Navigation path

Left navigation

Additional tools

IP/07/706

Brussell, l-24 ta' Mejju 2007

Il-Kummissjoni tilqa' l-ftehim politiku dwar id-Direttiva l-ġdida għall-midja awdjoviżiva fl-Ewropa

Wara proċess leġiżlattiv ta' tmintax-il xahar biss, illum intlaħaq ftehim politiku dwar id-Direttiva l-ġdida għas-Servizzi Medjatiċi Awdjoviżivi bla Fruntieri. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ftiehmu dwar l-għanijiet ewlenin tal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni sabiex jiġu mmodernizzati l-liġijiet li jirregolaw l-industrija tas-servizzi awdjoviżivi. Id-Direttiva ser toffri qafas legali komprensiv li jkopri s-servizzi medjatiċi awdjoviżivi kollha, b'regolamentazzjoni anqas dettaljata u aktar flessibbli u b'regoli mmodernizzati għar-riklamar fuq it-televiżjoni li jsaħħu l-finanzjament tal-kontenut awdjoviżiv. Id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-aħħar ta' l-2007.

"Illum għamilna pass deċiżiv lejn suq intern reali fis-servizzi awdjoviżivi u lejn industrija aktar kompetittiva fil-qasam tal-kontenut awdjoviżiv Ewropew ", qalet Viviane Reding, il-Kummissarju ta' l-UE għas-Soċjetà ta' l-Informatika u l-Midja. "Din hija leġiżlazzjoni importanti li timmodernizza u ddaħħal il-politika awdjoviżiva Ewropea fis-seklu 21, li tagħti spinta mistennija lill-industrija. Għandha tnaqqas ir-regolamentazzjoni, issaħħaħ il-finanzjament tal-kontenut Ewropew u tipprovdi aktar viżibilità lill-valuri l-aktar importanti għall-Ewropa, tad-diversità kulturali u tal-ħarsien tal-minuri.

Id-Direttiva l-ġdida dwar is-Servizzi Medjatiċi Awdjoviżivi bla Fruntieri, li dwarha issa ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, ser tippermetti lis-settur awdjoviżiv jaffronta t-tibdil profond li għandu quddiemu, biex jakkomoda l-iżviluppi teknoloġiċi u l-iżviluppi tas-suq kif ukoll id-drawwiet ta' l-ispettaturi li qed jinbidlu b'riżultat tal-konverġenza. Id-Direttiva tassigura li r-regoli aġġornati jkopru s-servizzi kollha tal-midja awdjoviżiva, b'mod indipendenti mit-teknoloġija użata għat-trasmissjoni – minn programmi televiżivi tradizzjonali sa servizzi ġodda mitluba, relatati mas-servizzi televiżivi. Dan ser jgħin sabiex fil-ġejjieni s-settur isir aktar kompetittiv.

Id-Direttiva kif aġġornata tibqa' msejsa għal kollox fuq il-prinċipju tal-pajjiż ta' l-oriġini. Id-Direttiva tistabbilixxi proċedura, ibbażata fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, li permezz tagħha l-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu passi definittivi kontra xandara minn Stati Membri oħra li jiksru r-regoli nazzjonali tal-pajjiż destinatarju.

Il-produtturi awdjoviżivi ser jibbenifikaw ukoll minn regoli dwar ir-riklamar li huma anqas dettaljati u aktar flessibbli, li jiftħu toroq ġodda u attraenti għall-iffinanzjar u li fl-aħħar mill-aħħar jistimulaw is-settur responsabbli għall-produzzjoni tal-kontenut.

Id-Direttiva kif modernizzata tagħti drittijiet ġodda liċ-ċittadini. Dawn jinkludu d-dritt li jiġu rtirati estratti ta' avvenimenti importanti għall-għanijiet ġodda ġenerali, id-dritt li tiġi identifikata b'mod ċar l-entità li qed tipprovdi s-servizz medjatiku; it-titjib fl-aċċess għas-serviżżi medjatiċi awdjoviżivi għan-nies b'diżabilità fil-vista u fis-smigħ, u regoli ċari dwar il-wiri tal-prodotti, li jobbligaw lix-xandara jinfurmaw lill-konsumaturi meta dan il-wiri ikun preżenti.

Id-Direttiva l-ġdida hija konferma oħra ta' l-aktar valuri importanti Ewropej, li tirrikjedi mill-Istati Membri l-ħarsien tal-minuri, il-promozzjoni tax-xogħlijiet Ewropej, il-produzzjonijiet awdjoviżivi indipendenti, u l-projbizzjoni ta' kontenut li jqajjem mibegħda reliġjuża jew razzjali. Tinkoraġġixxi wkoll, b'mod espliċitu, l-awtoregolamentazzjoni u l-koregolamentazzjoni fl-industrija (ara IP/07/138).

Wara progress mgħaġġel biex intlaħaq ftehim politiku bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Ministri, wara biss 18-il xahar, id-Direttiva mistennija tidħol fis-seħħ qabel tmiem l-2007. L-Istati Membri ser jingħataw 24 xahar biex jittrasponu l-artikoli l-ġodda fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, b'hekk il-qafas legali kif aġġornat fil-qasam tal-kummerċ awdjoviżiv ikun applikabbli kollu kemm hu fl-2009.

L-isfond:

Fit-13 ta' Diċembru 2005, il-Kummissjoni pproponiet li ssir reviżjoni tad-Direttiva "Televixin Mingħajr Fruntieri" sabiex jiġu indirizzati żviluppi teknoloġiċi u żviluppi sinifikanti tas-suq fis-settur tas-servizzi awdjoviżivi (ara IP/05/1573 and MEMO/06/208). Fid-9 ta' Marzu 2007 l-Kummissjoni adottat proposta aġġornata ta' abbozz modernizzat tad-direttiva dwar is-servizzi awdjoviżivi (ara IP/07/311) biex tħejji t-triq għal dan il-ftehim bikri tat-tieni qari tagħha mill-Parlament u mill-Kunsill (ara MEMO/07/206).

It-test ta' din id-Direttiva u l-mistoqsijiet l-aktar komuni relatati magħha jinsabu:

http://ec.europa.eu/information_society/newsroom/cf/itemlongdetail.cfm?item_id=3430


Side Bar

My account

Manage your searches and email notifications


Help us improve our website