IP/08/1594
Brussell, 28 ta' Ottubru 2008
“Il-prezzijiet għolja tal-enerġija huma waħda mill-kwistjonijiet prinċipali ta' tħassib għaċ-ċittadini Ewropej. Neħtieġu sforzi madwar l-UE biex ngħollu l-istandards fuq firxa ta' kwistjonijiet ibda minn kontijiet ċari għal meters effiċjenti u bidla f'min jissupplixxi biex il-konsumaturi jkollhom għażla vera, ikunu jistgħu jnaqqsu l-konsum u jieħdu valur għal flushom. Neħtieġu nsegwu s-suq tal-enerġija bir-reqqa biex tittieħed azzjoni kontra l-possibbiltà ta' abbużi. U neħtieġu npoġġu l-protezzjoni għal konsumaturi vulnerabbli fl-ewwel post tal-aġenda politika f'dik li se tkun xitwa qalila quddiemna," qalet il-Kummissarju tal-UE għall-Konsumatur Meglena Kuneva
"Meta jitqiesu ż-żidiet fil-ispejjeż tal-enerġija u l-ġrajjiet riċenti fis-swieq finanzjarji globali, huwa essenzjali li naħdmu mill-qrib flmikien biex nipproteġu l-interessi tal-konsumaturi u nwasslu għal riżultati vera li jistgħu jagħmlu differenza għaċ-ċittadini tagħna. L-inklużjoni għall-ewwel darba tar-rappreżentanti tal-konsumatur f'forum bħal dan se ddaħħal dinamika ġdida u tipprovdi leħen tassew għall-konsumaturi fis-suq tal-enerġija," qal il-Kummissarju tal-UE għall-Enerġija Andris Piebalgs.
Il-Forum taċ-Ċittadini dwar l-Enerġija tnieda biex jgħin lill-konsumaturi billi jaħdem biex jinforza d-drittijiet eżistenti tagħhom madwar l-UE u biex jipprovdilhom informazzjoni ċara u bla kantunieri dwar x'għażliet hemm disponibbli għalihom meta jiġu biex jixtru l-gass u d-dawl elettriku tagħhom. L-idea tal-Forum kienet proposta fit-tielet pakkett tal-Kummissjoni għas-suq intern tal-enerġija u kienet ippreżentata mill-Kummissarji Kuneva u Piebalgs fil-konferenza li saret f'Mejju 2008 dwar id-Drittijiet tal-Konsumaturi fl-Enerġija. Il-forum se jiżviluppa rakkomandazzjonijiet immiriati biex ikun hemm implimentazzjoni aħjar u infurzar tad-drittijiet tal-konsumaturi tal-enerġija, u swieq bl-imnut aħjar tal-enerġija u l-gass.
Suġġetti li se jkunu diskussi fil-Forum taċ-Ċittadini dwar l-Enerġija:
Il-Kummissjoni kkalkulat li, b'għażliet intelliġenti, familja medja tal-UE tista' tiffranka EUR 1 000 jew aktar f'kontijiet tal-gass u tal-elettriku fis-sena. L-impatt ta' għażliet bħal dawn huwa aktar u aktar importanti meta jitqies li madwar 40 fil-mija tal-enerġija tal-UE hija użata fil-binjiet – inklużi djarna u l-istabbilimenti kummerċjalitagħna. It-tnaqqis li jirriżulta minn dan fl-emissjonijiet tal-karbonju hija azzjoni oħra pożittiva.
Sfond
B'mod parallel, l-UE se tkompli ssegwi s-swieq tal-enerġija, u dejta komprensiva ta' monitoraġġ tas-suq dwar il-konsumatur – miġbura mill-Kummissjoni Ewropea – li tkun tindika kif is-swieq tal-gass u l-elettriku jkunu qed jaffettwaw lill-konsumatur, se tiddaħħal fix-xogħol tal-Forum. Din id-dejta se tkun ippubblikata kull sena bħala parti minn analiżi usa' tal-monitoraġġ tas-suq, "It-Tabella ta' Valutazzjoni tas-Swieq tal-Konsumatur. " L-Istati Membri se jirrappurtaw ukoll lill-Forum dwar il-monitoraġġ tagħhom ta' prezzijiet għall-familji fid-djar, ir-rati ta' bidla tal-fornituri jew ilmenti, u din hija setgħa ġdida mogħtija lilhom skont it-Tielet Pakkett tal-Enerġija.
Il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea għad-drittijiet tal-konsumaturi fl-enerġija - http://ec.europa.eu/energy/energy_policy/consumers/index_en.htm
Il-websajt tal-kampanja tal-Kummissjoni Ewropea għad-drittijiet tal-konsumaturi fl-enerġija u l-ftuħ tas-swieq tal-enerġija – http://www.agathepower.eu/