Navigation path

Left navigation

Additional tools

Il-Kummissjoni teżamina l-impatt tal-finanzjament tar-reġjuni, tniedi dibattitu dwar il-politika li jmiss ta' koeżjoni

European Commission - IP/07/721   30/05/2007

Other available languages: EN FR DE DA ES NL IT SV PT FI EL CS ET HU LT LV PL SK SL BG RO

IP/07/721

Brussell, 30 ta' Mejju 2007

Il-Kummissjoni teżamina l-impatt tal-finanzjament tar-reġjuni, tniedi dibattitu dwar il-politika li jmiss ta' koeżjoni

Il-politika ta' koeżjoni kienet effettiva billi għenet lir-reġjuni ta' l-Unjoni Ewropea jiviluppaw, iżda se tiffaċċja xi sfidi ġodda fis-snin li ġejjin.Dawn huma ir-riżultati fl-aħħar rapport ta' l-Unjoni Ewropea dwar il-koeżjoni ekonomika u soċjali[1]. Dan ir-raba' rapport, pubblikat illum, ikopri is-sitwazzjoni ekonomika, soċjali u territorjali ta' l-Unjoni ta' 27 Stat Membru wara t-tkabbir u 268 reġjun għall-ewwel darba. Ir-rapport fih analiżi dettaljata tal-qagħda tar-reġjuni f'dak li għandu x'jaqsam mal-PGD, il-produttività u x-xogħol. Huwa jidentifika sensiela ta' sfidi li l-Istati Membri u r-reġjuni se jkunu qed iħabbtu wiċċhom magħhom fis-snin li ġejjin. Huwa jagħti l-ewwel analiżi ta' l-impatt tal-politika ta' koeżjoni Ewropea fil-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006 u tat-tħejjija għall-perjodu l-ġdid 2007-2013. Ir-rapport jinkludi 10 mistoqsijiet li jqanqlu dibattitu fl-istituzzjonijiet Ewropej u lil hinn minnhom dwar il-futur ta' dan il-qasam ewlieni ta' politika.

Meta kienet qed tippreżenta r-rapport, Danuta Hübner, il-Kummissarju responsabbli għall-politika reġjonali, qalet: "Il-politika ta' koeżjoni wriet il-ħila tagħha li taġġusta għal ċirkostanzi li qed jinbidlu. Hija appoġġat l-investiment li tant kien meħtieġ fl-infrastruttura, fir-riżorsi umani, u fil-modernizzazzjoni u d-diversifikazzjoni ta' l-ekonomiji reġjonali. Hija għenet biex ikun hemm bidla fil-politika dwar l-investiment pubbliku fl-Istati Membri lejn il-prijoritajiet ta' l-Unjoni."

Hija żiedet tgħid: "Il-politika ta' koeżjoni hija dwar li tipprovdi opportunitajiet lil kull ċittadin ta' l-UE, jinsab fejn jinsab billi tnaqqas id-disparitajiet bejn ir-reġjuni, billi timmobilizza potenzjal li għadu mhux użat u billi tikkonċentra r-riżorsi fuq investimenti li jiġġeneraw tkabbir. L-Unjoni għandha quddiemha bosta sfidi fil-perjodu li jmiss: popolazzjoni li se tibda tonqos minn madwar l-2020 u li diġà qed tonqos f'bosta reġjuni, żieda fil-pressjoni ekonomika li ġejja mill-kompetituri globali, żieda fil-prezzijiet ta' l-enerġija, bidla fil-klima, u l-polarizzazzjoni soċjali. L-Ewropa trid twieġeb għal dawn l-isfidi. Għal dan jeħtieġ li ninvolvu lir-reġjuni kollha u lin-nies biex ikunu ġġenerati l-ġid, l-impjiegi u t-tkabbir."

Vladimír Špidla, il-Kummissarju ta' l-UE għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs, ikkummenta: "Hija kkontribwiet ukoll biex titnaqqas l-esklużjoni soċjali u l-faqar u biex titjieb l-amministrazzjoni u l-governanza pubblika, partikolarment fil-livell sotto-nazzjonali. B'dan il-mod, il-politika kkontribwiet għat-tkabbir tal-PGD u biex tnaqqis fid-disparitajiet fl-Unjoni."

Huwa żied jgħid: "Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) se jinvesti aktar minn 10 biljun Euro fin-nies kull sena għas-seba' snin li ġejjin biex igħinhom itejbu l-ħiliet tagħhom u l-kapaċità li jaħdmu. L-isfidi tal-progress teknoloġiku u l-globalizzazzjoni jagħmluha partikularment importanti li n-nies ikollhom il-ħiliet biex ilaħħqu mal-bidla – il-ħaddiema jridu jkunu kapaċi li jadattaw." Huwa żied jgħid: "Il-FSE huwa għodda essenzjali biex tgħin lill-Istati Membri ipoġġu l-flexicurity – għaqda ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol, arranġamenti kontrattwali flessibbli u tagħlim tul il-ħajja – fil-prattika. Għandu sehem ewlieni biex igħin jippromwovi u jimplimenta l-politika ta' rikonċiljazzjoni li hija speċjalment importanti għall-isforzi ta' l-UE biex tkabbar in-numru ta' nisa u rġiel fis-suq tax-xogħol"

Il-Kummissarju Hübner ippreżentat ix-xena għal diskussjoni dwar x'għandu jsir f'dan il-qasam politiku wara il-perjodu ta' finanzjament kurrenti, li jkopri 2007-2013.

"Nistgħu nagħmlu anke aħjar –– Nipproponi 10 mistoqsijiet għal dibattitu dwar il-futur ta' din il-politika li nittama jkun wieħed wiesgħa u inklussiv. Jien inkun nista' nirrapporta dwar ir-riżultati ta' dan ir-rapport is-sena d-dieħla."

IR-RIŻULTATI TAR-RAPPORT

Ir-rapport għandu erba' partijiet:

  1. Is-sitwazzjoni ekonomika, soċjali u territorjali u x-xejriet fl-Istati Membri u r-reġjuni ta' l-UE-27 L-analiżi turi li d-disparitajiet fid-dħul u x-xogħol fl-Unjoni Ewropea kollha djiequ f'dawn l-aħħar 10 snin. Iżda, għad hemm differnzi kbar li jridu jinqarrbu bejn il-foqra u l-kumplament li jeħtieġu sforz fit-tul.
  2. L-impatt tal-politika ta' koeżjoni: Il-programmi Ewropej ta' koeżjoni għinu direttament biex jippromwovu l-konverġenza reġjonali u l-impjiegi. Per eżempju, bejn l-2000 u l-2006, il-politika ikkontribwiet fit-tkabbir tal-PGD bi 2.8% fil-Greċja u bi 2% fil-Protugall; stimi preliminari jissuġġerixxu li fuq il-perjodu 2007-2013, il-politika se tikkontribwixxi għal żieda fil-PGD tal-Litwanja, il-Latvja u r-Repubblika Ċeka b'xi 8.5%, tal-Polonja b'xi 5.5% u tal-Greċja b'xi 3.5%. Il-politika ta' koeżjoni kkontribwiet ukoll għat-tnaqqis ta' l-esklużjoni soċjali u l-faqar: tikkoofinanzja t-taħriġ ta' 9 miljun ruħ kull sena, aktar minn nofshom nisa, li jwassal għal kondizzjonijiet aħjar ta' xogħol u dħul akbar; aktar minn 450,000 impjieg gross iġġenerati f'sitt pajjiżi bejn l-2000 u l-2005 li jammontaw għal 2/3 tal-finanzjament ta' l-Objettiv 2.
  3. Politika nazzjonali u koeżjoni: L-investiment pubbliku fis-snin li għaddew kien għan-niżla hekk kif il-baġits huma konfrontati bil-konsegwenzi ta' popolazzjoni li qiegħda tixjieħ (riforma tal-pensjonijiet, nefqa akbar fuq is-sistemi ta' l-edukazzjoni u s-saħħa) riforma ekonomika li twassal għal konsolidament tal-finanzi pubbliċi. Fl-1993, l-investiment pubbliku ammonta għal xi 2.9% tal-PGD. Tnax-il sena wara, niżel għal 2.4% tal-PGD. Fl-istess ħin, qegħdin naraw proċess li bih d-deċiżjoni u l-maniġment fl-investiment pubbliku qiegħad bil-mod, iżda b'mod konsistenti, ikun deċentralizzat għal-livelli reġjonali u lokali. Bejn l-2000 u l-2005 l-ispiża pubblika fuq dawk il-livelli żdiedet kull sena bi 3.6%, b'pass aktar mgħaġġel minn dak tal-PGD (1.7%) u l-ispiża pubblika totali (2.5%).
  4. Politika Komunitajra u koeżjoni: Il-politika differenti Komunitarja – ir-Riċerka u l-Iżvilupp (R&D) u l-innovazzjoni, l-agrikoltura, l-kompetizzjoni u l-għajnuna statali - għandhom il-potenzjali li jkabbru l-effettività tal-politika ta' koeżjoni, per eżempju, billi jieħdu kont espliċitu taċ-ċirkostanzi ekonomiċi, soċjali u territorjali. Ir-rapport juri li dan hu l-każ li se jkompli jikber imma għad hemm sinerġiji li jridu jkunu sfruttati.

MISTOQSIJIET PRINĊIPALI

Ir-rapport jipproponi dawn il-mistoqsijiet li ġejjin għal dibattitu wiesa' dwar il-futur tal-politika ta' koeżjoni.

1. X'tagħlimiet tista' tieħu mill-esperjenza tal-preparazzjoni tal-programmi ta' l-2007/2013? F'dan il-kuntest u fid-dawl ta' l-analiżi mogħtija f'dan ir-rapport kemm hija l-politika ta' koeżjoni adattata għall-isfidi l-ġodda li r-reġjuni Ewropej se jiffaċċjaw fis-snin li ġejjin? Pereżempju:

1.1. Kif jistgħu r-reġjuni jirreaġixxu għall-pressjoni ta' ristrutturar li ġejja minn kompetituri dinamiċi fis-setturi tekniċi baxxi u medji?

1.2. Billi hemm differenzi kbar fir-rati ta' twelid, ir-rati ta' mwiet u l-flussi migratorji fuq il-livell reġjonali, x'inhu s-sehem tal-politika ta' koeżjoni bħala rispons għall-bidla demografika?

1.3. Sa liema punt il-bidla fil-klima hija sfida għall-politika ta' koeżjoni?

2. Kif tista' l-politika ta' koeżjoni tiżviluppa aktar strateġija integrata u aktar flessibbli għall-iżvilupp/it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi f'dan il-kuntest?

2.1. Kif tista' l-politika ta' koeżjoni tippromwovi aħjar żvilupp armonjuż, bilanċjat u sostenibbli fil-waqt li titqies id-diversità tat-territorji ta' l-UE bħalma huma ż-żoni żvantaġġati, il-gżejjer u ż-żoni rurali u ta' mal-kosta kif ukoll l-ibliet, ir-reġjuni industrijali li sejrin lura, żoni oħrajn b'karatteristiċi partikulari ġeografiċi?

2.2. X'inhu l-impatt ta' dawn l-isfidi identifikati fir-rapport għall-elementi ewlenin tal-koeżjoni soċjali bħalma huma l-inklużjoni, l-integrazzjoni u l-opportunità għal kulħadd? Hemm bżonn ta' aktar sforzi biex ikun antiċipat u jingħeleb dan l-impatt?

2.3. Liema huma l-ħiliet ewlenin tal-futur li huma essenzjali għaċ-ċittadini tagħna ffaċċati b'dawn l-isfidi?

2.4. Liema huma l-kompetenzi kritiċi li għandhom ikunu żviluppati fuq il-livell reġjonali biex jagħmlu r-reġjuni globalment kompetittivi?

3. Wara r-reviżjoni tal-mistoqsijiet preċedenti x'inhi l-valutazzjoni tas-sistema tal-ġestjoni tal-politika għall-perjodu 2007-2013?

3.1. Billi hemm bżonn ta' ġestjoni effiċjenti tal-programmi tal-politika ta' koeżjoni, liema hi l-aħjar allokazzjoni tar-responsabbiltà bejn il-livell Komunitarju, nazzjonali u reġjonali fis-sistema ta' governanza b'ħafna livelli?

3.2. Kif tista' l-politika ta' koeżjoni ssir aktar effettiva biex tappoġġa l-politika pubblika fl-Istati Membri u r-reġjuni? X'mekkaniżmi ta' twettiq jistgħu jagħmlu din il-politika bbażata aktar fuq il-prestazzjoni u aktar faċli għall-klijent?

3.3. Kif nistgħu nsaħħu aktar ir-relazzjoni bejn il-politika ta' koeżjoni u l-politika l-oħra nazzjonali u Komunitarja biex jinkisbu sinerġiji u kumplimentarjitajiet aktar u aħjar?

3.4. Liema huma l-opportunitajiet il-ġodda għall-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni, kemm ġewwa u kif ukoll barra l-UE?

Nota lill-edituri

Ir-Raba' Rapport dwar il-Politika ta' Koeżjoni Ekonomika u Soċjali jippreżenta data bażika u l-mistoqsijiet prinċipali għal dibattitu miftuħ dwar il-futur tal-politika ta' koeżjoni wara l-2013 li se tkun uffiċjalment varata mar-Raba' Forum ta' Koeżjoni ppjanat għas-27-28 ta' Settembru fi Brussell.

Il-Kummissjoni Ewropea teħtieġ li tipproduċi rapport dwar il-koeżjoni Ekonomika u Soċjali skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 159 tal-verżjoni konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jistqarr:

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport, kull tliet snin, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, dwar il-progress li jkun sar sabiex tintlaħaqil-koeżjoni ekonomika u soċjali u dwar il-mod ta’ kif il-mezzi varji msemmija f’dan l-Artikolu ikunuwasslu għal dan l-iskop.. Dan ir-rapport għandu, jekk ikun hekk meħtieġ, jinkludi l-proposti xierqa.
Għal aktar informazzjoni dwar il-politika reġjonali mur fuq:

http://ec.europa.eu/regional_policy/index_en.htm


[1] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni COM/2007/273


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website