis-sorveljanza marittima;
  • Li tiġi promossa l-implimentazzjoni sħiħa tar-regoli eżistenti u li jissaħħew l-istandards ambjentali u tas-sigurtà tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali;
  • Li tissaħħaħ il-governanza multilaterali Arktika, li tinkludi djalogu dwar politika wiesa', fuq il-bażi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar;
  • Li kwistjonijiet dwar l-Arktiku jingħataw prijorità ogħla fl-aġenda internazzjonali u li jiżdied il-kontribut tal-Kummisssjoni Ewropea għall-ħidma tal-Kunsill Arktiku billi ssir osservatriċi permanenti.

L-iżvilupp ta' politika tal-UE għall-Arktiku torbot tajjeb mal-Politika Maritima Integrata tal-UE, li hija mmirata biex tikkoordina l-linji ta' politika kollha tal-UE ma' dimensjoni marittima biex tiżgura s-sostenibbilità ambjentali u l-kwalità tal-kundizzjonijiet tal-għajxien fir-reġjuni kostali filwaqt li jiġi promoss l-potenzjal ta' tkabbir tal-industriji marittimi.

Għal aktar informazzjoni:

MEMO/08/726

Il-websajt tematiku tal-Arktiku:

http://ec.europa.eu/maritimeaffairs/arctic_overview_en.html

Ir-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi fir-reġjun tal-Arktiku:

http://ec.europa.eu/external_relations/arctic_region/

fil-politika tad-Dimensjoni tat-Tramuntana:

http://ec.europa.eu/external_relations/north_dim


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website