IP/08/1049
Brussell, is-27 ta’ Ġunju 2008
It-telefonati bl-internet qed isiru popolari
fid-djar Ewropej
Stħarriġ ta’ 27 000 dar
ma’ l-UE kollha kixef id-dehra ta’ xejriet ġodda tal-konsum
fis-servizzi tat-telekomunikazzjoni fl-Ewropa. Il-progress
teknoloġiku u l-kompetizzjoni lill-konsumaturi Ewropej
wessgħulhom l-għażla. Erba’ u għoxrin fil-mija
tad-djar waqqgħu l-linja tat-telefonija fissa favur iċ-ċellulari,
filwaqt li 22% jużaw il-kompjuter mid-dar biex jagħmlu telefonati
bl-internet. F’għadd dejjem ikbar ta’ Stati Membri, id-djar
Ewropej qed jużaw l-aċċess wajerless biex jaqbdu ma' l-internet,
permezz ta’ netwerks ċelllulari jew bis-satellita. Sadanittant, 29%
tad-djar Ewropej jixtru pakketti li jgħaqqdu flimkien it-telekomunikazzjoni
u l-midja, żieda ta' kważi 10% mis-sena li għaddiet. Madankollu,
il-kwalità tas-servizzi tibqa’ l-ogħla prijorità
għall-konsumaturi f’dan il-qasam li qed jiżviluppa
bil-ħeffa.
Hawn ir-riżultati ewlenin tat-tielet stħarriġ tad-djar fl-UE
kollha, li l-Kummissjoni ppubblikat llum:
- L-utenti kulma jmur dejjem aktar qed jeqilbu mil-linji fissi
għat-telefonija ċellulari, b’madwar 24% tad-djar fl-UE
jużaw ta’ l-aħħar biss. Il-proporzjon hija ogħla,
b’mod sinifikanti, fl-Istati Membri l-ġodda (39%) milli fl-UE-15
(20%), għajr il-Finlandja (61%) u l-Portugall (48%). F’xi Stati
Membri, din iż-żieda jmur magħha aktar użu ta’
l-aċċess wajerless għall-internet permezz tan-netwerk
ċellulari jew bis-satellita (ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja,
l-Awstrija u l-Italja).
- 22% tad-djar Ewropej b’konnessjonijiet ta’ l-internet issa
jużaw il-kompjuter biex jagħmlu t-telefonati. Din
iċ-ċifra tirdoppja fil-Latvja (58%), il-Litwanja (51%), ir-Repubblika
Ċeka (50%), il-Polonja (49%) u l-Bulgarija (46%)
- 29% tad-djar Ewropej jixtru żewġ prodotti, jew aktar,
tat-telekomunikazzjoni u l-midja minn fornitur tas-servizzi uniku
(żieda ta’ 9% mix-xitwa ta’ l-2007), bl-aktar kombinazzjoni
komuni tkun dik li tgħaqqad it-telefonija fissa u l-aċċess
għall-internet.
- Kważi nofs id-djar Ewropej għandhom aċċess
għall-internet (49%) u maġġornaza li dejjem qed tikber
għandhom konnessjoni broadband (36% fl-EU-27, żieda ta’
8% mix-xitwa ta’ l-2007). Il-maġġornaza tad-djar konnessi jaqbdu
ma’ l-internet permezz ta’ linja ADSL (59%, żieda ta’ 4%
meta mqabbla mas-sena li għaddiet). Ir-raġuni ewlenija li ngħatat
għala dak li jkun ma jkollux aċċess mid-dar għadha l-istess,
jiġifieri nuqqas ta' interess fl-internet (50% ta' dawk li
rrispondew).
- 22% tad-djar Ewropej għandhom diffikultà biex jikkuntattjaw
il-fornitur tas-servizzi ta’ l-internet tagħhom dwar problemi
ta’ konnessjoni. Għadd simili qalu li l-ispiża ta'
l-assistenza li jingħataw mhijiex għal buthom.
- Wieħed minn kull erba’ utenti taċ-ċellulari mhux
dejjem jirnexxilhom jaqbdu man-netwerk taċ-ċellulari biex jagħmlu
telefonata. 28% minnhom ġieli tinqatgħalhom il-linja.
- Aktar djar qed jirċievu t-televiżjoni diġitali
terrstri: żieda ta’ 5% mix-xitwa ta’ l-2007, biex issa
ntlaħqu 12% tad-djar ta’ l-UE 27. Is-sehem tad-djar li
jirċievu t-televiżjoni analoga permezz ta’ antenna issa
waqa’ minn 45% għal 41%.
- Dar minn kull għaxra fl-UE tirċievi t-televiżjoni permezz
ta’ aktar minn mod wieħed (antenna, kejbil, satellita, internet).
Din iċ-ċifra hija saħansitra ogħla fi Franza (25% tad-djar),
ir-Renju Unit (22%), l-Italja (19%), l-Iżvezja (19%), u Ċipru
(16%).
L-isfond:
Dan l-istħarriġ sar b’kampjun ta’ 27 000
rappreżentattiva minn 27 pajjiż, minn Novembru sa
Diċembru 2007.
Riforma
tar-regoli ta’ l-UE dwar it-Telekomunikazzjoni, imressqa mill-Kummissjoni
f’Novembru 2007 (ara IP/07/1677,
IP/07/1678,
MEMO/07/458),
bħalissa qed tiġi diskussa fil-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
It-test sħiħ ta’ l-istħarriġ tad-djar fl-UE
kollha huwa disponibbli fis-sit:
http://ec.europa.eu/information_society/policy/ecomm/library/ext_studies/index_en.htm
Għal aktar tagħrif dwar l-istħarriġ tas-sena li
għaddiet:
IP/07/582
Annex
Penetration rates for key telecom
services
|
Average EU 27 households Winter 2008
|
Average EU 27 households Winter 2007
|
% change EU 27 Winter 2008 / Winter 2007
|
|
Overall telephone access (fixed and/ or mobile)
|
95%
|
95%
|
0%
|
|
Mobile telephone access1
|
83%
|
81%
|
+2%
|
|
Fixed telephone access
|
70%
|
72%
|
-2%
|
|
Both fixed and mobile telephone access
|
57%
|
58%
|
-1%
|
|
Mobile but no fixed telephone access
|
24%
|
18%
|
+4%
|
|
Fixed but no mobile telephone access
|
14%
|
15%
|
-1%
|
|
Broadband internet access
|
36%
|
28%
|
+8%
|
|
DSL access
|
29%
|
22%
|
+7%
|
|
Cable-modem access
|
7%
|
6%
|
+1%
|
|
Television
|
96%
|
97%
|
-1%
|
|
Aerial
|
41%
|
45%
|
-4%
|
|
Cable-TV
|
34%
|
35%
|
+1%
|
|
Satellite
|
22%
|
21%
|
-1%
|
|
Digital Terrestrial TV
|
12%
|
7%
|
+5%
|
1 Note: The EU mobile telephone access rate per household is lower
than the penetration rate per capita because of multiple mobile access
(prepaid/postpaid) within a same household which only count as one when measured
at a household level.