Chemin de navigation

Left navigation

Additional tools

IP/08/1130

Brussell, 11 ta' Lulju 2008

Il-Multilingwiżmu: Kif il-lingwi jgħinu lin-negozju

Il-Forum tan-Negozju għall-multilingwiżmu, imwaqqaf fl-2007 biex jesplora kif ħiliet fil-lingwa jista' jkollhom impatt fuq il-kummerċ u l-impjiegi fl-Unjoni Ewropea, illum għadda r-rapport tiegħu lill-Kummissarju Orban. Ir-rapport jagħti deskrizzjoni ġenerika ta' dak li jeħtieġ isir biex ikunu megħjuna kumpaniji biex jiksbu aċċess għal swieq ġodda u opportunitajiet ġodda ta' negozju fid-dinja globalizzata. Ir-rapport huwa bbażat fuq rapporti ta' riċerka, studji ta' każijiet, intervisti u esperjenzi personali ta' membri tal-Forum, ippresedut mill-Viskonti Etienne Davignon, Ministru ta' l-Istat Belġjan u li kien Viċi-President tal-Kummissjoni Ewropea.

Il-Kummissarju għall-Multilinwiżmu Leonard Orban iddikjara: “Ir-rapport tal-Forum tan-Negozju jagħmel il-każ favur il-multilingwiżmu f'kumpaniji Ewropej, billi jagħti prova ta' kif id-diversità lingwistika u l-investiment f'ħiliet fil-lingwa u interkulturali jistgħu jiddawru f'assi reali għall-prosperità u benefiċċju għal kulħadd. Fil-konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet tiegħu hemm kontribuzzjoni eċċellenti għall-Komunikazzjoni strateġika l-ġdida dwar il-multilingwiżmu li beħsiebni nippreżenta f'Settembru ta' din is-sena. Huma jaqblu wkoll b'mod ċar mal-miri stabbiliti fl-istrateġija ta' Liżbona għal aktar tkabbir u impjiegi.”

Il-Viċi President Günter Verheugen, Kummissarju għall-Intrapriża u l-Industrija, laqa' r-rapport u qal: "Investiment f'ħiliet tal-lingwa u immaniġġjar tad-diversità se jkunu kruċjali għas-soċjetà Ewropea biex tibbenefika bis-sħiħ mid-dinja globalizzata. Ħiliet diversi tal-lingwa jippermettu li ssir komunikazzjoni, ikun hemm fehim u biex jinstabu soluzzjonijiet ġodda. Wasal iż-żmien li l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali jagħtu kas dawn il-ħtiġijiet u joffru lil kulħadd firxa wiesgħa ta' ħiliet. Aktar minn qatt qabel is-soċjetà teħtieġ promozzjoni ta' skambju interkulturali u kooperazzjoni transkonfinali."

Il-punti prinċipali li ġejjin joħorġu mir-rapport tal-Forum tan-Negozju:

  1. L-Ewropa qed tirriskja li titlef il-kompetittività, hekk kif ekonomiji li qed jitfaċċaw prinċipalment fl-Ażja u l-Amerika Latina qed jiksbu b'mod rapidu ħiliet solidi fil-lingwa flimkien ma' kompetenzi oħra meħtieġa għal kompetizzjoni b'suċċess.
  2. It-tagħlim formali u informali ta' firxa wiesgħa ta' lingwi għandhom ikunu promossi b'mod attiv fl-Istati Membri ta' l-UE billi s-settur tan-negozju jeħtieġ forza tax-xogħol dejjem aktar diversifikata. Il-ħiliet tal-lingwa huma kruċjali jekk il-forza tax-xogħol ta' għada trid tqis l-Ewropa kollha bħala l-bażi tagħha.
  3. L-istrateġiji tal-lingwa jeħtieġu jkunu endorsjati fl-ogħla livell ta' tmexxija f'kumpaniji madwar l-Ewropa. Dan jista' jieħu l-forma, pereżempju, ta' investiment fit-taħriġ tal-lingwa, fl-impjegar ta' kelliema nattivi u l-assigurazzjoni ta' komunikazzjoni multilingwa permezz ta' l-Internet.
  4. Il-kumpaniji jeħtieġu appoġġ għall-isforzi tagħhom biex jużaw lingwi b'mod strateġiku, notevolment permezz tan-netwerks u l-istrutturi li diġà huma stabbiliti. Ir-rwol ta' organizzazzjonijiet nazzjonali li jippromwovu l-esportazzjoni bħall-kunsilli tal-kummerċ huwa meqjus kruċjali f'dan ir-rigward.
  5. Hija meħtieġa pjattaforma Ewropea għal skambju strutturat ta' informazzjoni u ta' l-aħjar prattiċi li jinvolvu lingwi għan-negozju.

Rappreżentanti prominenti tan-negozju fil-Forum jinkludu:

  • Winfried Albrink, Kap tat-Taħriġ, Henkel Group,
  • Henning Dyremose, Chairman tal-Kunsill tal-Kummerċ Daniż u li kien Direttur Maniġerjali ta' TDC (Danish Telecom),
  • Sabina Klimek, maniġer f'Deloitte Business Consulting,
  • Peter Mathews, Chairman u Direttur Maniġerjali ta' Black Country Metals Limited u
  • Caroline Jenner, Kap Eżekuttiv ta' Junior Achievement Young Enterprise Europe, netwerk ta' appoġġ għal intraprendituri żgħażagħ.

Ir-rapport sħiħ flimkien ma' sommarju eżekuttiv jinsab disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/education/languages/index_en.htm

Għal aktar informazzjoni dwar il-lingwi fl-UE ara:

http://europea.eu/languages


Side Bar

Mon compte

Gérez vos recherches et notifications par email


Aidez-nous à améliorer ce site