IP/07/584
Brussell, il-27 april 2007
"Jekk inkomplu fuq din ir-rotta, bis-saħħa ta' l-isforzi kkoordinati ta' kulħadd fl-Unjoni Ewropea, il-mira tista' tintlaħaq fl-2010, imma mhemmx garanzija ta' dan – jeħtieġ li l-isforzi ma jaqtgħu xejn," qal Jacques Barrot, il-Viċi President tal-Kummissjoni inkarigat mit-trasport, filwaqt li fakkar li s-sikurezza fit-toroq hija prijorità tal-mandat tiegħu, u stieden lill-Istati Membri jistudjaw b'attenzjoni r-rapport li għadu kemm ġie ppubblikat u minnu jisiltu l-konsegwenzi. "Fuq kollox, lill-gvernijiet inħeġġiġhom jaġixxu bil-qawwa meta r-riżultati jkunu allarmanti," żied jgħid.
Lil hinn mis-sempliċi ċifri u mill-istatistika ta' l-għadd ta' vittmi ta' inċidenti tat-triq, fil-fatt huwa ta' importanza vitali li r-riżultati tal-pajjiżi jiġu vvalutati permezz ta' indikaturi magħżula bir-reqqa. Dawn ta' l-aħħar jirriflettu l-effett tal-politiki segwiti u jħallu li tittieħed l-azzjoni fuq problemi konkreti. Fil-kuntest ta' l-ewwel Jum Ewropew tas-Sikurezza fit-Toroq, dawn ir-riżultati qed jiġu ppreżentati lill-pubbliku ġenerali.
Fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew tas-Sikurezza fit-Toroq, il-Kummissjoni għall-ewwel darba qed tippubblika r-riżultati tal-proġett "SafetyNet", iffinanzjat bis-Sitt Programm ta' Qafas tar-Riċerka, u li jistabbilixxi l-pedamenti ta' l-Osservatorju Ewropew tas-Sikurezza fit-Toroq. Dan il-proġett ħalla li jsir xogħol importanti fuq l-indikaturi f'dak li jirrigwarda s-sikurezza fit-toroq.
Fir-rapport[1], jintgħażlu seba' indikaturi tas-sikurezza fit-toroq: l-alkoħol u d-drogi; il-veloċità: iċ-ċinturini tas-sikurezza u l-crash helmets; l-użu tad-dwal tal-karozzi bi nhar; is-sikurezza passiva tal-vetturi; l-infrastruttura tat-toroq; l-ewwel għajnuna għall-vittmi. L-ewwel tliet indikaturi huma fl-istess waqt dawk l-aktar importanti kif ukoll l-aktar li huma ddokumentati.
Bejn il-pajjiżi li ġew studjati, joħorġu diverġenzi kbar. Hekk,
bejn 5% u 30% ta' l-imwiet fit-toroq iseħħu f'inċidenti li fihom talanqas wieħed mis-sewwieqa jkun xorob aktar mil-limitu legali.
Sa 50% tas-sewwieqa ma jirrispettawx il-limiti tal-veloċità li jinsabu fis-seħħ.
Bejn 67% u 97% tan-nies fil-postijiet ta' quddiem fil-karozzi u l-vannijiet jilbsu ċ-ċinturin tas-sikurezza, imma huma biss 28% sa 89% li jilbsuh meta jkunu bilqiegħda fil-postijiet ta' wara. Bejn 20% u 96% tat-tfal ta' anqas minn 12-il sena jużaw seats adatti.
Minkejja li s-sikurezza offruta mill-vetturi fihom infushom (is-sikurezza passiva) qed titjieb minn sena għall-oħra, jolqtok tassew il-fatt li l-qabża bejn il-pajjiżi l-aktar mgħammra u l-oħrajn xejn mhi qed tiċkien.
It-tabelli annessi jagħtu idea tar-riżultati milħuqa minn Stati Membri differenti, flimkien ma' l-Iżvizzera u n-Norveġja, għall-alkoħol fis-sewqan, l-użu taċ-ċinturin tas-sikurezza u ta' seats adatti għat-tfal. Rigward ir-riżultati dwar il-veloċitajiet, id-definizzjonijiet nazzjonali jvarjaw wisq minn xulxin biex iħallu li tittella' tabella komparattiva.
L-indikaturi jagħmlu parti mil-loġika tal-"klassifika tas-sikurezza fit-toroq" li qed titħabbar illum, waqt l-ewwel Jum Ewropew tas-Sikurezza fit-Toroq.
Tabella 1: Il-perċentwal ta' l-imwiet fit-toroq li jinvolvu talanqas sewwieq wieħed li jkun ikkonsma aktar alkoħol mil-limitu legali (ħlief fejn ikun hemm indikazzjoni mod ieħor).
|
Pajjiż
|
Il-limitu legali (mg/ml)
|
%
|
Kummenti
|
|
Ir-Rep. Ċeka
|
0.0
|
4.8%
|
|
|
L-Awstrija
|
0.5
|
5.9%
|
|
|
Il-Belġju
|
0.5
|
8.2%
|
It-test sar fuq 20% biss tas-sewwieqa mdaħħla f'inċidenti
fejn seħħu l-imwiet
|
|
L-Olanda
|
0.5
|
8.3%
|
|
|
L-Ungerija
|
0.0
|
8.7%
|
Li minnhom 8.4% involvew sewwieqa li kienu qabżu l-livell ta' 0.5%
mg/ml ta' alkoħol fid-demm
|
|
Il-Greċja
|
0.5
|
9.4%
|
|
|
Il-Polonja
|
0.2
|
9.8%
|
|
|
Il-Ġermanja
|
0.3
|
12.1%
|
|
|
Is-Slovakkja
|
0.0
|
12.9%
|
|
|
Il-Litwanja
|
0.4
|
14.8%
|
|
|
Id-Danimarka
|
0.5
|
16.0%
|
|
|
Ir-Renju Unit
|
0.8
|
17.0%
|
|
|
L-Iżvizzera
|
0.5
|
19.3%
|
|
|
Il-Latvja
|
0.5
|
21.7%
|
|
|
In-Norveġja
|
0.2
|
22.2%
|
Sewwieqa li mietu waqt li kienu taħt l-effett ta' l-alkoħol,
bħala perċentwal tas-sewwieqa kollha li nqatlu f'inċidenti
tat-traffiku
|
|
Ċipru
|
0.9
|
22.5%
|
Il-limitu ta' l-alkoħol fid-demm tnaqqas għal 0.5 mg/ml
fl-2006
|
|
Il-Finlandja
|
0.5
|
23.4%
|
|
|
L-Estonja
|
0.2
|
23.5%
|
|
|
L-Iżvezja
|
0.2
|
25.0%
|
Abbażi ta' l-awtopsji tas-sewwieqa li nqatlu f'inċidenti
tat-traffiku
|
|
Il-Portugall
|
0.5
|
27.8%
|
Sewwieqa li mietu waqt li kienu taħt l-effett ta' l-alkoħol,
bħala perċentwal tas-sewwieqa kollha li nqatlu f'inċidenti
tat-traffiku
|
|
Franza
|
0.5
|
28.8%
|
Perċentwal ta' l-inċidenti li fihom seħħew l-imwiet
fejn is-sewwieq ġie ttestjat
|
|
Spanja
|
0.5
|
29.5%
|
Sewwieqa li mietu waqt li kienu taħt l-effett ta' l-alkoħol,
bħala perċentwal tas-sewwieqa kollha li nqatlu f'inċidenti
tat-traffiku
|
Tabella 2: Perċentwal ta' l-utenti ta' karozzi jew ta' vannijiet li jilbsu ċ-ċinturin tas-sikurezza fil-postijiet ta' quddiem fil-vettura (bi nhar)
|
Pajjiż
|
%
|
|
Franza
|
97%
|
|
Il-Ġermanja
|
96%
|
|
Malta *
|
96%
|
|
L-Iżvezja
|
92%
|
|
L-Olanda
|
90%
|
|
Ir-Renju Unit
|
90%
|
|
In-Norveġja
|
90%
|
|
Il-Finlandja
|
88%
|
|
L-Irlanda
|
86%
|
|
Il-Portugall *
|
86%
|
|
Id-Danimarka
|
85%
|
|
L-Awstrija
|
83%
|
|
L-Iżvizzera
|
82%
|
|
Il-Lussemburgu
|
80%
|
|
Il-Polonja *
|
78%
|
|
Il-Latvja *
|
77%
|
|
Spanja
|
74%
|
|
L-Estonja
|
74%
|
|
Ir-Repubblika Ċeka
|
72%
|
|
L-Italja *
|
71%
|
|
Il-Belġju
|
71%
|
|
L-Ungerija
|
67%
|
* is-sewwieqa biss
Tabella 3: Perċentwal ta' l-utenti ta' karozzi jew ta' vannijiet li jilbsu ċ-ċinturin tas-sikurezza fil-postijiet ta' wara fil-vettura (bi nhar)
|
Pajjiż
|
%
|
|
Il-Ġermanja
|
89%
|
|
In-Norveġja
|
85%
|
|
Ir-Renju Unit
|
84%
|
|
Il-Finlandja
|
78%
|
|
L-Iżvezja
|
73%
|
|
Franza
|
70%
|
|
L-Olanda
|
64%
|
|
Id-Danimarka
|
63%
|
|
Il-Lussemburgu
|
60%
|
|
L-Iżvizzera
|
53%
|
|
L-Awstrija
|
52%
|
|
Spanja
|
51%
|
|
L-Irlanda
|
46%
|
|
Il-Portugall
|
45%
|
|
Ir-Repubblika Ċeka
|
41%
|
|
L-Ungerija
|
34%
|
|
L-Estonja
|
30%
|
|
Malta
|
28%
|
[1] Ir-rapport jinqara (bl-Ingliż) fil-paġna "is-sikurezza fit-toroq" tas-sit ta' l-internet Europa, hawnhekk: http://ec.europa.eu/transport/roadsafety/road_safety_observatory/rspi_en.htm.