Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/08/ 1110

Brussell, 7 ta' Lulju 2008

Għajnuna mill-Istat: Il-Kummissjoni taddotta Regolament li japprova awtomatikament l-għajnuna għall-impiegi u t-tkabbir

Il-Kummissjoni Ewropea addottat Regolament, li għandu jidħol fis-seħħ fil-ġimgħat li ġejjin, li jagħti approvazzjoni awtomatika għal firxa ta' miżuri ta' għajnuna u b'hekk jippermetti lill-Istati Membri jagħtu għajnuna bħal din mingħajr ma jinnotifkaw lill-Kummissjoni minn qabel. Ir-Regolament jawtorizza għajnuna favur l-SMEs, ir-riċerka, l-innovazzjoni, l-iżvilupp reġjonali, it-taħriġ, l-impiegi u l-kapital tar-riskju. Ir-Regolament jawtorizza wkoll għajnuna għall-protezzjoni ta' l-ambjent, miżuri ta' għajnuna li jippromovu l-intrapreditorija, bħal għajnuna lil negozji innovattivi ġodda, għajnuna għal negozji żgħar ġodda f'reġjuni mgħejjuna, u miżuri li jittrattaw il-problemi li jiffaċjaw impredituri nisa, bħal ma huma diffikultajiet għall-aċċess għal finanzjamenti. Flimkien ma l-inkoraġġiment lill-Istati Membri biex jiffukaw ir-riżorsi statali tagħhom fuq għajnuna li tkun ta' benefiċċju reali għall-ħolqien ta' l-impiegi u għall-kompetittività ta' l-Ewropa, ir-Regolament inaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet pubbliċi, il-benefiċjarji u l-Kummissjoni. Dan ir-Regolament ġdid dwar l-Eżenzjoni Ġenerali ta' Kategorija (GBER) jikkonsolida f'test wieħed u jarmonizza r-regoli li qabel kienu f'ħames Regolamenti separati, u jżid il-kategoriji ta' għajnuna mill-istat koperta mill-eżenzjoni. Dan jidħol fis-seħħ 20 ġurnata wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, u jagħti l-possibilltà lill-Istati Membri li jagħtu għajnuna immirata aħjar immedjatament.

Il-Kummissarju għall-Kompetizzjoni Neelie Kroes qalet: "Dawn ir-regoli ġodda jistabbilixxu qafas ċar biex jippermettu lill-Istati Membri jagħtu għajnuna immirata lejn il-ħolqien ta' l-impiegi, it-tisħiħ tal-kompetittività u t-titjib ta' l-ambjent mingħajr il-bżonn li tkun involuta l-Kummissjoni. Il-Kummissjoni b'hekk qegħda twettaq -l-impenn tagħha, f'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat u l-Att dwar in-Negozji ż-żgħar, li tagħmilha iktar faċli għall-Istati Membri biex jagħtul-aħjar tip ta' l-għajnuna mill-istat f'inqas ħin."

Il-"Pjan ta' Azzjoni dwar l-Għajnuna mill-Istat" tal-2005 (ara IP/05/680 u MEMO/05/195 ) għandu l-għan li joħloq sensiela ta' regoli sempliċi, faċli u koerenti għall-għajnuna li għandha l-possibilltà li tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku mingħajr ma tgħawweġ wisq il-kompetizzjoni (u b'hekk tissodissfa l-kundizzjonijiet ta' kompatibilltà spjegati fl-Artikolu 87(3) tat-tTrattat tal-KE). Is-simplifikazzjoni tista' tkun milħuqa l-aħjar bl-adozzjoni ta' "eżenzjoni ġenerali" li jeżentaw l-Istati Membri mill-obbligu li jinnotifikaw minn qabel l-għajnuna lill-Kummissjoni.

Ir-Regolament jikkostitwixxi wkoll kontribut importanti u effettiv immedjatament għall-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar addottat mill-Kummissjoni f'Ġunju 2008 (ara IP/08/1003). Dan jippermetti lill-Istati Membri li jappoġġjaw l-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fi stadji differenti ta' l-iżvilupp tagħhom. Is-26 kategorija kollha ta' għajnuna koperti mir-Regolament jistgħu jingħataw lill-SMEs. Sakemm għajnuna bħal din hija wkoll disponibbli għall-kumpaniji kbar, l-SMEs għandhom jibbenefikaw minn żieda speċjali.

F'konformità ma' l-agenda dwar ir-"Regolamenti aħjar" tal-Kummissjoni, sakemm hu possibbli, il-GBER jarmonizza wkoll, l-aspetti kollha orizzontali li japplikaw għall-oqsma ta' għajnuna differenti kkonċernati. Il-GBER għalhekk jinkorpora l-kontenut ta' serje ta' strumenti għall-għajnuna mill-Istat eżistenti addottati mill-Kummissjoni mill-2001 ’l hawn: Għajnuna lill-SMEs, għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp favur l-SMEs, għajnuna għall-impiegi, għajnuna għat-taħriġ u għajnuna reġjonali. Minbarra dan, ir-Regolament jintegra ħames kategoriji ta' għajnuna li s'issa kienu għad m'għandhomx eżenzjoni ġenerali: Għajnuna għall-ambjent, għajnuna għall-innovazzjoni, għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp għall-kumpanija kbar, għajnuna f'forma ta' kapital tar-riskju u għajnuna għall-impriżi l-ġodda maħluqa minn impredituri nisa. Il-kundizzjonijiet ta' eżenzjoni għall-aħħar tip ta' miżuri ta' għajnuna huma konsistenti mal-linji gwida għall-protezzjoni ambjentali li għadhom kif ġew addottati (ara IP/08/80 u MEMO/08/31 ), il-linji gwida dwar il-kapital tar-riskju (ara IP/06/1015 ) u l-Qafas dwar ir-Riċerka l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni (ara IP/06/1600 u MEMO/06/441 ).

Ir-Regolament ikompli jibni fuq il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-istat għall-protezzjoni ambjentali, billi jeżenta min-notifika sensiela ta' sussidji differenti li jippromwovu l-protezzjoni ambjentali. It-trattament simplifikat offrut mir-Regolament jikkostitwixxi għodda oħra biex l-Istati Membri jimplimentaw il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-klima ta’ l-UE (ara IP/07/29 u IP/08/80 ).

Miżuri għall-għajnuna li mhumiex inklużi fil-GBER mhumiex neċessarjament illegali. Dawn sempliċiment jibqgħu suġġetti għar-rekwiżiti tradizzjonali ta' notifika: il-Kummissjoni għandha teżamina notifiki bħal dawn fuq il-bażi tal-linji gwida u l-oqfsa eżistenti.

Il-kategorija ta' għajnuna awtorizzati mill-GBER huma għajnuna għal:

  • investiment u impjiegi ta’ l-SMEs

  • impriżi żgħar ġodda maħluqa minn impredituri nisa

  • konsulenza favur l-SMEs

  • parteċipazzjoni tal-SMEs fil-fieri

  • provvediment ta’ kapitali fir-riskju

  • riċerka u żvilupp

  • studji tekniċi ta' fattibilltà

  • spejjeż ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali għall-SMEs

  • riċerka u żvilupp fis-setturi ta' l-agrikoltura u s-sajd

  • impriżi żgħar innovattivi

  • servizzi ta' konsulenza dwar l-innovazzjoni u servizzi ta' appoġġ għall-innovazzjoni

  • is-self ta' persunal kwalifikat ħafna

  • taħriġ

  • reklutaġġ ta’ ħaddiema żvantaggjati fil-forma ta’ sussidji ta’ pagi

  • reklutaġġ ta’ ħaddiema b'diżabiltà fil-forma ta’ sussidji ta’ pagi

  • kumpens ta' l-ispejjeż addizzjonali mir-reklutaġġ ta' ħaddiema b'diżabiltà

  • investiment u impjiegi reġjonali

  • impriżi żgħar ġodda f'reġjuni mgħejjuna

  • investimenti lil hinn mill-istandards Komunitarji għal protezzjoni ta' l-ambjent

  • ix-xiri ta' karozzi li jmorru lil hinn mill-istandards Komunitarji għal protezzjoni ta' l-ambjent

  • adattament bikri għall-istandards ambjentali futuri għall-SMEs

  • investiment f'miżuri ta' iffrankar ta’ enerġija

  • investiment f'koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja

  • investiment fil-promozzjoni ta' l-enerġija minn sorsi rinovabbli

  • studji ambjentali

  • ambjent, fil-forma ta’ tnaqqis fit-taxxa

Il-GBER huwa disponibbli fuq:

http://ec.europa.eu/comm/competition/state_aid/reform/reform.cfm

Ara wkoll MEMO/08/481 .


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website