Navigation path

Left navigation

Additional tools

Other available languages: EN FR DE PL

IP/07/929

Brussell, is-27 ta' Ġunju 2007

Sistema ta' monitoraġġ u informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti: il-Polonja u Malta fil-mira tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni Ewropea llum bagħtet opinjoni motivata lill-Polonja u lil Malta minħabba t-traspożizzjoni inkorretta tagħhom fil-liġi nazzjonali tal-leġiżlazzjoni ta' l-UE dwar is-sistema tal-Komunità għall-monitoraġġ tat-traffiku tal-vapuri fl-ilmijiet Ewropej.

Il-Kummissjoni ddeċidiet li taġixxi kontra l-Polonja u Malta minħabba n-nuqqas tagħhom li jittrasponu b'mod xieraq il-leġiżlazzjoni ta' l-UE dwar it-tbaħħir.

Id-Direttiva kkonċernata[1] ssaħħaħ is-sigurtà tat-traffiku marittimu billi ttejjeb ir-rispons ta' l-awtoritajiet għall-inċidenti u sitwazzjonijiet potenzjalment perikolużi fuq il-baħar. Tikkontribiwxxi għalhekk għal prevenzjoni u lokalizzazzjoni aħjar ta' tniġġis minn vapuri.

Id-Direttiva hija parti essenzjali mit-tieni pakkett marittimu adottat mill-Komunità wara d-diżastru ta' l-Erika. Tistipula l-obbligu ta' notifika lill-awtoritajiet marittimi, l-aktar f'każ fejn vapur ikun qed iġorr tagħbija perikoluża jew li tniġġes. Id-Direttiva tipprovdi wkoll għall-intervent f'każ ta' inċidenti fuq il-baħar. F'dan il-kuntest, tistipula l-obbligu għall-Istati Membri li jfasslu pjanijiet sabiex jilqgħu vapuri f'diffikultà fl-ibħra kostali tagħhom. Iż-żewġ Stati Membri kellhom jittrasponu d-Direttiva sad-data ta' l-adeżjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea, l-1 ta' Mejju 2004.

Il-Kummissjoni sabet difetti fid-dispożizzjonijiet Maltin li għandhom x'jaqsmu mat-tgħammir tal-vapuri b'mezzi bħal Sistemi ta' Identifikazzjoni Awtomatika (AIS) u Sistemi għall-Irrekordjar ta' Informazzjoni dwar il-Vjaġġ (VDR), filwaqt li l-Polonja qed tiġi kkritikata minħabba, fost l-oħrajn, id-dispożizzjonijiet tagħha dwar ir-rappurtar ta' inċidenti fuq il-baħar u n-notifika ta' oġġetti perikolużi u li jniġġsu.


[1] Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/59/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website