Navigation path

Left navigation

Additional tools

Other available languages: EN FR DE

IP/07/930

Brussell, is-27 ta' Ġunju 2007

It-taxxa ta' l-ajruport fl-Ajruport ta' Malta: Il-Kummissjoni ttella' lil Malta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

Il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-taxxa ta' l-ajruport li tinżamm fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta tiddiskrimina bejn il-passiġġieri ta' l-ajru. Il-Kummissjoni llum għalhekk iddeċidiet li tippreżenta lment formali lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Il-passiġġieri bl-ajru li jivvjaġġaw minn Malta lejn Stati Membri oħra ta' l-UE se jibbenefikaw mit-tneħħija ta' l-effetti diskriminatorji fuq it-taxxa ta' l-ajruport.

It-taxxa ta' l-ajruport hija diskriminatorja għaliex tinżamm biss lill-passiġġeri ta' l-ajru li jibdew vjaġġ internazzjonali mill-ajruport ta' Malta, iżda ma tinżammx jekk passiġġier ikun beda l-vjaġġ barra minn Malta. It-taxxa għalhekk titfa' piż inġust fuq ir-residenti f'Malta, u tagħmilha aktar diffiċli għalihom biex jirċievu u jipprovdu servizzi fi Stati Membri oħra[1].

Barraminnhekk, id-destinazzjonijiet domestiċi huma eżentati mit-taxxa ta' l-ajruport. Skond il-Kummissjoni, it-taxxa ta' l-ajruport m'għandhiex tagħmel differenza bejn titjriet domestiċi u titjiriet intra-Komunitarji oħra.

Il-każ tal-Qorti jikkostitwixxi t-tielet pass fil-proċedura relevanti tal-ksur. L-ewwel kienet intbagħtet ittra ta' tqegħid fil-mora lil Malta fl-4 ta' Lulju 2006, u mbagħad opinjoni motivata nhar il-15 ta' Diċembru 2006.


[1] L-Artikolu 49 tat-Trattat tal-KE


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website