Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/08/1326

Brussell, 16ºta’ºSettembruº2008

Is-samit jippromwovi impenn konġunt biex itejjeb l-inklużjoni għall-miljuni tar-Roma

Illum il-Kummissjoni Ewropea se tniedi l-ewwel samit fuq livell tal-UE ddedikat biex itejjeb is-sitwazzjoni tal-komunitajiet tar-Roma madwar l-Unjoni. L-avveniment, li se jsir fi Brussell, għandu l-għan li jippromwovi impenn konġunt mir-rappreżentanti nazzjonali, Ewropej u tas-soċjetà ċivili biex jittrattaw il-firxa ta' diskriminazzjoni u esklużjoni li qed jiffaċċjaw miljuni ta' Ewropej tal-oriġini Roma (ara wkoll MEMO/08/559).

"Fis-Sekluº21, is-sitwazzjoni tar-Roma hija tebgħa fuq il-kuxjenza tal-Ewropa," qal il-Kummissarju tal-Opportunitajiet Indaqs Vladimír Špidla. Il-problemi huma diversi u kumplessi, iżda għandna ħafna għodda biex intejbu l-inklużjoni – bil-leġiżlazzjoni, il-finanzjament u t-tqassim ta’ politika li taħdem. Issa neħtieġu impenn konġunt fuq livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew biex nagħmlu użu aħjar minn din l-għodda u niggarantixxu futur aħjar għall-Komunitajiet tar-Roma mal-UE. Is-sitwazzjoni se tinbidel biss jekk kulħadd juri impenn."

Is-Samit tal-lum se jkun l-ewwel darba li l-istituzzjonijiet tal-UE, il-gvernijiet nazzjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jirrappreżentaw il-komunità tar-Roma minn madwar l-Ewropa ngħaqdu flimkien fl-ogħla livell biex jiddiskutu s-sitwazzjoni tar-Roma fl-UE u jsibu modi biex itejbuha. Id-diskriminazzjoni fuq il-bażi tal-oriġini ta’ razza u etniċità hi pprojbita fl-UE fl-oqsma kollha tal-ħajja (id-Direttiva 2000/43/KEE). Madankollu d-diskriminazzjoni kontra r-Roma tippersisti u 77º% tal-Ewropej jaħsbu li l-fatt li tkun Roma huwa żvantaġġ fl-Ewropa.

L-avveniment se jinfetaħ mill-President tal-Kummissjoni Barroso filwaqt li membri ewlenin oħra tal-Kummissjoni se jipparteċipaw, inkluż il-Viċi President Barrot (Ġustizzja u Affarijiet Interni), il-Kummissarju Špidla u l-Kummissarju Figel (Edukazzjoni, taħriġ, kultura u żgħażagħ).

Magħhom se jissieħbu Bernard Kouchner, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u Christine Boutin, il-Ministru għad-Djar u l-Affarijiet Urbani (f'isem il-Presidenza Franċiża tal-UE), diversi ministri mill-Istati Membri tal-UE u pajjiżi kandidati kif ukoll George Soros, il-President tal-Istitut tas-Soċjetà Miftuħa, Shigeo Katsu, il-Viċi President tal-Bank Dinji, u Romani Rose, il-President tal-Kunsill Ċentrali Ġermaniż ta’ Sinti u Roma.

L-involviment dirett tal-organizzazzjonijiet u r-rappreżentanti tar-Roma huwa fattur ewlieni tal-avveniment. Dawn jinkludu żewġ Membri tal-Parlament Ewropew li għandhom oriġini ta’ Roma, Lívia Járóka (PPE-ED, HU) u Viktória Mohácsi (ALDE, HU).

Fl-Aġenda Soċjali tat-2ºta'ºLuljuº2008, il-Kummissjoni stipulat impenn imġedded għan-nuqqas ta’ diskriminazzjoni b’mod ġenerali u azzjoni b’mod partikolari biex titjieb is-sitwazzjoni tar-Roma. Id-dokument ta’ ħidma li kien ippreżentat jinvestiga l-istrumenti u l-politika disponibbli f’livell tal-UE biex jippromwovi l-inklużjoni tar-Roma (IP/08/1072, MEMO/08/462). Hu kkonkluda li hemm qafas b’saħħtu ta’ għodda disponibbli leġiżlattiva, finanzjarja u ta’ koordinazzjoni ta’ politika u li dawn qed jintużaw dejjem aktar, iżda għad hemm diskrepanza fl-implimentazzjoni fl-Istati Membri.

Is-Samit jifforma l-pass li jmiss f’dan il-proċess u jimmira li jappoġġja u jippromwovi impenn konġunt mill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-UE u s-soċjetà ċivili. Il-konklużjonijiet se jikkontribwixxu fid-diskussjonijiet mill-mexxejja tal-UE fil-Kunsill Ewropew ta’ Diċembruº2008.

Aktar informazzjoni

Il-programm u l-informazzjoni tal-avveniment

http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=88&langId=en&eventsId=105&furtherEvents=yesL-azzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-Roma

http://ec.europa.eu/social/main.jsp?catId=518&langId=en Is-Sena Ewropea għad-Djalogu Interkulturali


http://www.interculturaldialogue2008.eu Stqarrija għall-Istampa f'format ta' Filmat: Niddefendu d-drittijiet tar-Roma fl-UE
http://ec.europa.eu/avservices/video/video_prod_en.cfm?type=detail&prodid=6383


Side Bar