Sélecteur de langues
Chemin de navigation
IP/08/1273
Brussell, is-27 ta' Awwissu 2008
"L-idea ta' settur tal-produzzjoni tal-films li jkun innovattiv u ta' diversità kulturali kbira qiegħda tqajjem xewqa kbira għall-kooperazzjoni fost il-professjonisti Ewropej u dawk ta' pajjiżi terzi. Ir-reazzjoni pożittiva għas-sejħa għal proġetti tal-Kummissjoni tawgura tajjeb għar-rwol tal-UE fl-appoġġ għall-kooperazzjoni, kooperazzjoni li tista' toħloq opportunitajiet kummerċjali ġodda u tixpruna l-industriji awdjoviżivi Ewropej," qalet Viviane Reding, il-Kummissarju tal-UE għall-Midja. "Jekk inqisu li l-programm MEDIA li għaddej bħalissa diġà qed igawdi suċċess kbir bis-saħħa tal-impatt tiegħu fuq il-livell Ewropew, ngħidu aħna bil-finanzjament ta' films li rebħu l-Oscar u l-Palme d'Or, li naraw il-programm jopera fuq il-livell internazzjonali huwa prospett eċitanti. M'hemmx xi ngħidu, din hija aħbar importanti għal kull min iħobb il-films, billi se jkollhom aktar opportunitajiet biex jaraw films mid-dinja kollha."
Mit-33 applikazzjoni rċevuti fl-ewwel sejħa għal proġetti ta' MEDIA International, il-Kummissjoni Ewropea għażlet tmintax-il proposta, li se jiġu ffinanzjati għat-taħriġ kontinwu ta' professjonisti awdjoviżivi, għall-promozzjoni u d-distribuzzjoni ta' xogħlijiet ċinematografiċi, u għall-iżvilupp tan-netwerks taċ-ċinema. Ħdax-il proġett jikkonċernaw it-taħriġ kontinwu permezz ta' proġetti ta’ sħubija mal-Amerika Latina, l-Indja, il-Kanada, it-Turkija, l-Ukraina, il-Moldova u l-Ġeorġja, li jkopru l-films, l-ispettakli tat-televiżjoni, l-animazzjoni, id-dokumentarji u l-logħob tal-vidjo. Pereżempju, il-proġett Cartoon Connection se jorganizza taħriġ konġunt dwar l-iżvilupp u l-iffinanzjar ta' kartuns prodotti bi sħubija internazzjonali, għal professjonisti mill-UE, l-Amerika Latina u l-Kanada. Eżempju ieħor huwa l-proġett Primexchange, li huwa workshop għal awturi u produtturi mill-Indja u l-Ewropa dwar l-iffinanzjar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi, b'attenzjoni speċjali għat-teknoloġiji diġitali.
Is-sitt proġetti magħżula mill-Kummissjoni għall-promozzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi jiffukaw fuq l-ixprunar tal-produzzjoni bi sħab, li jista' jgħin lill-impriżi jiksbu aċċess għall-finanzjament barrani u għal swieq ġodda. Pereżempju, il-European Producers' Club ser jorganizza workshops dwar li-produzzjoni bi sħab fiċ-Ċina u fl-Indja, u ser jistieden prodotturi lokali għal żewġ fora ewlenin fl-Ewropa. Il-proġett DOMLA ser jorganizza "xahar tad-dokumentarji", li matulu joħroġ tnax-il dokumentarju Ewropew fiċ-Ċile u viċiversa, bid-distribuzzjoni ta' dokumentarji mill-Amerika Latina fl-Ewropa. Il-proġett Paris huwa avveniment ta' produzzjoni bi sħab għal produtturi Ewropej, Ġappuniżi u mill-Korea t'Isfel.
Fl-aħħarnett, MEDIA International se jappoġġa l-ewwel netwerk internazzjonali tas-swali taċ-ċinema, ikkoordinat minn Europa Cinemas, li jinkludi 230 ċinema fl-Ewropa u 148 ċinema fil-bqija tad-dinja (10 fil-Brażil, 7 fil-Korea t'Isfel, 6 fil-Ġappun u fl-Arġentina).
Il-proposti li ntlaqgħu llum huma parti minn Pjan ta' Azzjoni ta' Tħejjija msejjaħ "MEDIA International", li għalih il-Parlament Ewropew approva baġit ta' EUR 2 miljun f'Diċembru li għadda. L-għan huwa li jesplora mezzi biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-professjonisti Ewropej u dawk ta' pajjiżi terzi fl-industrija awdjoviżiva. MEDIA International ser jopera matul massimu ta' tliet snin, u huwa ddisinjat biex iwitti t-triq għal programm usa' bl-isem MEDIA MUNDUS.
Fil-qafas ta' konsultazzjoni pubblika fuq l-internet dwar dan il-programm futur (IP/08/909), fil-25 ta' Ġunju 2008 sar smigħ pubbliku fi Brussell. Fit-8 ta' Lulju, il-Presidenza Franċiża tal-UE tellgħet it-taħdita Cinema, Europe, World bil-għan li ssaħħaħ l-azzjoni esterna tal-UE fil-qasam awdjoviżiv. Abbażi ta' dawn il-kontributi, sa tmiem l-2008 il-Kummissjoni se tieħu deċiżjoni rigward proposta għal programm MEDIA MUNDUS.
L-isfond:
Il-programm MEDIA 2007 li għaddej bħalissa ser jipprovdi EUR 755 miljun lill-industrija awdjoviżiva Ewropea matul il-perjodu 2007-2013, biex jgħin lill-professjonisti jitħarrġu u jiżviluppaw, jiddistribwixxu u jippromwovu x-xogħlijiet tagħhom madwar l-Ewropa (IP/07/169).
F'Mejju li għadda, erba’ films iffinanzjati mill-programm MEDIA rebħu premjijiet prestiġjużi fil-Festival tal-Films ta’ Cannes, inklużi l-Palme d’Or (Entre Les Murs, Franza) u l-Grand Prix du Jury (Gomorra, l-Italja) (IP/08/800). Dawn kienu fost erbatax-il film li ntwerew f'Cannes u li ġew żviluppati jew distribwiti bl-appoġġ ta' 'l fuq minn EUR 900 000 mingħand il-programm MEDIA (IP/08/741). Films li ngħataw appoġġ mill-MEDIA diġà kaxkru suċċess fiċ-ċerimonja tal-Oscars, bl-għoti ta’ premjijiet Oscar lil The Counterfeiters (Die Fälscher, l-Awstrija u l-Ġermanja) u La Vie en Rose (La Môme, Franza) (IP/08/298).
Is-sejħa
għal proposti ta' MEDIA International u l-lista tal-kandidaturi
milqugħa:
http://ec.europa.eu/information_society/media/prep_action/index_en.htm
Dwar MEDIA MUNDUS:
http://ec.europa.eu/information_society/media/mundus/index_en.htm
List of projects selected within the framework of Call for Proposals
"MEDIA International 2008/1"
Lot 1: Continuous
training
|
Project name
|
Coordinator
(Europe) |
Partner(s)
third country |
Characteristics
|
EU funding
|
|
EAVE LATIN AMERICA
|
EAVE
(Luxembourg)
|
Buenos Aires Lab
(Argentina) |
Development, financing and marketing workshops
|
86.480,00 €
|
|
CARTOON CONNNECTION
|
Cartoon
(Belgium) |
ENCUADRE
(Argentina) |
Development, financing and co production workshops
|
50.000,00 €
|
|
FBS-LA
|
Media Business School
(Spain) |
LATC
(Brazil) |
Workshop on development of co productions
|
80.000,00 €
|
|
Training for East European Film Professionals
|
Romanian Film sector association
|
IFA (Georgia), OWH TV (Moldavia), IFF Molodist
(Ukraine), ACA (Turkey) |
Workshop on financing and regional problems in Georgia
|
80.000,00 €
|
|
EURODOC
INTERNATIONAL |
Eurodoc International (France)
|
-
|
Extension of MEDIA 2007
|
36.517,00 €
|
|
ACE-IPA
|
ACE (France)
|
-
|
Extension of MEDIA 2007
|
25.000,00 €
|
|
CO-PRO EUROPE/CANADA
|
EPI (Germany)
|
Atlantic Film Festival (Canada)
|
Co production workshops
|
150.000,00 €
|
|
Tareula
|
EGEDA (Spain)
|
LATC (Brazil), EGEDA (Uruguay)
|
Co production and marketing training
|
80.000,00 €
|
|
LINCT
|
Zelig School for documentaries (Italy)
|
FORMEDIA (India)
|
Co production workshop and internet training for documentary
makers
|
100.000,00 €
|
|
PYGMALION INTL.
|
Pygmalion (UK)
|
EIMAGES
(India), Beirut DC (Lebanon), Hellomotion (Indonesia) |
Development, financing, marketing workshops
|
30.000,00 €
|
|
PRIMEXCHANGE
|
PrimeHouse (Germany)
|
Goa IFF
(India) |
Development, financing, marketing and new technologies
workshop
|
60.000,00 €
|
Lot n°2: Promotion/distribution
|
Project name
|
Coordinator
|
Partner(s)
third country |
Characteristics
|
EU funding
|
|
CSF
|
Europa Distribution (France)
|
FICCO (Mexico)
|
Workshops on
Marketing European films in Latin America and vice versa |
110.379,00 €
|
|
PP09
|
Paris Project
(France) |
Unijapan (Japan), KOFIC (South Korea)
|
Co production platform
|
50.000,00 €
|
|
EPC Bilateral Forum
|
European Producers
Club |
NFDC (India), CFCC (China)
|
Forums on distribution in and co production
with China and India |
130.000,00 €
|
|
EurocineMed
|
Europa Cinemas (France)
|
CMC (Morocco)
|
Promoting MEDIA films at festivals
|
111.624,00 €
|
|
DOMLA
|
Parallel 40
(Spain) |
Catholic University
(Chile) |
European documentary month
|
50.000,00 €
|
|
CSC
|
Art Fest
(Bulgaria) |
Obala Art Center
(Bosnia) |
Platforms for co production, distribution and
financing
|
50.000,00 €
|
Lot n°3: International cinema network (one
project)
|
Third countries covered
|
Number of establishments
|
|
India
|
1
|
|
Japan
|
6
|
|
South Korea
|
7
|
|
Malaysia
|
1
|
|
Singapore
|
1
|
|
Argentina
|
6
|
|
Brazil
|
10
|
|
Chile
|
3
|
|
Colombia
|
3
|
|
Mexico
|
1
|
|
Venezuela
|
1
|
|
Algeria
|
1
|
|
Egypt
|
1
|
|
Israel
|
2
|
|
Lebanon
|
1
|
|
Morocco
|
3
|
|
Syria
|
1
|
|
Tunisia
|
2
|
|
Palestinian Territories
|
1
|
|
Total
|
52
|