IP/07/514
Brussell, 19 ta’ April 2007
"Din is-Sistema ta’ Twissija f’Waqtha hija regolatur b'saħħtu u eżempju eċċellenti tal-valur miżjud Ewropew" qalet il-Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet tal-Konsumatur, Meglena Kuneva. "Iż-żieda kostanti ta’ l-għadd ta’ miżuri nnotifikati huwa sinjal tajjeb, u turi li l-viġilanza madwar l-Ewropa qed kull ma jmur dejjem titjieb. Ir-rapport annwali ta’ llum juri li s-sistema fl-2006 ħadmet aħjar minn qatt qabel. Xogħli huwa li din tibqa’ tikber sakemm tilħaq il-potenzjal sħiħ tagħha."
Żieda ta' 32% fin-notifiki
L-għadd ta’ notifiki żdied ħafna matul dawn l-aħħar sentejn. Fit-tieni sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ regoli riveduti li jirregolaw is-sikurezza ta’ prodotti ta’ konsum li mhumiex ikel fl-Ewropa, l-għadd ta’ notifiki li għandhom x’jaqsam ma’ prodotti li huma ta’ riskju serju aktar minn irdoppja minn 388 fl-2004 għal 924 fl-2006. Fl-2006, kien hemm żieda ta’ 32% meta mqabbla ma’ l-2005 għal notifiki ta' riskju serju. Aktar minn 40% tan-notifiki kollha kienu dwar miżuri volontarji meħuda minn kumpaniji – żieda konsiderevoli minn sena għall-oħra. Din hija indikazzjoni ċara ta' tkabbir fl-għarfien dwar is-sikurezza min-naħa ta' l-operaturi ekonomiċi Ewropej.
Ħames pajjiżi ressqu 60% tan-notifiki kollha:
Il-valutazzjoni tat-tħaddim tas-sistema fl-2006 tindika li bejn l-Istati Membri għad hemm distribuzzjoni irregolari ta’ notifiki u ta’ reazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ prodotti li huma ta’ riskju serju. Għaldaqstant huwa meħtieġ li xi Stati Membri jtejbu l-parteċipazzjoni tagħhom fis-sistema RAPEX.
Fuq nett tal-lista; ġugarelli u oġġetti tad-dar li jaħdmu bl-elettriku
Il-prodotti l-aktar notifikati jinkludu:
Ġugarelli, oġġetti tad-dar li jaħdmu bl-elettriku u vetturi bil-mutur flimkien kienu s-suġġett ta' aktar min-nofs tan-notifiki fl-2006. L-istess kien ħareġ mir-riżultati tas-sena ta' qabel. L-akbar differenza hija li għall-ewwel darba, il-ġugarelli ħadu post l-oġġetti tad-dar li jaħdmu bl-elettriku bħala l-kategorija ta’ prodotti l-aktar innotifikati.
L-aktar riskji komuni
Il-ħames kategoriji ta’ riskju prinċipali kienu:
Il-pajjiż ta’ l-oriġini prinċipali
Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ġiet indikata bħala
l-pajjiż ta’ l-oriġini tal-prodott innotifikat fi kważi
nofs il-każijiet kollha (440 notifika, 48%). Sabiex titratta din
is-sitwazzjoni, il-Kummissjoni intensifikat il-kooperazzjoni tagħha dwar
is-sikurezza tal-prodotti maċ-Ċina. Minħabba li ċ-Ċina
hija wieħed mill-akbar esportaturi ta’ prodotti ta’ konsum lejn
l-Ewropa, fl-2006 il-Kummissjoni ffirmat Memorandum ta’ Ftehim u
Roadmap għal ġugarelli aktar sikuri sabiex ittejjeb
is-sikurezza ta’ prodotti impurtati.
Ir-Rapport RAPEX 2006 huwa
disponibbli bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq
dan is-sit: