IP/08/1340
Brussell, it-18 ta' Settembru 2008
Il-Kummissarju għall-Multilingwiżmu Leonard Orban stqarr: "Il-koeżistenza armonjuża ta' ħafna ilsna fl-Ewropa hija simbolu qawwi tal-aspirazzjoni tal-Unjoni Ewropea li tkun magħquda fid-diversità. Permezz ta' din il-Komunikazzjoni, qed inħeġġu lill-Istati Membri tal-UE, lill-awtoritajiet lokali u lill-imsieħba soċjali biex jingħaqdu flimkien u jieħdu azzjoni. L-istrateġija tagħna inklussiva tqis il-valur u l-opportunitajiet tad-diversità lingwistika fl-Ewropa u l-ħtiġijiet aktar individwali tat-tagħlim tal-lingwi għal komunikazzjoni effiċjenti."
Fl-UE, it-tkabbir ta' dan l-aħħar żied id-diversità lingwistika: tinsab kburija bi 23 lingwa uffiċjali u 'l fuq minn 60 oħra mitkellma f'reġjuni speċifiċi jew minn gruppi speċifiċi. Il-flussi tal-globalizzazzjoni u l-immigrazzjoni jkomplu jżidu mal-medda mżewqa ta' ilsna użati kuljum mill-Ewropej. Id-diversità lingwistika hija mingħajr dubju ta’ xejn waħda mill-iktar fatturi karatteristiċi tal-UE, u din taffettwa l-ħajja soċjali, kulturali u professjonali taċ-ċittadini tagħha kif ukoll l-attivitajiet ekonomiċi u politiċi tal-Istati Membri tagħha. Din il-Komunikazzjoni tfittex li tirrispondi għall-isfidi maħluqa minn din ir-realtà, u tipproponi strateġija li tippromwovi l-inklużjoni tal-multilingwiżmu f'sensiela sħiħa ta' oqsma politiċi tal-UE.
Il-Komunikazzjoni tistieden lill-Istati Membri tal-UE u lill-Istituzzjonijiet l-oħra tal-UE biex jingħaqdu flimkien biex jinkoraġġixxu u jgħinu liċ-ċittadini fil-kisba ta' ħiliet fl-ilsna. Il-Komunikazzjoni tesplora kwistjonijiet bħal:
Barra minn hekk,
dan id-dokument ta' politika jipproponi li jieħu li jista' mill-programmi u
mill-inizjattivi eżistenti Ewropej fl-oqsma tal-Edukazzjoni, tal-Midja,
tar-Riċerka, tal-Inklużjoni Soċjali u tal-Kompetittività u
jipprevedi reviżjoni fl-2012 tal-progress imwettaq.
Il-Komunikazzjoni
tinsab onlajn fuq